18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

158


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' Marzu 2005

li temenda d-Deċiżjoni 2004/288/KE dwar it-titwil ta' l-aċċess temporanju mogħti lill-Awstralja u New Zealand skond dik id-Deċiżjoni għar-riżervi Komunitarji ta' l-antiġeni għall-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 561)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/209/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 83 (3) tagħha,

Billi:

(1)(2)(3)(4)(5)(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/288/KE tas-26 ta' Marzu 2004 li tagħti lill-Awstralja u New Zealand aċċess temporanju għar-riżervi Komunitarji ta' l-antiġeni għall-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer (2), tiddisponi li dawk il-pajjiżi jingħataw aċċess għar-riżervi Komunitarji ta' l-antiġeni għall-formazzjoni ta' vaċċini kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer sal-31 ta' Diċembru 2004.L-Awstralja impenjat ruħha li tkabbar il-ħażna tagħha ta' l-antiġeni għall-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer u wriet l-intenzjoni tagħha li tilħaq arranġament mal-Komunità fuq l-għoti reċiproku ta' aċċess għall-ħażniet ta' ċerti antiġeni għall-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer. Sakemm jintlaħaq dan il-ftehim possibbli, l-Awstralja talbet li jkun hemm titwil ta' l-aċċess temporanju għar-riżervi Komunitarji ta' l-antiġeni għall-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.New Zealand talbet li jkun hemm titwil ta' l-aċċess temporanju għar-riżervi Komunitarji ta' l-antiġeni għall-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer minħabba dewmien bla mistenni fil-bini tal-ħażniet tagħha ta' antiġeni ta' dan it-tip.Fid-dawl tal-kapaċità u tad-disponibbiltà tar-riżervi ta' l-antiġeni għall-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer maħżuna fil-Komunità, jidher li t-titwil mitlub mill-Awstralja u minn New Zealand jista' jingħata mingħajr ma jikkomprometti bla bżonn l-arranġamenti ta' kontinġenza tal-Komunità.Għaldaqstant, it-titwil mitlub ta' l-aċċess temporanju ta' l-Awstralja u New Zealand għar-riżervi Komunitarji ta' l-antiġeni għall-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer għandu jingħata u d-Deċiżjoni 2004/288/KE għandha tiġi emendata f'dan is-sens.Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu 1

F'punt 1 ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2004/288/KE, id-data “l-31 ta' Diċembru 2004” hija mibdula mid-data “l-31 ta' Diċembru 2005”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fil-11 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Is-Sur Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 306, tat-22.11.2003, p. 1.

(2)   ĠU L 91, tat-30.3.2004, p. 58.