European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/837

16.4.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/837

tal-15 ta’ April 2026

li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ ċerti miżuri nazzjonali mfassla biex jillimitaw l-impatt ta’ ċertu mard tal-annimali akkwatiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 226(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/260 (2) tistabbilixxi, fl-Annessi I u II tagħha, il-listi tal-Istati Membri jew ta’ partijiet minnhom li jitqiesu ħielsa minn ċertu mard tal-annimali akkwatiċi, mhux elenkati f’konformità mal-Artikolu 9(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2016/429, jew li huma soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard, u li għalihom huma approvati l-miżuri nazzjonali.

(2)

Id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni li l-kompartiment 106314 fit-territorju tagħha, li huwa elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260, ma jistax jibqa’ jitqies bħala ħieles mill-marda batterika tal-kliewi (BKD). Barra minn hekk, id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni li l-kompartimenti 84470 u 103910 fit-territorju tagħha, li huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260, ma jistgħux jibqgħu jitqiesu bħala ħielsa min-nekrożi pankreatika infettiva (IPN). L-awtorità kompetenti mhux se tibqa’ tieħu miżuri nazzjonali biex tipprevjeni l-introduzzjoni ta’ dan il-mard jew biex tikkontrolla t-tixrid tiegħu f’dawk il-kompartimenti. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-kompartimenti jitneħħew mil-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260.

(3)

Id-Danimarka nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li l-programm ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard, imsemmi fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260, issa ġie ffinalizzat b’suċċess fir-rigward tal-BKD għall-kompartiment 103606 fit-territorju tagħha li huwa elenkat f’dak l-Anness. Għaldaqstant, dak il-kompartiment jista’ jitqies ħieles mill-BKD u jenħtieġ li jitneħħa mil-lista f’dak l-Anness. Minflok, jenħtieġ li jiddaħħal fil-lista ta’ kompartimenti li huma meqjusa bħala ħielsa mill-BKD fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(4)

Minbarra dan, id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni li bdiet programm ta’ eradikazzjoni għall-BKD għall-kompartiment 103670 fit-territorju tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li dak il-kompartiment jiżdied mal-lista ta’ kompartimenti li huma soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni għall-BKD fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 jiġu emendati kif xieraq.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/260 tal-11 ta’ Frar 2021 li tapprova miżuri nazzjonali mfassla biex jillimitaw l-impatt ta’ ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE (ĠU L 59, 19.2.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/260/oj).


ANNESS

L-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrata għad-Danimarka fir-rigward tal-marda batterika tal-kliewi (BKD) hija sostitwita b’dan li ġej:

“Marda batterika tal-kliewi (BKD)

Id-Danimarka

DK

Il-kompartimenti individwali li ġejjin, kull wieħed minnhom magħmul minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat:

 

 

84470

Brænderigårdens Dambrug

 

92158

Hørup Mølle Dambrug

 

103471

Abildvad Dambrug

 

103559

Fårup Mølle Dambrug

 

103587

Trend Å Dambrug

 

103606

Lundby Dambrug

 

103623

Hårkjær Dambrug

 

103682

Sangild Dambrug

 

103733

Skade Dambrug

 

118656

AquaSearch Ova, Billund

 

118844

Ravning ægpakkeri

 

128165

Ollerupgård Dambrug”

(b)

l-entrata għad-Danimarka fir-rigward tan-nekrożi pankreatika infettiva (IPN) hija sostitwita b’dan li ġej:

“Nekrożi pankreatika infettiva (IPN)

Id-Danimarka

DK

Il-kompartimenti individwali li ġejjin, kull wieħed minnhom magħmul minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat:

 

 

83138

Hallesøhuse Dambrug

 

92158

Hørup Mølle Dambrug

 

103554

Fruerlund Dambrug

 

103559

Fårup Mølle Dambrug

 

103571

Hallesø Dambrug

 

103606

Lundby Dambrug

 

103623

Hårkjær Dambrug

 

103668

Ravning Dambrug

 

103670

Refsgård Fiskeri I

 

103682

Sangild Dambrug

 

103802

Ådal Dambrug

 

106314

Ravningkær Dambrug

 

108516

Hulsig Dambrug

 

118656

AquaSearch Ova, Billund

 

118844

Ravning ægpakkeri

 

125770

Aquasearch Ova

 

128165

Ollerupgård Dambrug”

(2)

Fl-Anness II, l-entrata għad-Danimarka fir-rigward tal-marda batterika tal-kliewi (BKD) hija sostitwita b’dan li ġej:

“Marda batterika tal-kliewi (BKD)

Id-Danimarka

DK

Il-kompartimenti li ġejjin magħmula minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat:

 

 

83138

Halle Søhuse Dambrug

 

103670

Refsgård Fiskeri I”


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/837/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)