|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/153 |
30.1.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/153
tad-29 ta’ Jannar 2025
li jawtorizza l-introduzzjoni fis-suq tal-pjanti tal-Lemna minor u tal-Lemna gibba bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid. |
|
(3) |
Fl-20 ta’ Mejju 2020, il-kumpanija Wageningen Plant Research (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tintroduċi fis-suq tal-Unjoni l-pjanti tal-Lemna minor u tal-Lemna gibba bħala ikel ġdid. L-applikant talab li l-ikel ġdid jintuża bħala ħaxix, b’mod simili għal ħxejjex oħra bil-weraq, imsajjar jew miżjud ma’ prodotti lesti biex jittieklu għall-popolazzjoni ġenerali. |
|
(4) |
Fis-27 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) twettaq valutazzjoni tal-pjanti sħaħ tal-Lemna minor u tal-Lemna gibba bħala ikel ġdid. |
|
(5) |
Fit-28 ta’ Settembru 2022, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha “Safety of Lemna minor and Lemna gibba whole plant as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (3) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(6) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-ikel ġdid fih ammonti ogħla ta’ manganiż meta mqabbel mal-konċentrazzjoni normalment preżenti tal-manganiż fi ħxejjex oħra bil-weraq, li jistgħu jkunu ta’ tħassib għas-sikurezza. Għalhekk, is-sikurezza tal-ikel ġdid ma setgħetx tiġi stabbilita. |
|
(7) |
Wara l-adozzjoni tal-opinjoni xjentifika, l-applikant talab lill-Kummissjoni l-possibbiltà li tindirizza t-tħassib dwar is-sikurezza enfasizzat mill-Awtorità fil-konklużjoni tagħha billi jipprovdi informazzjoni addizzjonali li turi li bit-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet tal-manganiż tal-materjal li fih issir il-kultivazzjoni, il-kontenut tal-manganiż fil-Lemna gibba ma jaqbiżx il-kontenut tal-manganiż fil-ħxejjex bil-weraq. |
|
(8) |
Fit-30 ta’ April 2024, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità għal assistenza xjentifika u teknika fir-rigward tal-opinjoni xjentifika tal-EFSA dwar “Safety of Lemna minor and Lemna gibba whole plant material as novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283”, sabiex tevalwa aktar jekk l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-applikant tindirizzax it-tħassib relatat mal-konsum tal-manganiż. |
|
(9) |
Fl-10 ta’ Lulju 2024, l-Awtorità adottat ir-rapport bit-titlu “Scientific and technical assistance report on the evaluation of the safety of Lemna gibba and Lemna minor whole plant material as novel food” (4). Fir-rapport tagħha, l-Awtorità nnutat li l-kontenut tal-manganiż fil-Lemna gibba tnaqqas għal livell ta’ 6 mg/kg ta’ piż frisk (PF), li huwa komparabbli mal-ispinaċi li nstab li għandu l-ogħla kontenut ta’ manganiż fost il-ħxejjex bil-weraq, b’livelli sa 9 mg/kg f’PF. Għalhekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-kontenut tal-manganiż fl-ikel ġdid tnaqqas għal livelli li ma jaqbżux dawk fi ħxejjex oħra bil-weraq. Ir-rapport jindika wkoll li peress li ż-żewġ speċijiet tal-Lemna juru kontenut simili ta’ manganiż, jitqies raġonevoli li wieħed jassumi li fil-kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni li għadhom kif ġew applikati, jista’ jinkiseb tnaqqis ekwivalenti fil-kontenut tal-manganiż fil-Lemna minor bl-istess mod miksub fil-Lemna gibba. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-EFSA qieset li l-livell massimu ta’ speċifikazzjoni għall-manganiż fl-ikel ġdid jenħtieġ li jiġi stabbilit għal 6 mg/kg ta’ piż frisk. |
|
(10) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li l-opinjoni xjentifika u r-rapport tekniku jagħtu biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-pjanti tal-Lemna gibba u tal-Lemna minor jissodisfaw il-kundizzjonijiet għat-tqegħid tagħhom fis-suq f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(11) |
Jixraq li l-inklużjoni tal-pjanti tal-Lemna minor u tal-Lemna gibba bħala ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid ikun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(12) |
Il-pjanti tal-Lemna minor u tal-Lemna gibba jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-pjanti tal-Lemna minor u tal-Lemna gibba huma awtorizzati li jiġu introdotti fis-suq fl-Unjoni.
Il-pjanti tal-Lemna minor u tal-Lemna gibba għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2283/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2470/oj).
(3) EFSA Journal 2022;20(11):7598.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
||||||||||||||||
|
(2) |
fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja: [L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ġentilment mitlub idaħħal il-verżjoni bil-MT f’ordni alfabetika.]
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/153/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)