|
3.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 332/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9556 — Triton/Grupo Fertiberia)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 332/07)
1.
Fis-26 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Triton Managers V Limited, Triton Fund V GP S.à r.l. u TFF V Limited (flimkien “Triton Fund V”), li jappartjenu għall-grupp ta’ fondi indipendenti ta’ investimenti ġestiti mill-grupp Triton (Channel Islands). |
|
— |
Fertiberia, S.A, u s-sussidjarji tagħha (flimkien “Grupo Fertiberia”, Spanja) ikkontrollati mill-Grupo Villar Mir, S.A.U (Spanja). |
Triton Fund V takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tal-Grupo Fertiberia kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Triton Fund V hija ditta ta’ investiment iddedikata biex tinvesti primarjament f’negozji ta’ daqs medju u li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Ewropa ta’ Fuq, b’enfasi partikulari fuq negozji fi tliet setturi ċentrali, jiġifieri Servizzi Kummerċjali, l-Industrijali u l-Konsumatur/is-Saħħa. |
|
— |
Grupo Fertiberia huwa attiv prinċipalment fl-Ewropa fil-produzzjoni ta’ fertilizzanti tradizzjonali u speċjali għal għelejjel estensivi ta’ art bagħli, irrigazzjoni tradizzjonali u irrigazzjoni bil-qatra kif ukoll prodotti kimiċi industrijali, użati bħala kimiċi mhux maħduma għal kumpaniji industrijali kbar f’diversi industriji bħalma huma dawk tal-kimika, tal-injam, tal-kożmetiċi jew tal-karozzi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9556 — Triton/Grupo Fertiberia
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).