|
19.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9461 — AbbVie/Allergan)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 392/11)
1.
Fit-12 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
AbbVie Inc., (“AbbVie”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Allergan plc (“Allergan”, l-Irlanda). |
AbbVie takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Allergan kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
AbbVie hija kumpanija dinjija tal-farmaċewtika kkwotata fil-Borża ta’ New York u għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fl-Istati Uniti tal-Amerka. AbbVie hija involuta fl-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ mediċini innovattivi f’sitt oqsma terapewtiċi ewlenin: l-immunoloġija (inkluż mard awtoimmuni), l-onkoloġija, il-viroloġija, in-newroxjenza/id-disturbi fis-sistema nervuża ċentrali, il-mard metaboliku u l-uġigħ assoċjat mal-endometriosis; |
|
— |
Allergan hija kumpanija dinjija tal-farmaċewtika kkwotata fil-Borża ta’ New York u għandha l-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Irlanda. Allergan hija involuta fl-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ mediċini f’erba’ oqsma terapewtiċi ewlenin: l-estetika medika, il-kura tal-għajnejn, in-newroxjenza/id-disturbi fis-sistema nervuża ċentrali u l-gastroenteroloġija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9461 — AbbVie/Allergan
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).