|
5.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 29/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/173
tat-3 ta' Frar 2015
dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni EUTM Somalia/1/2013 (EUTM) SOMALIA/1/2015
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta' Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2010/96/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti rigward il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' EUTM Somalia, inklużi d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE. |
|
(2) |
Fis-17 ta' Diċembru 2013, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUTM Somalia/1/2013 (2) li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Massimo MINGIARDI bħala Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia. |
|
(3) |
Fit-18 ta' Frar 2014, l-Italja pproponiet il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Antonio MAGGI bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia biex jissostitwixxi lill-Brigadier Ġeneral Massimo MINGIARDI. |
|
(4) |
Fit-8 ta' Jannar 2015, il-Kumitat Militari tal-UE rrakkomanda li l-KPS jaħtar lill-Brigadier Ġeneral Antonio MAGGI bħala Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia biex jissostitwixxi lill-Brigadier Ġeneral Massimo MINGIARDI. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni EUTM Somalia/1/2013 għandha titħassar. |
|
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u la hija marbuta biha u lanqas mhija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Brigadier Ġeneral Antonio MAGGI huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) mit-8 ta' Marzu 2015.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni EUTM Somalia/1/2013 hija b'dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Marzu 2015.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2015.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16.
(2) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUTM Somalia/1/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tas-Somalja (EUTM Somalia) (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 53).