|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1600 |
12.3.2025 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-settur tal-inbid
(C/2025/1600)
Fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, tista’ tippreżenta oppożizzjoni lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
“Kőszeg / Kőszegi”
PDO-HU-02804
Data tal-applikazzjoni: 4.10.2021
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
“Kőszeg / Kőszegi”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
3.1. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
|
— |
22 - XARBIET, SPIRTI U ĦALL 2204 - Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009 |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbid abjad
DESKRIZZJONI QASIRA
Dehra viżiva: minn isfar jagħti fl-aħdar sa isfar lewn il-lumi skur.
Riħa: iddominata minn noti friski u vivaċi li jfakkru l-aktar fiċ-ċitru u l-frott bil-polpa bajda, ikkomplementati minn sfumaturi ħodor diskreti friski u pikkanti.
Togħma: iddominata minn aċidi xotti jew nofshom xotti, friski, fini u primarjament noti ta’ frott (ta’ ċitru u frott tal-għadma), ikkumplimentati mill-mineralità, b’korporatura ħafifa jew medja, iżda bi struttura soda.
Standards analitiċi:
Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
- |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
- |
2. Inbid aħmar
DESKRIZZJONI QASIRA
Dehra viżiva: minn vjola sa aħmar lewn ir-rubini.
Riħa: il-frott aħmar u n-noti pikkanti jippredominaw. Jistgħu jidhru wkoll ħwawar diskreti u ħelwin mit-tqaddim fil-btieti tal-injam, kif ukoll noti ta’ fjuri.
Togħma: prinċipalment ta’ frott aħmar u ħwawar friski u ħodor, u sa ċertu punt ħwawar inqas diskreti (ċedru) mit-tqaddim fil-btieti tal-injam, u struttura soda.
Standards analitiċi:
Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
- |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
- |
3. Inbid aħmar Superior
DESKRIZZJONI QASIRA
Dehra viżiva: tvarja minn vjola moderatament skur jew aħmar lewn ir-rubini għal sfumaturi ta’ aħmar skur lewn ir-rubini jew aħmar lewn il-granata.
Riħa: iddominata minn noti pikkanti flimkien ma’ riħa ta’ frott artab aħmar u iswed.
Togħma: minbarra tannini xotti u medji, hemm togħma ta’ frott artab aħmar u iswed u pikkantezza, ikkumplimentata minn mineralità u noti mit-tqaddim fil-btieti (ċedru). L-inbid għandu struttura soda. Huwa kkaratterizzat ukoll minn kumplessità u finitura twila.
Standards analitiċi:
Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
- |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità totali minima |
4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
- |
4. Grand superior vörös (Aħmar) – Inbid
DESKRIZZJONI QASIRA
Dehra viżiva: tvarja minn vjola moderatament skur jew aħmar lewn ir-rubini għal sfumaturi ta’ aħmar skur lewn ir-rubini jew aħmar lewn il-granata.
Riħa: iddominata minn noti pikkanti flimkien ma’ riħa ta’ frott artab aħmar u iswed.
Togħma: minbarra tannini xotti u medji, hemm togħma ta’ frott artab aħmar u iswed u pikkantezza (ċedru), ikkumplimentata minn mineralità u noti mit-tqaddim fil-btieti. Hija kkaratterizzata wkoll minn kumplessità u struttura soda, u ddum fil-ħalq.
Standards analitiċi:
Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
- |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità totali minima |
4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
- |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
1.
Prattika enoloġika speċifika
|
1. |
Abjad
|
|
2. |
Aħmar
|
|
3. |
Aħmar Superior
|
|
4. |
Aħmar Grand superior
|
2.
Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed
|
1. |
Abjad
|
|
2. |
Aħmar
|
|
3. |
Aħmar Superior
|
|
4. |
Aħmar Grand superior
|
3.
Prattika ta’ kultivazzjoni
|
1. |
Metodu ta’ kultivazzjoni:
|
|
2. |
Densità tat-tħawwil:
|
|
3. |
Metodu ta’ ħsad: mekkaniku jew manwali |
|
4. |
Il-produzzjoni hija f’konformità mar-regoli dwar ir-rendimenti massimi. |
|
5. |
Kwalità tal-għeneb (kontenut minimu ta’ zokkor espress fi gradi ta’ most Ungeriż (MM) u qawwa alkoħolika potenzjali minima)
|
b. Rendimenti massimi għal kull ettraru
|
1. |
Inbid abjad 9 000 kg għeneb għal kull ettaru |
|
2. |
Inbid aħmar 9 000 kg għeneb għal kull ettaru |
|
3. |
Inbid aħmar Superior 7 000 kg għeneb għal kull ettaru |
|
4. |
Aħmar Grand superior 5 000 kg għeneb għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Żoni tal-muniċipalitajiet ta’ Bozsok, Cák, Kőszeg u Kőszegdoroszló li huma kklassifikati bħala Klassi I jew II skont il-katast tal-vinji.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
|
|
blauburger |
|
|
cabernet franc - cabernet |
|
|
cabernet franc - carbonet |
|
|
cabernet franc - carmenet |
|
|
cabernet franc - gros cabernet |
|
|
cabernet franc - gros vidur |
|
|
cabernet franc - kaberne fran |
|
|
cabernet sauvignon |
|
|
chardonnay - chardonnay blanc |
|
|
chardonnay - kereklevelű |
|
|
chardonnay - morillon blanc |
|
|
chardonnay - ronci bilé |
|
|
cserszegi fűszeres |
|
|
furmint - furmint bianco |
|
|
furmint - moslavac bijeli |
|
|
furmint - posipel |
|
|
furmint - som |
|
|
furmint - szigeti |
|
|
furmint - zapfner |
|
|
kékfrankos - blauer lemberger |
|
|
kékfrankos - blauer limberger |
|
|
kékfrankos - blaufränkisch |
|
|
kékfrankos - limberger |
|
|
kékfrankos - moravka |
|
|
merlot |
|
|
olasz rizling - grasevina |
|
|
olasz rizling - nemes rizling |
|
|
olasz rizling - olaszrizling |
|
|
olasz rizling - riesling italien |
|
|
olasz rizling - risling vlassky |
|
|
olasz rizling - taljanska grasevina |
|
|
olasz rizling - welschrieslig |
|
|
pinot blanc - fehér burgundi |
|
|
pinot blanc - pinot beluj |
|
|
pinot blanc - pinot bianco |
|
|
pinot blanc - weissburgunder |
|
|
pinot noir - blauer burgunder |
|
|
pinot noir - kisburgundi kék |
|
|
pinot noir - kék burgundi |
|
|
pinot noir - kék rulandi |
|
|
pinot noir - pignula |
|
|
pinot noir - pino csernüj |
|
|
pinot noir - pinot cernii |
|
|
pinot noir - pinot nero |
|
|
pinot noir - pinot tinto |
|
|
pinot noir - rulandski modre |
|
|
pinot noir - savagnin noir |
|
|
pinot noir - spätburgunder |
|
|
rajnai rizling - johannisberger |
|
|
rajnai rizling - rheinriesling |
|
|
rajnai rizling - rhine riesling |
|
|
rajnai rizling - riesling |
|
|
rajnai rizling - riesling blanc |
|
|
rajnai rizling - weisser riesling |
|
|
sauvignon - sauvignon bianco |
|
|
sauvignon - sauvignon bijeli |
|
|
sauvignon - sauvignon blanc |
|
|
sauvignon - sovinjon |
|
|
zenit |
|
|
zweigelt - blauer zweigeltrebe |
|
|
zweigelt - rotburger |
|
|
zweigelt - zweigeltrebe |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Inbid
1. Definizzjoni taż-żona demarkata
(a) Fatturi naturali
Il-Muntanji Kőszeg u l-għoljiet baxxi tagħhom jiffurmaw l-ewwel xaqlibiet tal-Alpi, fejn l-għeneb ilu jitkabbar għal sekli sħaħ. Il-karatteristiċi naturali taż-żona huma fil-biċċa l-kbira ddeterminati mill-prossimità tal-Alpi, kemm f’termini ta’ ħamrija kif ukoll ta’ klima. Il-vinji jikbru sa għoli ta’ 450 m ’il fuq mil-livell tal-baħar.
Il-muntanji Kőszeg jiffurmaw tieqa tettonika, fejn il-blat eqdem tela’ fil-wiċċ minħabba l-erożjoni ta’ strati li saru aktar tard. Il-blat tal-muntanji huwa blat metamorfiku ta’ oriġini sedimentarja, lavanja kristallina (schist tal-majka tal-kwarz, fillit tal-kwarz, lavanja tal-ġir, fillit tal-ġir, greenschist), argillite, ġebel ramli u gneiss. Ħamrija tal-foresta kannella aċiduża u mhux podżolika tinsab fuq is-sodda ta’ blat esposta għall-kundizzjonijiet tat-temp (argillite, gneiss), filwaqt li ħamrija tal-foresti kannella bir-ramal tafli tinsab xi mkien ieħor. Blat sedimentarju, Pliocene adobe u Pleistocene loess jinsab fuq l-għoljiet.
Il-muntanji Kőszeg jappartjenu għaż-żona klimatika tal-Alpokalja (l-għoljiet Alpini). Hija klima bbilanċjata, moderatament friska u moderatament umda. F'sena medja l-preċipitazzjoni annwali hija ta’ aktar minn 700–800 mm, li minnha 60–70 % tinżel fis-sajf. It-temperatura medja annwali hija ta’ 9,2 °C. Tipikament, ir-rebbiegħa tasal tard, is-sjuf ikunu friski, u l-ħarifa spiss tkun twila, u dan jiffavorixxi l-maturazzjoni tal-għeneb. L-ammont totali ta’ sħana matul l-istaġun tat-tkabbir huwa ta’ 2 900–3 000 °C, u l-għadd ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx fis-sena huwa kważi l-aktar baxx fil-pajjiż (inqas minn 1 800 siegħa), peress li l-kopertura medja annwali tas-sħab taqbeż is-60 %.
Iż-żona tal-produzzjoni hija waħda mill-eqdem żoni ġeografiċi tal-Ungerija, bi tradizzjonijiet storiċi uniċi. L-istorja, l-ekonomija, it-tkabbir u t-tnaqqis ekonomiku, u l-kultura tal-belt u l-inħawi ta’ Kőszeg kienu fil-biċċa l-kbira ddeterminati mill-inbid.
(b) Fatturi umani
Meta jintgħażlu l-varjetajiet użati fiż-żona, tingħata preferenza lill-varjetajiet li huma kkaratterizzati minn togħma ta’ frott friska u struttura aċiduża tajba. L-għarfien prattiku li jgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra – kif jiġu kkultivati l-varjetajiet taż-żona ġeografika, jiġu massimizzati r-rendimenti u tinkiseb il-maturità meħtieġa għall-ħsad – jiddetermina b’mod fundamentali l-karatteristiċi essenzjali tal-inbid. It-tqaddim tal-inbejjed ħomor bil-qoxra u d-determinazzjoni tal-perjodu ta’ tqaddim għad-diversi tipi ta’ nbid aħmar jeħtieġu wkoll għarfien espert konsiderevoli. Il-fabbriki tal-inbid jikkombinaw it-teknika tradizzjonali (it-tqaddim moderat fil-btieti) mat-tqaddim fit-tank, u dan jippreserva l-karattru frisk tal-inbid. B’dan il-mod jiġi evitat li t-tannini derivati mill-btieti jiddominaw l-inbid.
2. Deskrizzjoni tal-inbejjed:
Il-karattru tal-inbejjed Kőszeg huwa ddeterminat fil-biċċa l-kbira mill-preżenza tal-Alpi, il-formazzjoni tal-blat taż-żona, u l-klima ġeneralment friska iżda bbilanċjata, li hija kkaratterizzata minn differenzi kbar bejn it-temperaturi ta’ binhar u ta’ billejl.
Minbarra l-produzzjoni ta’ nbejjed mhux korpużi ħafna u b’togħma ta’ frott li għandhom aċidità friska, iż-żona tal-produzzjoni hija adattata wkoll għall-produzzjoni ta’ nbejjed bojod u ħomor eleganti li għandhom finitura twila u jitqaddmu tajjeb. Il-klima friska u l-kwalità tas-sodda ta’ blat jipprovdu l-aċidi li jiffurmaw is-sinsla ta’ dawn l-inbejjed, filwaqt li d-data tal-ħsad tard tagħti lill-inbejjed premium rikkezza fit-togħma. L-inbejjed kollha huma kkaratterizzati minn mineralità mielħa li tirriżulta mis-sodda ta’ blat.
3. Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali:
Il-kwalità u l-karatteristiċi tal-inbejjed Kőszeg huma r-riżultat tal-ambjent ġeografiku u l-fatturi naturali u umani relatati.
Il-karatteristiċi tal-inbejjed Kőszeg huma fil-biċċa l-kbira ddeterminati mill-klima subalpina, l-influwenza tal-Alpi, u l-esponiment ta’ dawn iż-żoni għall-muntanji, l-altitudni tal-vinji (il-belt innifisha hija madwar 300 m ’il fuq mil-livell tal-baħar) – li jfisser iljieli friski anke wara l-jiem sħan tas-sajf – u l-għadd baxx ta’ sigħat ta’ xemx.
Il-klima taż-żona ġeografika, l-istaġun twil tat-tkabbir li jirriżulta mill-klima friska, u d-differenza bejn it-temperaturi ta’ binhar u ta’ billejl jagħmluha possibbli li jiġu prodotti nbejjed sodi u b’togħma ta’ frott, b’togħma kumplessa u aċidità friska.
Il-vinji tal-Klassi I tal-belt ta’ Kőszeg jinsabu fuq għoljiet fuq il-belt, taħt il-foresti, u jistgħu jkunu sa 450 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. Il-vinji jew is-subvinji li jħarsu lejn in-Nofsinhar huma rari hawnhekk (l-eċċezzjonijiet huma Kálvária-hegy u Római-domb); dawk li jħarsu lejn ix-Xlokk jew il-Lvant huma aktar komuni. Il-vinji tal-muntanji ġeneralment ikunu weqfin. Jistgħu jinstabu wkoll diversi għoljiet li jħarsu lejn il-Punent, f’żoni aktar baxxi. Il-vinji jinsabu jew fuq in-naħa tal-ewwel għoljiet tal-Alpi jew fuq l-għoljiet ta’ quddiem il-Muntanji Kőszeg.
Il-kundizzjonijiet topografiċi jiffavorixxu wkoll il-produzzjoni ta’ nbejjed sodi, eleganti u b’aċidità tajba.
Il-ħamrija, speċjalment is-sodda ta’ blat, għandha rwol fl-ispeċifiċità tal-inbejjed Kőszeg. Minbarra l-klima friska subalpina, is-sodda ta’ blat fillitika tal-kwarz tgħin ukoll biex jiġu prodotti nbejjed bi struttura aċiduża soda. Il-ħamrija tal-kwarz tiżgura kapaċità tajba ta’ skular, li tista’ tgħin ukoll fil-produzzjoni ta’ aktar aċidità u rwejjaħ ta’ frott. Il-ħamrija ta’ kulur ċar għandha żamma tajba tas-sħana, li twassal għas-sajran u tgħin fl-iżvilupp tal-irwejjaħ tal-frott. Bis-saħħa tal-kapaċità tajba ta’ skular tagħha, il-minerali tal-ħamrija jistgħu jipproduċu sensazzjoni tal-aċidu friska u b’togħma ta’ frott u kultant saħansitra noti minerali.
L-inbejjed għandhom mhux aktar minn korpożita medja, parzjalment bis-saħħa tal-kundizzjonijiet klimatiċi (l-influwenza subalpina u l-altitudni ogħla) u tal-istruttura varjetali (bħal Furmint, Olaszrizling jew Kékfrankos Blauburger). L-inbejjed Kőszeg huma ġeneralment ikkaratterizzati minn togħma soda u fina ta’ frott, aċidi vibranti u friski, u struttura minerali fqira, li hija attribwibbli wkoll għall-fatturi naturali msemmija hawn fuq, jiġifieri l-altitudni, il-kwarz, il-lavanja, u l-blat metamorfiku.
Bis-saħħa tat-tqaddim moderata fil-btieti, l-inbejjed iżommu struttura soda, fejn – l-iżjed skont l-istil – in-noti taċ-ċitru jiddominaw fl-inbejjed bojod u l-frott aħmar u noti pikkanti jiddominaw fl-inbejjed ħomor.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Regoli dwar l-indikazzjonijiet
Qafas legali:
Mill-organizzazzjoni li timmaniġġa d-DOP/l-IĠP, fejn stabbilit mill-Istati Membri
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Regoli dwar l-inbejjed coupage: Jistgħu jintużaw it-termini “küvé” u “cuvée”, jew, bħala sinonimu, it-terminu “házasítás” [coupage]. It-terminu ta’ hawn fuq jista’ jintuża għall-kategoriji kollha, ħlief għall-kategorija premium.
Termini tradizzjonali oħra awtorizzati għall-użu, termini oħra li l-użu tagħhom huwa ristrett, termini li jindikaw il-metodu ta’ produzzjoni, u termini li l-użu tagħhom huwa rregolat:
|
— |
Termini li jistgħu jiġu indikati għall-inbejjed bojod: It-termini tradizzjonali Első szüret [L-ewwel ħsad], Újbor – primőr [Inbid ġdid – primeur], Szűretlen [Mhux iffiltrat], Késői szüretelésű [Ħsad tard] |
|
— |
Termini li jistgħu jiġu indikati għall-inbejjed ħomor: It-termini tradizzjonali Első szüret [L-ewwel ħsad], Újbor – primőr [Inbid ġdid – primeur], Szűretlen [Mhux iffiltrat], Siller |
|
— |
Termini li jistgħu jiġu indikati għall-inbejjed ħomor Superior: Szűretlen [Mhux iffiltrat] |
|
— |
Termini li jistgħu jiġu indikati għall-inbejjed ħomor Grand superior: Szűretlen [Mhux iffiltrat] |
Regoli speċifiċi għad-demarkazzjoni u l-indikazzjoni ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar:
|
i. |
Ismijiet tal-muniċipalitajiet u tal-partijiet tal-muniċipalitajiet: Bozsok, Cák, Kőszeg, Kőszegdoroszló |
|
ii. |
Muniċipalitajiet, ismijiet tal-vinji (ismijiet tas-subvinji):
|
|
iii. |
Kundizzjonijiet għall-indikazzjoni tal-ismijiet tal-vinji u tas-subvinji:
|
Il-produzzjoni barra miż-żona ta’ produzzjoni demarkata
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Minbarra l-muniċipalitajiet elenkati fil-punt IV, l-inbid Kőszeg jista’ jiġi prodott ukoll fid-distretti ta’ Kőszeg u Szombathely.
Muniċipalitajiet li jappartjenu għad-distrett ta’ Kőszeg: Bozsok, Bük, Cák, Csepreg, Gyöngyösfalu, Horvátzsidány, Iklanberény, Kiszsidány, Kőszeg, Kőszegdoroszló, Kőszegpaty, Kőszegszerdahely, Lócs, Lukácsháza, Nemescsó, Ólmod, Peresznye, Pusztacsó, Tormásliget, Tömörd, Velem. (Żoni li jinsabu fl-istess unità amministrattiva – l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33)
Muniċipalitajiet li jappartjenu għad-distrett ta’ Szombathely: Acsád, Balogunyom, Bozzai, Bucsu, Csempeszkopács, Dozmat, Felsőcsatár, Gencsapáti, Gyanógeregye, Horvátlövő, Ják, Kisunyom, Meszlen, Narda, Nárai, Nemesbőd, Nemeskolta, Perenye, Pornóapáti, Rábatöttös, Rum, Salköveskút, Sé, Sorkifalud, Sorkikápolna, Sorokpolány, Söpte, Szentpéterfa, Szombathely, Tanakajd, Táplánszentkereszt, Torony, Vasasszonyfa, Vaskeresztes, Vassurány, Vasszécseny, Vasszilvágy, Vát, Vép, Zsennye. (Żoni li jinsabu fl-istess unità amministrattiva – l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33)
Termini tradizzjonali protetti
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
It-terminu tradizzjonali li ġej jista’ jintuża bħala sinonimu għat-terminu “denominazzjoni ta’ oriġini protetta”: védett eredetű bor [inbid ta’ oriġini protetta]
Biex jiġu deskritti l-karatteristiċi tal-prodott: siller, késői szüretelésű [ħsad tard]
L-użu ta’ sinonimi
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Is-sinonimi awtorizzati elenkati fuq is-sit web boraszat.kormany.hu jistgħu jintużaw fuq it-tikketti tal-inbid.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1600/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)