31999R2795



Official Journal L 337 , 30/12/1999 P. 0036 - 0037


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2795/1999

tad-29 ta' Diċembru 1999

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2626/1999 [2], u b'mod partikolari Artikolu 9 tiegħu,

(1) Billi, sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa għar-Regolament imsemmi, hemm bżonn li jiġu addattati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(2) Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u dawn ir-regoli japplikaw għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija kollha kemm hi jew li għandha parti minnha bażata fuqha jew li żżid kwalunkwe suddiviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-għan li tiġi applikata tariffa jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta' oġġetti;

(3) Billi, bi qbil mar-regoli ġenerali msemmija, l-oġġett deskritt fil-kolonna 1 tat-tabella annessa għar-Regolament preżenti għandu jiġi klassifikat taħt il-kodiċijiet NM ix-xierqa indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3;

(4) Billi huwa xieraq li l-informazzjoni li torbot dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista’ tibqa tiġi invokata taħt id-dispożizzjonijiet f'Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3796/90 [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2674/92 [4], għal perjodu ta' tlett xhur mill-pussessur jekk ikun ġie konkluż kuntratt ta' rbit bħal dak imsemmi f'Artikolu 14(3)(a) jew (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1715/90 [5];

(5) Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġett deskritt fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huwa klassifikat fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM ix-xieraq indikat fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Informazzjoni li torbot dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/90 għal perjodu ta' tlett xhur mill-pussessur jekk ikun ġie konkluż kuntratt ta' rbit kif imsemmi f'Artikolu 14(3)(a) jew (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1715/90.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 321, ta' l-14.12.1999, p. 3.

[3] ĠU L 365, tat-28.12.1990, p. 17.

[4] ĠU L 271, tas-16.9.1992, p. 5.

[5] ĠU L 160, tas-26.6.1990, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' oġġetti | Kodiċi NM | Raġuni |

(1) | (2) | (3) |

Għata magħmul mill-qoton imfassal sabiex jiġi mwaħħal b'mod permanenti mad-dahar tas-sit ta' l-għamara tapizzata L-għata huwa wżat flimkien ma' settijiet ta' għamara għall-assemblaġġ. Wara l-assemblaġġ ta' l-għamara, l-għata ma jkunx jista' jitneħħa mingħajr ma tiżżarma l-għamara. | 94019080 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenrali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-formular tal-kliem tal-kodiċijiet NM 9401, 940190 u 94019080 Dan l-għata huwa kunsidrat bħala parti mis-sits tal-kodiċi NM 9401. |

--------------------------------------------------