|
20.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10019 — AP1/AP3/AP4/Telia Carrier Entities)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 395/05)
1.
Fit-12 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Första AP-fonden (“AP1”, l-Isvezja) |
|
— |
Tredje AP-fonden (“AP3”, l-Isvezja) |
|
— |
Fjärde AP-fonden (“AP4”, l-Isvezja) |
|
— |
entitajiet ta’ Telia Carrier (l-Isvezja) |
AP1, AP3 u AP4 jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-34 entità ta’ Telia Carriers f’34 ġurisdizzjoni fl-UE u mhux fl-UE.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma minn kumpanija tal-investiment, Polhem Infra KB, inkorporata u kkontrollata bi sħab minn AP1, AP3 u AP4, li b’hekk se tikkontrolla indirettament l-entitajiet ta’ Telia Carrier.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
AP1, AP3 u AP4: fondi tal-pensjonijiet li jaġixxu bħala bafer fis-sistema tal-pensjonijiet nazzjonali Svediża. Huma awtoritajiet governattivi indipendenti li jieħdu deċiżjonijiet indipendenti dwar l-investimenti tagħhom. |
|
— |
Entitajiet ta’ Telia Carriers: finalment proprjetà ta’ Telia Company AB, huma jħaddmu network globali tal-fibra (internet backbone), li jintuża għall-forniment ta’ servizzi internazzjonali tat-trasport; |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10019 — AP1/AP3/AP4/Telia Carrier Entities
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).