19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 75/3


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/421

tad-19 ta' Marzu 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, b'mod partikolari l-użu mir-reġim Sirjan ta' armi kimiċi u l-involviment tiegħu fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi, jenħtieġ li jinżdiedu erba' persuni mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“260.

Yusuf Ajeeb

(magħruf ukoll bħala:

Image 1
; Yousef; Ajib)

Brigadier Ġeneral; Tabib; Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà, Scientific Studies and Research Centre (SSRC)

Indirizz: Scientific Studies and Research Centre (SSRC), Barzeh Street, P.O. Box 4470, Damascus

Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral, uffiċjal għoli fil-Forzi Armati Sirjani, fil-kariga wara Mejju 2011. Mill-2012, kien Kap tas-Sigurtà tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) li huwa involut fis-settur tal-proliferazzjoni tal-armi kimiċi. Bħala riżultat tal-pożizzjoni għolja tiegħu fl-SSRC, huwa assoċjat mal-entità ddeżinjata l-SSRC.

19.3.2018

261.

Maher Sulaiman

(magħruf ukoll bħala:

Image 2
; Mahir; Suleiman)

Tabib; Direttur tal-Higher Institute for Applied Sciences and Technology

Indirizz: Higher Institute for Applied Sciences and Technology (HIAST), P.O. Box 31983, Damascus

Direttur tal-Higher Institute for Applied Sciences and Technology (HIAST), li jipprovdi taħriġ u appoġġ bħala parti mis-settur tal-proliferazzjoni tal-armi kimiċi. Minħabba l-pożizzjoni għolja tiegħu fil-HIAST, li huwa affiljat u sussidjarju tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC), huwa assoċjat mal-HIAST u s-SSRC, li t-tnejn huma entitajiet iddeżinjati.

19.3.2018

262.

Salam Tohme

(magħruf ukoll bħala:

Image 3
; Salim; Taame, Ta'mah, Toumah)

Tabib; Viċi Direttur Ġenerali, Scientific Studies and Research Centre (SSRC)

Indirizz: Scientific Studies and Research Centre (SSRC), Barzeh Street, P.O. Box 4470, Damascus

Viċi Direttur Ġenerali tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) li huwa responsabbli mill-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi mhux konvenzjonali, inkluż armi kimiċi, u l-missili li jwassluhom. Minħabba l-pożizzjoni għolja tiegħu fis-SSRC, huwa assoċjat mal-entità ddeżinjata l-SSRC.

19.3.2018

263.

Zuhair Fadhlun

(magħruf ukoll bħala:

Image 4
; Zoher; Fadloun, Fadhloun)

Kap tal-Institute 3000 (magħrufa wkoll bħala Institute 5000), Scientific Studies and Research Centre (SSRC)

Indirizz: Scientific Studies and Research Centre (SSRC), Barzeh Street, P.O. Box 4470, Damascus

Direttur tal-fergħa tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) magħrufa bħala Institute 3000 (magħrufa wkoll bħala Institute 5000). F'dan ir-rwol, huwa responsabbli għal proġetti tal-armi kimiċi, inkluż il-produzzjoni ta' aġenti u munizzjonijiet kimiċi. Minħabba l-pożizzjoni għolja tiegħu fis-SSRC, huwa assoċjat mal-entità ddeżinjata l-SSRC.

19.3.2018”