European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1815

15.9.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1815

tat-12 ta’ Settembru 2025

dwar il-ħatra tal-membri u l-President tal-Bord ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/2803 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/635 tal-31 ta’ Marzu 2025 li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/2803 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Bord ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2024/2803 stabbilixxa Bord ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni (PRB) konsultattiv indipendenti u imparzjali. Ir-rwol tiegħu hu li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ prestazzjoni u ta’ imposti kif ukoll li joħroġ materjal gwida biex jappoġġa lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u, meta jintalab, jassisti lil dawk l-awtoritajiet fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-iskemi.

(2)

Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2024/2803, il-PRB għandu seba’ membri, fosthom il-President tiegħu, maħturin fil-kapaċità personali tagħhom għal perjodu ta’ 5 snin li ma jiġġeddidx.

(3)

Il-Kummissjoni ppubblikat sejħa għal espressjoni ta’ interess għall-għażla tal-membri tal-PRB fl-24 ta’ April 2025 (3).

(4)

Il-proċedura tal-għażla qieset ir-rekwiżiti ta’ rappreżentanza bilanċjata tal-kompetenza u tal-għarfien espert għall-oqsma ewlenin kollha ta’ prestazzjoni, kif ukoll tal-ġeneru u l-oriġini ġeografika.

(5)

L-Istati Membri ġew ikkonsultati fis-7 ta’ Lulju 2025 dwar il-lista ta’ kandidati.

(6)

Għaldaqstant, hu xieraq li jinħatru s-seba’ membri tal-PRB, inkluż il-President tiegħu, u li tiġi stabbilita lista ta’ riżerva,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma maħturin bħala membri tal-Bord ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew f’konformità mal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/635 għal perjodu ta’ 5 snin:

 

Is-Sur Koen Milis, bħala l-President

 

Is-Sur Maurizio Castelletti

 

Is-Sa Ana Gómez-Pineda Luna

 

Is-Sa Catherine Mary Mannion

 

Is-Sur Juan José Montero-Pascual

 

Is-Sur Patrick Souchu

 

Is-Sur Joseph Sultana

Artikolu 2

Il-lista ta’ riżerva li ġejja hija stabbilita f’konformità mal-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/635:

 

Is-Sa Estelle Malavolti

Artikolu 3

Il-mandat tal-membri maħtura jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Settembru 2025.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Apostolos TZITZIKOSTAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L, 2024/2803, 11.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2803/oj.

(2)   ĠU L, 2025/635, 2.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/635/oj.

(3)   https://eu-single-sky.transport.ec.europa.eu/document/download/90bddb69-387c-4c49-b3fc-c60a2ff258ae_en?filename=Call_for_applications_PRB_2025.pdf.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1815/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)