Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU III - KOPERAZZJONI MSAĦĦA - Artikolu III-422
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0182 - 0182
Artikolu III-422 1. Fejn disposizzjoni tal-Kostituzzjoni li tista' tiġi applikata fil-kuntest ta' koperazzjoni msaħħa tistipula li l-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu, l-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu skond l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu I-44(3), jista' jadotta deċiżjoni Ewropea li tistipula li se jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. 2. Fejn disposizzjoni tal-Kostituzzjoni li tista' tiġi applikata fil-kuntest ta' koperazzjoni msaħħa tistipula li l-Kunsill għandu jadotta liġijiet jew liġijiet kwadru Ewropej skond proċedura leġislattiva speċjali, l-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu skond l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu I-44(3), jista' jadotta deċiżjoni Ewropea li tistipula li se jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva ordinarja. Il-Kunsill għandu jaġixxi wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew. 3. Il-Paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża. --------------------------------------------------