<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-345/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0345</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:780">EU:C:2018:780</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Sharpston – Kawża C‑345/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Buivids</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20180927">27 ta’ Settembru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑345/17</HT></P><P>Sergejs Buivids</P><P>partijiet magħquda:</P><P>Datu valsts inspekcija</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Qorti Suprema, il-Latvja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE=")" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="("><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE</KEYWORD><KEYWORD>Iffilmjar u pubblikazzjoni fuq siti tal-Internet ta’ reġistrazzjoni video ta’ uffiċjali tal-pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom f’għassa tal-pulizija</KEYWORD><KEYWORD>L-ipproċessar ta’ data personali u l-libertà tal-espressjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dan ir-rinviju mil-Latvijas Augstākā tiesa (il-Qorti Suprema, il-Latvja) jirrigwarda l-iffilmjar u l-pubblikazzjoni fuq siti tal-Internet ta’ reġistrazzjoni video ta’ uffiċjali tal-pulizija fil-qadi ta’ dmirijiethom f’għassa tal-pulizija. Il-Qorti tar-rinviju titlob gwida dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355). Minn dak iż-żmien ’l hawn dik id-Direttiva kienet tħassret u ġiet issostitwita mir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20160427">27 ta’ April 2016</DATE> dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="119" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016 L 119, p. 1</REF.DOC.OJ>) b’effett mill-<DATE ISO="20180525">25 ta’ Mejju 2018</DATE>.</P></NOTE> u l-interpretazzjoni tal-eżenzjoni tal-Artikolu 9 tagħha (l-eċċezzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>għanijiet ġurnalistiċi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja ta’ individwu huwa ggarantit bl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="391" DATE.PUB="2010">ĠU 2010 C 83, p. 391</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, Skont l-Artikolu 8, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Kull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali li tirrigwardaha. Din id-data għandha tiġi trattata b’mod ġust għal finijiet determinati u abbażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi. Kull persuna għandha d-dritt ta’ aċċess għad-data miġbura li għandha x’taqsam magħha u d-dritt li tikseb ir-rettifika tagħha<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>. Skont l-Artikolu 11, kull persuna għandha d-dritt għal-libertà tal-espressjoni li jinkludi d-dritt li tirċievi u tagħti informazzjoni u ideat mingħajr indħil minn awtorità pubblika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>L-Artikoli 7 u 11 tal-Karta jikkorrispondu għad-drittijiet stabbiliti bl-Artikoli 8 u 10 (rispettivament id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għal-libertà tal-espressjoni) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>. L-Istati Membri kollha huma firmatarji tal-KEDB, iżda l-Unjoni Ewropea għadha ma aderixxietx bħala tali; ara l-Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja 2/13 tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2454">EU:C:2014:2454</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 52(3) jgħid li sa fejn il-Karta għandha drittijiet li jikkorrispondu għal drittijiet iggarantiti mill-KEBD, it-tifsira u l-ambitu ta’ dawk id-drittijiet huma l-istess bħal dawk stabbiliti f’dik il-Konvenzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 95/46</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-għanijiet li ġejjin huma elenkati fil-preambolu tad-Direttiva 95/46:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>m’għandux ikun magħdud l-ipproċessar ta’ data magħmul minn persuna naturali fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet li huma esklussivament personali jew domestiċi, bħal ma hija korrispondenza u ż-żamma ta’ reġistri ta’ indirizzi;</P><P>[…]</P><P>[…] meħud kont ta’ l-importanza ta’ l-iżviluppi li qed ikun hemm fil-qafas tas-soċjetà ta’ l-informatika, tat-teknika użata biex taqbad, tibgħat, timmanipula, tirreġistra, taħżen jew tikkomunika data audio-viżwali dwar persuna naturali, [id-Direttiva 95/46] għandha tapplika għal ipproċessar li jkollu x’jaqsam ma’ din id-data;</P><P>[…]</P><P>[…] l-ipproċessar ta’ data audio-viżwali, bħal ma jiġri f’każi ta’ sorveljanza bil-video, ma jaqgħax taħt [id-Direttiva 95/46] jekk isir għal għanijiet ta’ sigurtà pubblika, difiża, sigurtà nazzjonali jew meta jsiru attivitajiet ta’ l-Istat fil-qasam tal-liġi kriminali jew attivitajiet oħra li ma jaqgħux taħt [il-liġi tal-Unjoni];</P><P>[…]</P><P>[…] sa fejn għandu x’jaqsam l-ipproċessar ta’ data audio-viżwali li jsir għal għanijiet ta’ ġurnaliżmu jew għal għanijiet ta’ espressjoni letterarja jew artistika, partikolarment fil-qasam audio-viżiv, il-prinċipji tad-[Direttiva 95/46] għandhom japplikaw b’mod ristrett skond id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9;</P><P>[…]</P><P>l-ipproċessar ta’ data personali għal għanijiet ta’ ġurnaliżmu jew għal għanijiet ta’ espressjoni letterarja jew artistika, partikolarment fil-qasam audio-viżwali, għandu jikkwalifika għal eżenzjoni minn ċerti dispożizzjonijiet [tad-Direttiva 95/46] meta dan ikun meħtieġ biex issir rikonċiljazzjoni bejn id-drittijiet fundamentali ta’ individwi u l-libertà ta’ l-informazzjoni, u l-iktar mad-dritt li tingħata u tintbagħat informazzjoni, kif garantita partikolarment bl-Artikolu 10 [tal-KEDB]; […] Stati Membri għandhom għalhekk jistabbilixxu eżenzjonijiet u derogi meħtieġa għall-fini ta’ bilanċ bejn id-drittijiet fundamentali dwar miżuri ġenerali ta’ leġitimità ta’ l-ipproċessar tad-data […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Premessi 12, 14, 16, 17 u 37 rispettivament.</P></NOTE>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 95/46 jgħid li l-Istati Membri għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>jipproteġu d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ta’ [persuni] naturali, u partikolarment tad-dritt tagħhom għall-ħajja privata dwar l-ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Id-definizzjonijiet li ġejjin huma stabbiliti fl-Artikolu 2:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>data personali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser kull data li jkollha x’taqsam ma’ persuna naturali identifikata jew identifikabbli (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>suġġett tad-data<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>); persuna identifikabbli huwa min jista’ jkun identifikat, direttament jew indirettament, partikolarment b’referenza għal numru ta’ identità jew għal fattur wieħed speċifiku jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>) tfisser kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq data personali, b’mezzi awtomatiċi jew mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, reġistrazzjoni, organizzazzjoni, ħażna, adattament jew bdil, rkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar bi trasmissjoni, tixrid jew li xort’oħra jagħmlu l-ipproċessar disponibbli jew li jġibu allineament, taħlita, imblokk, tħassir jew distruzzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser persuna naturali jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-finijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar ta’ data personali […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 d-Direttiva 95/46 tapplika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>[…] għall-ipproċessar ta’ data personali fl-intier tiegħu jew parti minnu b’mezzi awtomatiċi, u għall-ipproċessar b’mezzi oħra mhux awtomatiċi ta’ data personali li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar jew li tkun maħsuba li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>[Id-Direttiva 95/46] m’għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fil-kors ta’ attività li ma tkunx skond il-finijiet [tal-liġi tal-Unjoni], bħalma huma dawk provduti fit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u fi kwalunkwe każ għal operazzjonijiet ta’ ipproċessar dwar sigurtà pubblika, difiża, sigurtà ta’ l-Istat (magħdud il-ġid ekonomiku ta’ l-Istat meta l-operazzjoni ta’ l-ipproċessar tkun dwar materji ta’ sigurtà ta’ l-Istat) u l-attivitajiet ta’ l-Istat fl-oqsma tal-liġi kriminali,</P></ITEM><ITEM><P>minn persuna naturali meta fil-kors ta’ attività purament personali jew domestika<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Regoli ġenerali dwar il-legalità ta’ l-ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Skont l-Artikolu 6(1) l-Istati Membri għandhom jipprovdu li data personali għandha tkun ittrattata skont il-kundizzjonijiet kumulattivi elenkati hemmhekk. Inkluż f’din il-lista hemm li data tista’ tinġabar biss għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Artikolu 6(1)(b). Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1)(a), (c) sa (e) jgħidu li data personali għandha tiġi pproċessata b’mod ġust u skont il-liġi; barra minn hekk għandhom ikunu adegwati, rilevanti u mhux eċċessivi għall-finijiet tagħhom, eżatti u miżmuma b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data tkun inġabret. Dawn il-kundizzjonijiet ma għandhom l-ebda effett dirett fuq il-kawża inkwistjoni.</P></NOTE>. L-Artikolu 6(2) jgħid li l-kontrollur tad-data għandu jassigura konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6(1).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 jistabbilixxi kriterji biex l-ipproċessar tad-data jkun leġittimu. Dan jinkludi li l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-finijiet tal-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur jew mit-terz/i li lilhom tkun ġiet żvelata d-data, ħlief meta dawk l-interessi ma jingħelbux mid-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett/i tad-data protetti bl-Artikolu 1(1) tad-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Il-lista ta’ każijiet li fihom l-ipproċessar ta’ data personali jista’ jitqies li jkun skont il-liġi għall-finijiet tal-Artikolu 7 hija eżawrjenti u restrittiva. L-Artikolu 7(f) biss huwa rilevanti fir-rigward tal-każ inkwistjoni: ara l-punti 67 sa 71 iktar ’il quddiem.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-ipproċessar ta’ data personali u libertà tal-espressjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (u li jifforma parti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 95/46), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Stati Membri għandhom jipprovdu għal eżenzjonijiet jew derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Kapitolu IV u l-Kapitolu VI dwar l-ipproċessar ta’ data personali magħmul biss għal għanijiet ġurnalistiċi jew għall-iskop ta’ espressjoni artistika jew letterarja jekk dawn ikunu meħtieġa biss biex jirrikonċiljaw id-dritt tal-ħajja [privata] mar-regoli li jirregolaw il-libertà ta’ l-espressjoni.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex jirrestrinġu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi u tad-drittijiet stipulati, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fl-Artikolu 6(1) meta restrizzjoni bħal din tkun meħtieġa biex jitħarsu ċerti interessi, bħas-sigurtà nazzjonali, id-difiża jew is-sigurtà pubblika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tgħid li l-għan tal-liġi Latvjana inkwistjoni huwa l-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u, b’mod partikolari, id-dritt għall-ħajja privata, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li tkun tikkonċerna persuni fiżiċi. Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 3 tal-Fizisko personu datu aizsardzības likums (il-Liġi dwar il-Protezzjoni ta’ Data Personali), ir-regoli nazzjonali ma japplikawx għall-ipproċessar ta’ data personali magħmul minn individwi għal użu personali jew domestiku u, barra minn hekk, meta d-data personali ma tiġix żvelata lil terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>F’konformità ma’ dik il-liġi, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>data personali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> hija ddefinita bħala li tfisser kull informazzjoni dwar persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. L-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> ta’ data personali huwa kull operazzjoni applikata għal data personali, inklużi ġbir, reġistrazzjoni, dħul, ħażna, organizzazzjoni, tibdil, użu, trasferiment, trażmissjoni u tixrid, imblukkar jew tħassir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-Liġi dwar il-Protezzjoni ta’ Data Personali jipprovdi għal eċċezzjoni għar-regoli stabbiliti f’dik il-leġiżlazzjoni meta data personali tiġi pproċessata għal għanijiet ġurnalistiċi skont il-Liġi intitolata Par presi un citiem masu informacijas lidzekliem (Liġi dwar l-istampa u midja oħra) jew għall-għanijiet ta’ espressjoni artistika jew letterarja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>S. Buivids (il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kontrollur tad-data<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> għal dawn il-finijiet) għamel reġistrazzjoni video ġewwa għassa tal-pulizija Latvjana. Ir-reġistrazzjoni kienet dwar dikjarazzjoni li huwa kien għamel lill-pulizija fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi li kienu nbdew kontrih<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Il-qorti tar-rinviju tgħid fid-digriet tagħha ta’ rinviju li iktar tard kienet ġiet imposta multa fuq S. Buivids fil-kuntest ta’ dawk il-proċeduri amministrattivi.</P></NOTE>. F’dik ir-reġistrazzjoni video huwa possibbli wieħed jara l-faċilitajiet tal-pulizija u għadd ta’ uffiċjali tal-pulizija fil-qadi ta’ dmirijiethom. Il-konverżazzjoni ta’ S. Buivids mal-uffiċjali tal-pulizija waqt li dawn kienu qed iwettqu ċerti funzjonijiet amministrattivi kienet ġiet irreġistrata: huwa jista’ jinstema’, kif ukoll l-uffiċjali tal-pulizija konċernati u l-persuna li akkumpanjatu fl-għassa tal-pulizija. S. Buivids ippubblika r-reġistrazzjoni video li rriżultat fuq is-sit tal-Internet <HT TYPE="ITALIC">www.youtube.com</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130830">30 ta’ Awwissu 2013</DATE> id-Data valsts inspecija (l-Aġenzija għall-Protezzjoni tad-Data tal-Latvja) iddeċidiet li S. Buivids kien kiser ir-regoli nazzjonali rilevanti (l-Artikolu 8(1) tal-Liġi dwar il-Protezzjoni ta’ Data Personali) minħabba li ma kienx għarraf lill-uffiċjali tal-pulizija (is-suġġetti tad-data) f’konformità ma’ dawk ir-regoli dwar l-għan maħsub tal-iffilmjar. Huwa lanqas ma ta lill-Aġenzija għall-Protezzjoni tad-Data tal-Latvja xi informazzjoni dwar l-għan tal-iffilmjar u<?PAGE NO="5"?> tal-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni video fuq sit tal-Internet biex juri li l-għan tiegħu meta ħa u ppubblika l-film kien jissodisfa r-rekwiżiti tar-regoli nazzjonali rilevanti. Konsegwentement, l-Aġenzija għall-Protezzjoni tad-Data qalet lil S. Buivids biex ineħħi l-video inkwistjoni mis-sit tal-<HT TYPE="ITALIC">YouTube</HT> u minn siti oħra tal-Internet fejn kien ippubblikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>S. Buivids beda proċeduri quddiem l-Administratīvā rajona tiesa (il-Qorti Amministrattiva Distrettwali) li ċaħdet ir-rikors tiegħu. S. Buivids sussegwentement appella minn din id-deċiżjoni quddiem l-Administratīvā apgabaltiesa (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali) fejn talab għal dikjarazzjoni li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130830">30 ta’ Awwissu 2013</DATE> kienet illegali u talab kumpens għal ħsara li bata b’riżultat ta’ dan. Biex isostni t-talba tiegħu S. Buivids argumenta li permezz tar-reġistrazzjoni video tiegħu huwa xtaq iġib għall-attenzjoni tas-soċjetà xi ħaġa li fl-opinjoni tiegħu kienet tikkostitwixxi mġiba illegali min-naħa tal-pulizija. Ma hemm xejn fid-digriet tar-rinviju li jindika li S. Buivids kien identifika l-atti li kienu jikkostitwixxu l-allegata mġiba illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-Administratīvā apgabaltiesa (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali) ċaħdet it-talba ta’ S. Buivids għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, hija sabet bħala fatt li s-suġġetti tad-data kienu identifikabbli fir-reġistrazzjoni ta’ S. Buivids. It-tieni nett, hija qieset li S. Buivids ma kienx għamel ir-reġistrazzjoni video għal għanijiet ġurnalistiċi skont ir-regoli Latvjani. Meta huwa rreġistra uffiċjali tal-pulizija fuq il-post tax-xogħol tagħhom waqt li kienu qed jaqdu dmirijiethom u mingħajr ma għarraf lil dawk l-uffiċjali dwar l-għan speċifiku tal-ipproċessar tad-data personali konċernata, S. Buivids ma kienx konformi mal-Artikolu 5 tal-Liġi dwar il-Protezzjoni ta’ Data Personali u kien kiser l-Artikolu 8(1) ta’ dik il-liġi. It-tielet nett, l-Aġenzija Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Data kienet talbet lil S. Buivids ineħħi l-video mis-siti tal-Internet li fuqhom kien ġie ppubblikat, minħabba li kien ipproċessa d-data personali b’mod illegali. Dik it-talba kienet kemm leġittima kif ukoll proporzjonali. Fl-aħħar nett, ma kien jidher li kien hemm ebda konflitt bejn id-dritt ta’ S. Buivids għal-libertà tal-espressjoni u d-dritt għall-ħajja privata tas-suġġetti tad-data, minħabba li S. Buivids ma kienx indika l-għan tiegħu għall-pubblikazzjoni tal-video. Barra minn hekk, il-video ma kienx għarraf lill-pubbliku dwar aħbarijiet kurrenti; lanqas ma żvela xi mġiba illegali min-naħa tal-pulizija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>S. Buivids ippreżenta appell fil-kassazzjoni kontra dik is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju. Din tal-aħħar tosserva li l-każ ta’ S. Buivids huwa dwar reġistrazzjoni video waħda ta’ uffiċjali tal-pulizija fil-qadi ta’ dmirijiethom filwaqt li kienu qed jaġixxu bħala rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi. Ma hijiex ċerta jekk l-azzjonijiet ta’ S. Buivids jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46 u jekk l-eċċezzjoni ta’ għanijiet ġurnalistiċi tal-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva tapplikax għall-espressjoni ta’ opinjoni personali dwar il-ħidma tal-pulizija u t-tixrid ta’ reġistrazzjoni video li turi lil uffiċjali tal-pulizija jwettqu dmirijiethom fuq is-sit tal-Internet <HT TYPE="ITALIC">www.youtube.com</HT>. Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju titlob gwida minn din il-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-domandi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>(1)</NO.P><TXT>L-azzjonijiet bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża (li jinġibdu filmati ta’ membri tal-pulizija f’għassa tal-pulizija matul l-eżekuzzjoni ta’ atti ta’ natura proċedurali u l-pubblikazzjoni tal-video hekk irreġistrat fis-sit internet <HT TYPE="ITALIC">www.youtube.com</HT>) jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 95/46 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-azzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq jistgħu jitqiesu bħala trattament ta’ data ta’ natura personali għal għanijiet ġurnalistiċi fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub kienu ssottomessi minn S. Buivids, mill-Gvern tal-Awstrija, tar-Repubblika Ċeka, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Polonja u tal-Portugall u mill-Kummissjoni Ewropea. S. Buivids, il-Gvern Latvjan u l-Kummissjoni attendew għas-seduta tal-<DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE> flimkien mal-Gvern Svediż, li ma ppreżentax osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda l-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk persuna li tirreġistra uffiċjali tal-pulizija fuq film waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, u wara tippubblika video ta’ dik ir-reġistrazzjoni fuq sit tal-Internet, bħal <HT TYPE="ITALIC">YouTube</HT>, taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>S. Buivids, ir-Repubblika Ċeka, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall u l-Kummissjoni jissottomettu li dawk l-azzjonijiet jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46. L-Awstrija u l-Latvja jargumentaw il-kuntrarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Jidhirli li attivitajiet bħal dawk imwettqa minn S. Buivids tabilħaqq jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Reġistrazzjoni video ta’ uffiċjali tal-pulizija fil-qadi ta’ dmirijiethom li ssir f’bini tal-puliżija taqa’ skont il-kliem tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 95/46 sa fejn tikkostitwixxi pproċessar ta’ data personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatiċi. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, skont l-Artikolu 2(a) ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>data personali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tinkludi l-immaġni ta’ persuna rreġistrata permezz ta’ kamera<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ryneš</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-212/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2428">EU:C:2014:2428</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Isegwi mill-Artikolu 2(b) li reġistrazzjoni video, bħala prinċipju, tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> minħabba li taqa’ fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq data personali […], bħalma huma l-ġbir, reġistrazzjoni, […] ħażna<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ryneš</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-212/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2428">EU:C:2014:2428</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja kienet preċedentement iddeċidiet li l-operazzjoni ta’ tqegħid ta’ data personali għal fuq paġna tal-Internet tikkostitwixxi ipproċessar fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 95/46<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE> <NAME.CASE>Google Spain u Google</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-131/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-pubblikazzjoni ta’ tali reġistrazzjoni video fuq sit tal-Internet, għalhekk, b’mod ċar taqa’ fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> ta’ data personali stabbilit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 95/46<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Lindqvist</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. Dik il-kawża kienet dwar il-pubblikazzjoni, minn katekist, ta’ paġni tal-Internet biex parruċċani jkunu jistgħu jitħejjew għall-griżma tagħhom billi jiksbu tagħrif li setgħu jeħtieġu.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tiegħi tal-Artikolu 2(a) u (b) flimkien mal-Artikolu 3(1) hija konsistenti mal-għanijiet tad-Direttiva 95/46, li jgħidu li d-direttiva għandha tapplika, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, għal reġistrazzjoni, ħżin jew komunikazzjoni ta’ data audioviżwali dwar persuni fiżiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Premessa 14.</P></NOTE>. Filwaqt li l-premessa 16 tindika li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva għandu jkun ristrett fir-rigward ta’ pproċessar mill-Istat ta’ data audioviżwali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>jekk isir għal għanijiet ta’ sigurtà pubblika, difiża, sigurtà nazzjonali jew meta jsiru attivitajiet ta’ l-Istat fil-qasam tal-liġi kriminali jew attivitajiet oħra li ma jaqgħux taħt [il-liġi tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, isegwi <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT> li l-leġiżlatur qies li d-Direttiva 95/46 għandha, xort’oħra, tkopri reġistrazzjonijiet video<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Premessa 16; ara l-punt 4 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-Awstrija hija tal-fehma li l-attivitajiet bħal dawk imwettqa minn S. Buivids jaqgħu lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46. Hija tissottometti li d-digriet tar-rinviju jgħid li, skont il-liġi tal-Latvja, impjegati taċ-ċivil waqt il-qadi tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom jaqgħu lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt għall-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – dan minħabba li uffiċjali li jkunu qed jaqdu dmirijiethom ikollhom jaċċettaw li huma joperaw fl-arena pubblika u li l-azzjonijiet tagħhom jistgħu jkunu suġġetti għal skrutinju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Jiena ma naċċettax dan l-argument kuntrarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>It-test tad-Direttiva 95/46 ma għandux eċċezzjoni espliċita li teskludi uffiċjali pubbliċi, bħal uffiċjali tal-pulizija, mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Lanqas il-premessi ma jirriflettu xi għan bħal dan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Id-Direttiva għandha, barra minn hekk, tiġi interpretata b’mod li jkun konsistenti ma’ drittijiet fundamentali. Impjegati tas-servizz ċivili huma, bħala prinċipju, protetti bl-istess mod bħal individwi oħra fir-rigward tad-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja (Artikolu 7 tal-Karta) u tad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali (Artikolu 8 tal-Karta) li joriġina mid-dritt iktar ġenerali għall-ħajja privata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth u PAN Europe v EFSA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑615/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:489">EU:C:2015:489</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Tabilħaqq, li jitqies mod ieħor jista’ jwassal għal konsegwenzi negattivi minħabba li uffiċjali pubbliċi jitħallew vulnerabbli fir-rigward tad-drittijiet tagħhom għall-ħajja privata u jista’ jfixkel ir-reklutaġġ u ż-żamma ta’ staff fis-settur pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif qalet il-Qorti tal-Ġustizzja, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>ħajja privata<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ma għandux jiġi interpretat b’mod restrittiv u, għalhekk, ma hemmx raġuni ta’ prinċipju li tiġġustifika l-esklużjoni ta’ attivitajiet ta’ natura professjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Volker und Markus Schecke u Eifert</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-92/09 u C-93/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:662">EU:C:2010:662</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-Latvja tissottometti li atti bħal dawk imwettqa minn S. Buivids ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46, u dan għal erba’ raġunijiet. L-ewwel, minn interpretazzjoni litterali tal-Artikolu 3(1) isegwi li, biex id-Direttiva 95/46 tkun applikabbli, id-data konċernata għandha tkun tagħmel parti minn sistema ta’ arkivjar. Il-qorti tar-rinviju tgħid li S. Buivids għamel reġistrazzjoni video waħda. L-attivitajiet tiegħu, għalhekk, ma jistgħux ikunu deskritti bħala li kienu organizzati jew strutturati biex jagħmlu parti minn sistema ta’ arkivjar. It-tieni, l-Artikolu 3(1) għandu jiġi interpretat b’mod konsistenti mal-għanijiet tad-Direttiva 95/46 li jinkludu l-ħarsien tad-dritt għall-ħajja privata. Ir-rabta bejn dan l-għan interpretat kif xieraq u l-pubblikazzjoni ta’ reġistrazzjoni video waħda fuq l-Internet hija wisq dgħajfa. It-tielet, l-individwi fir-reġistrazzjoni video ma jistgħux ikunu identifikati mingħajr sforz sinjifikattiv. Dik ir-reġistrazzjoni, għalhekk, ma fihiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>data li jkollha x’taqsam ma’ persuna naturali identifikata jew identifikabbli<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> li hija skont id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>data personali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> skont l-Artikolu 2(a) tad-direttiva. Ir-raba’, din il-kawża hija differenti mill-kawża Lindqvist<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>: f’din tal-aħħar kien possibbli tinstab data personali ppubblikata fuq l-Internet billi jiddaħħal l-isem jew informazzjoni oħra f’magna ta’ tiftix. Il-Latvja żżid li minħabba li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi dwar il-Protezzjoni ta’ Data Personali huwa usa’ minn dak tad-Direttiva 95/46, l-azzjoni meħuda mill-Aġenzija għall-Protezzjoni tad-Data kontra S. Buivids kienet, madankollu, fondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Jiena ma naċċettax l-argumenti tal-Latvja, dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46 għar-raġunijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Jiena ma ninterpretax it-test tal-Artikolu 3(1) bl-istess mod kif jagħmel il-Gvern Latvjan. Il-kliem ma jgħidx li meta data personali tiġi pproċessata kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatiċi, din id-data għandha <HT TYPE="ITALIC">barra minn hekk</HT> tagħmel parti minn sistema ta’ arkivjar biex tkun tapplika d-Direttiva 95/46. Minflok, jidhirli li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 95/46 japplika f’kull waħda minn żewġ sitwazzjonijiet: (i) għall-ipproċessar ta’ data personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatiċi u (ii) għal tali data li ma tkunx ipproċessata awtomatikament iżda li tkun tagħmel (jew tkun maħsuba li tagħmel) parti minn sistema ta’ arkivjar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-protezzjoni tad-dritt għall-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali hija objettiv prinċipali tad-Direttiva 95/46. Id-drittijiet ta’ uffiċjali tal-pulizija li kienu ffilmjati minn S. Buivids huma integrali għal dan il-każ. Bħala suġġetti ta’ data individwali, huma identifikabbli, u kienet ippubblikata informazzjoni dwarhom. Għalhekk hemm <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> ksur ċar tad-drittijiet fundamentali tagħhom iggarantit bl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Google Spain u Google</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑131/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Huwa immaterjali jekk l-informazzjoni ppubblikata hijiex sensittiva jew jekk l-individwi konċernati sofrewx xi inkonvenjent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140408">8 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Digital Rights Ireland <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-293/12 u C-594/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:238">EU:C:2014:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Jekk tkunx bi tqila li s-suġġetti ta’ data jkunu identifikati ma huwiex kriterju stabbilit fid-Direttiva 95/46 u, għalhekk, ma jistax jintuża biex jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3(1) ikunux tħarsu. Id-Direttiva 95/46 bl-istess mod ma titlobx li l-ipproċessar ta’ data personali jkun jinkludi informazzjoni, bħal isem jew indirizz, li tippermetti li ssir tfittxija fuq l-Internet qabel ma individwu jkun jista’ jgħid li d-drittijiet tiegħu għall-protezzjoni ta’ data kienu nkisru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Għall-fini ta’ bon ordni nżid ngħid li fil-fehma tiegħi l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 ma japplikax għal dan il-każ. Din id-dispożizzjoni tgħid li d-direttiva ma tapplikax għall-ipproċessar ta’ data personali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>fil-kors ta’ attività li ma tkunx skond il-finijiet [tal-liġi tal-Unjoni] […] u fi kwalunkwe każ għal operazzjonijiet ta’ ipproċessar dwar sigurtà pubblika, difiża, sigurtà ta’ l-Istat […] u l-attivitajiet ta’ l-Istat fl-oqsma tal-liġi kriminali.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> Bħala eċċezzjoni għar-regoli dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, l-Artikolu 3(2) għandu jiġi interpretat b’mod strett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170927">27 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Puškár</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:725">EU:C:2017:725</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. L-attivitajiet kollha elenkati bħala eżempji huma attivitajiet tal-Istat jew ta’ awtoritajiet Statali li ma humiex relatati mad-diversi sferi ta’ attività ta’ individwi. Huma intiżi biex jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni stabbilita, bir-riżultat li dik l-eċċezzjoni tkun tapplika biss għal dawk l-attivitajiet espressament elenkati jew li jistgħu jiġu kklassifikati fl-istess kategorija (<HT TYPE="ITALIC">ejusdem generis</HT>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170927">27 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Puškár</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-73/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:725">EU:C:2017:725</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>L-azzjonijiet ta’ S. Buivids kienu l-attivitajiet ta’ individwu li kien qed jesprimi l-fehmiet privati tiegħu. B’mod ċar, għalhekk, dawn ma jaqgħux taħt l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din id-dispożizzjoni, interpretata b’riferiment għall-għanijiet espressi fil-premessa 12, b’rabta ma’ dik l-eċċezzjoni, issemmi korrispondenza u ż-żamma ta’ reġistrazzjonijiet ta’ indirizzi bħala eżempji ta’ proċessar ta’ data magħmul minn persuna fiżika matul attività purament personali jew domestika. Isegwi li din l-aħħar eċċezzjoni għandha tiġi interpretata bħala li hija relatata biss ma’ attivitajiet li jitwettqu matul il-ħajja privata jew tal-familja ta’ individwi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Satakunnan Markkinapörssi u Satamedia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:727">EU:C:2008:727</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 bl-istess mod ma jistax japplika għall-attivitjiet ta’ S. Buivids. Il-pubblikazzjoni ta’ reġistrazzjoni video fuq l-Internet ma kinitx tagħmel parti mill-ħajja privata jew tal-familja tiegħu. Bil-kontra ta’ dan: il-pubblikazzjoni kienet tfisser li d-data tqegħdet għad-dispożizzjoni u kienet aċċessibbli min numru illimitat ta’ persuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għalhekk nikkonkludi li attivitajiet bħall-iffilmjar u r-reġistrazzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi fil-qadi ta’ dmirijiethom fil-post tax-xogħol tagħhom u l-pubblikazzjoni sussegwenti tar-reġistrazzjoni video fuq l-Internet tikkostitwixxi ipproċessar ta’ data personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatiċi għall-finijiet tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda l-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk atti bħal dawk imwettqa minn S. Buivids għandhomx jitqiesu bħala li huma koperti mill-eċċezzjoni ta’ għanijiet ġurnalistiċi prevista fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tgħid fid-digriet tar-rinviju tagħha li jekk S. Buivids kien għamel u ppubblika r-reġistrazzjoni video tiegħu għal għanijiet ġurnalistiċi skont ir-regoli nazzjonali rilevanti, l-attivitajiet tiegħu kienu jkunu eżenti mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8 tal-Liġi dwar il-Protezzjoni ta’ Data Personali li jitlob li l-kontrollur tad-data jinforma lis-suġġett tad-data bil-mod stabbilit dwar l-għan maħsub ta’ reġistrazzjoni video.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward nosserva li l-Istati Membri għandhom, meta jittrasponu direttivi bħad-Direttiva 95/46, jieħdu ħsieb jiżguraw li regoli nazzjonali jiġu interpretati b’mod li jippermetti li jinkiseb bilanċ ġust bejn id-diversi drittijiet fundamentali protetti bl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Barra minn hekk, meta jimplementaw miżuri nazzjonali li jittrasponu direttivi l-awtoritajiet u l-qrati tal-Istati Membri għandhom mhux biss jinterpretaw il-liġi nazzjonali tagħhom b’mod konsistenti ma’ dawk id-direttivi iżda għandhom ukoll jiżguraw li ma jistriħux fuq interpretazzjoni ta’ regoli nazzjonali li tkun f’kunflitt ma’ dawk id-drittijiet fundamentali jew mal-prinċipji ġenerali l-oħra tal-liġi tal-Unjoni, bħall-prinċipju ta’ proporzjonalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080129">29 ta’ Jannar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Promusicae</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑275/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:54">EU:C:2008:54</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà qalet li l-Artikolu 9 għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-għanijiet segwiti mid-Direttiva 95/46 u mis-sistema li hija tistabbilixxi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Satakunnan Markkinapörssi u Satamedia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-73/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:727">EU:C:2008:727</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. L-Artikolu 1 jagħmilha ċara li dawk l-għanijiet jinkludu li jitħalla jkun hemm iċ-ċirkulazzjoni libera ta’ data personali, kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali ta’ individwi, b’mod partikolari d-dritt għall-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. L-Artikolu 9 tad-direttiva jindika kif dawn iż-żewġ għanijiet għandhom jiġu rrikonċiljati. L-obbligu li jinkiseb il-bilanċ meħtieġ huwa tal-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara l-premessi 17 u 37 tad-Direttiva 95/46.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>L-istorja leġiżlattiva tad-Direttiva 95/46 tindika li l-eċċezzjoni ta’ għanijiet ġurnalistiċi għandha tiġi applikata b’mod restrittiv. Il-kliem issa tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46 ma kienx fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>COM(90) 314 finali tat-<DATE ISO="19900913">13 ta’ Settembru 1990</DATE>. Il-proposta oriġinali kienet tinkludi abbozz tal-Artikolu 19 li kien jippermetti lill-Istati Membri jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tad-direttiva fir-rigward tal-istampa u tal-midja audjoviżiva, sa fejn dan kien meħtieġ biex ikunu rrikonċiljati d-drittijiet fundamentali ta’ individwi għall-ħajja privata u l-libertà tal-espressjoni. Dik il-proposta ġiet emendata darbtejn, bil-proposti tal-Kummissjoni COM (92) 422 finali tal-<DATE ISO="19921015">15 ta’ Ottubru 1992</DATE> u COM (95) 375 finali tat-<DATE ISO="19950718">18 ta’ Lulju 1995</DATE>.</P></NOTE>. Dan iddaħħal kważi ħames snin wara li kienet saret dik il-proposta b’riżultat ta’ emendi ssuġġeriti mill-Parlament Ewropew biex jiġi ċċarat li l-Istati Membri kellhom jipprovdu għal eżenzjonijiet jew derogi biss jekk dawn ikunu meħtieġa biex id-dritt għall-ħajja privata jiġi rrikonċiljat mar-regoli dwar il-libertà tal-espressjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara d-Deċiżjoni dwar il-pożizzjoni komuni stabbilita mill-Kunsill bil-ħsieb li tkun adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u l-moviment liberu ta’ tali data (C4–0051/95 – 00/0287 (COD) (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="166" PAGE.FIRST="105" DATE.PUB="1995">ĠU 1995 C 166, p. 105</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 jista’ jinqasam f’żewġ partijiet. Skont l-ewwel parti, l-istruzzjoni lill-Istati Membri hija li huma għandhom jipprovdu għal eżenzjonijiet jew derogi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, mir-regoli ġenerali dwar il-legalità tal-ipproċessar ta’ data personali, bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 ta’ dik id-direttiva. It-tieni parti tenfasizza li tali eżenzjonijiet jew derogi għall-ipproċessar tad-data personali magħmul biss għal għanijiet ġurnalistiċi jistgħu jingħataw <HT TYPE="ITALIC">biss</HT> sa fejn dan ikun meħtieġ biex id-dritt għall-ħajja privata jiġi rrikonċiljat mar-regoli dwar il-libertà tal-espressjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>L-eżenzjoni tkopri wkoll l-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ espressjoni artistika jew letterarja li ma huwiex rilevanti fil-kuntest tal-kawża prinċipali: ara wkoll il-punt 10 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà għamlitha ċara li fil-kuntest tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>għanijiet ġurnalistiċi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Satakunnan Markkinapörssi u Satamedia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:727">EU:C:2008:727</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>; u stabbilixxiet għadd ta’ kriterji li għandhom jitqiesu. L-ewwel nett, il-ġurnaliżmu ma huwiex ristrett għal impriżi tal-midja: pjuttost, japplika għal kull persuna li tidħol għal dik l-attività. It-tieni nett, il-kwistjoni ta’ jekk il-ġurnaliżmu inkwistjoni jiġġenerax profitt ma hijiex kunsiderazzjoni determinanti. It-tielet nett, metodi ta’ komunikazzjoni jinbidlu u jevolvu: hekk li, jekk id-data tiġix ipproċessata u trażmessa b’mezzi konvenzjonali, anki antikwati (bħal fuq il-karta jew b’radio waves) jew jekk l-ipproċessar isirx permezz ta’ metodu iktar modern (bħat-tqegħid ta’ data fuq l-Internet), ma humiex determinanti. Fl-aħħar nett, fid-dawl ta’ dawn il-kriterji, azzjonijiet jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>attivitajiet ġurnalistiċi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> jekk l-għan tagħhom ikun l-iżvelar lill-pubbliku ta’ informazzjoni, opinjonijiet jew ideat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Satakunnan Markkinapörssi u Satamedia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:727">EU:C:2008:727</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Attivitajiet bħal dawk imwettqa minn S. Buivids jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>għanijiet ġurnalistiċi<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> kif stabbilit fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>S. Buivids, bl-appoġġ tal-Gvern Portugiż u Svediż, jissottometti li l-azzjonijiet tiegħu jistgħu jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9 u li huwa eżenti mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II ta’ dik id-direttiva. Ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja jirribattu li l-Artikolu 9 ma japplikax għal dan il-każ. L-Awstrija, l-Italja u l-Kummissjoni jsostnu li l-evalwazzjoni dwar jekk l-eċċezzjoni ta’ għanijiet ġurnalistiċi tapplikax hija, fl-aħħar mill-aħħar, kwistjoni għall-qorti nazzjonali. Il-Latvja ssostni li għalkemm l-azzjonijiet ta’ S. Buivids ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46, japplikaw fil-fatt ir-regoli nazzjonali rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-għanijiet tal-iżvelar inkwistjoni hawnhekk huma b’mod ċar kwistjonijiet ta’ fatt li ma humiex għal din Qorti tal-Ġustizzja. Dan espost, fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46 il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti lill-qorti tar-rinviju l-qafas meħtieġ biex hija tagħmel dik l-evalwazzjoni. Il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Qorti ta’ Strasbourg<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>) li tinterpreta d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-KEDB (Artikoli 8 u 10) tagħti punti utli ta’ riferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-interpretazzjoni li tat tal-Artikolu 10 tal-KEDB, il-Qorti ta’ Strasbourg iddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>attività ta’ espressjoni ġġenerata minn utenti fuq l-Internet tagħti pjattaforma bla preċedent għall-eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u li l-pubblikazzjoni ta’ aħbarijiet u kummenti fuq sit tal-Internet hija attività ġurnalistika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>QEDB, <DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE>, Delfi AS vs L-Estonja [GC], CE:ECHR:2015:0616JUD006456909, § 110 u l-ġurisprudenza ċċitata, u § 112.</P></NOTE>. L-imsemmija qorti ripetutament irrikonoxxiet il-funzjoni vitali tal-midja biex jitħaffef u jitrawwem id-dritt tal-pubbliku li jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>QEDB, <DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>, Magyar Helsinki Bizottság vs L-Ungerija, CE:ECHR:2016:1108JUD001803011, § 165 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Hija rrikonoxxiet ukoll li l-funzjoni li jinħolqu diversi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>pjattaformi għal dibattitu pubbliku ma hijiex limitata għall-istampa [konvenzjonali] […] Minħabba l-funzjoni importanti li jaqdi l-Internet biex jitjieb l-aċċess tal-pubbliku għal aħbarijiet u biex jitħaffef it-tixrid ta’ informazzjoni […] il-funzjoni ta’ bloggers u ta’ dawk li jagħmlu użu popolari tal-midja soċjali tista’ wkoll tiġi assimilata [mal-funzjoni] ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>għassiesa pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> sa fejn għandha x’taqsam il-protezzjoni mogħtija mill-Artikolu 10 [tal-KEDB].<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>QEDB, <DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>, Magyar Helsinki Bizottság vs L-Ungerija, CE:ECHR:2016:1108JUD001803011, § 166 u § 168.</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għalhekk, jidhirli li huwa ċar li individwu li jidħol għall-hekk imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ġurnaliżmu taċ-ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> billi jiġbor u jxerred informazzjoni biex jiżvela lill-pubbliku informazzjoni, opinjonijiet jew ideat jista’ jitqies bħala li jkun qiegħed jipproċessa data personali għal għanijiet ġurnalistiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 9<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara n-Nota ta’ qiegħ il-paġna 30 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Isegwi li jiena ma naqbilx mal-fehmiet espressi mir-Repubblika Ċeka u mill-Portugall sa fejn huma jsostnu li l-ġurnaliżmu dejjem neċessarjament jimplika grad ta’ formaliżmu u proċeduri professjonali jew kontroll. Anke jekk dan seta’ b’mod ġeneriku jkun minnu fil-passat, l-avvanz teknoloġiku u l-bidliet fid-drawwiet soċjali issa jagħmluha impossibbli li l-kunċett ta’ ġurnaliżmu jkun limitat għal dak ta’ professjoni irregolata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara l-gazzetta The Guardian, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>The rise of citizen journalism<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, <DATE ISO="20120611">11 ta’ Ġunju 2012</DATE>. Il-Financial Times għażlet, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Il-persuna tas-sena 2017<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> tagħha, lil Susan Fowler, il-mara żagħżugħa Amerikana li ħarġet fil-beraħ il-fastidju sesswali f’Uber billi żvelat l-esperjenzi tagħha f’għamla ta’ blogg u kienet l-ispirazzjoni għan-nisa biex jitkellmu. Anki qabel l-Internet, il-ġurnaliżmu ma kienx ristrett b’mod formali għal professjoni speċifika. Bħal, pereżempju Samizdat, is-sistema klandestina fl-U.S.S.R u fil-pajjiżi fl-orbita tagħha, li kienet tistampa u tippubblika letteratura privatament biex tkun evitata ċ-ċensura governattiva, nies ordinarji setgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Madankollu, bl-ebda mod ma jsegwi li <HT TYPE="ITALIC">kull</HT> żvelar ta’ informazzjoni relatata ma’ persuna identifikabbli magħmul minn individwu li jippubblika materjal fuq l-Internet jikkwalifika bħala ġurnaliżmu u, għalhekk, jaqa’ fl-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46. Din id-dispożizzjoni hija kategorika li l-eżenzjoni għal għanijiet ġurnalistiċi tapplika biss sal-punt meħtieġ biex id-dritt għall-ħajja privata jiġi rrikonċiljat mar-regoli dwar il-libertà tal-espressjoni; u li l-ipproċessar ta’ data li jsir għandu jkun biss għal għanijiet ġurnalistiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fejn, allura, għandha tinqata’ l-linja?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Hawnhekk, infakkar li l-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46 iqiegħed l-obbligu li jintlaħaq il-bilanċ korrett bejn iż-żewġ drittijiet fundamentali kompetituri – il-protezzjoni tal-ħajja privata u l-libertà tal-espressjoni – direttament fuq l-Istati Membri. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ u għandha tipprovdi l-gwida meħtieġa biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta u uniformi, suġġetta għal stħarriġ mill-qrati nazzjonali, tal-prinċipji stabbiliti mil-leġiżlatur tal-Unjoni. Nissuġġerixxi li l-approċċ li ġej jista’ jkun ta’ għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’kull każ speċifiku, il-qorti nazzjonali għandha teżamina jekk id-data pproċessata wasslitx materjal sostantiv tali li jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>żvelar ta’ informazzjoni, opinjonijiet jew ideat lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> skont it-test stabbilit fil-kawża Satakunnan Markkinapörssi u Satamedia<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NO.CASE>C‑73/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:727">EU:C:2008:727</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; ara l-punt 48 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Id-digriet tar-rinviju f’dan il-każ ma fihx materjal biżżejjed biex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun taf jekk il-video ta’ S. Buivids jissodisfax dak it-test u huwa għall-qrati nazzjonali li jagħmlu l-konstatazzjonijiet addizzjonali meħtieġa dwar fatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Peress li f’dan il-każ ir-rinviju sar mill-Qorti Suprema, jista’ jkun neċessarju li l-kwistjoni tintbgħat lura quddiem il-qrati inferjuri sabiex dawn jgħamlu konstatazzjonijiet addizzjonali ta’ fatt.</P></NOTE>. Fin-nuqqas ta’ dak il-kontenut sostantiv meħtieġ, il-video f’kull każ ma jkunx kopert bl-eżenzjoni ta’ għanijiet ġurnalistiċi tal-Artikolu 9 tad-Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-qorti nazzjonali għandha tiddetermina jekk l-ipproċessar tad-data inkwistjoni sarx <HT TYPE="ITALIC">biss</HT> għal għanijiet ġurnalistiċi. Id-digriet tar-rinviju jgħid li S. Buivids ma weriex l-għan tiegħu meta ħa u ppubblika r-reġistrazzjoni video. Madankollu, ġie ssuġġerit fis-seduta quddiem din il-Qorti tal-Ġustizzja li huwa seta’ xtaq li jesponi prattika ħażina tal-pulizija (għan klassiku ta’ ġurnaliżmu tajjeb fl-interess tal-pubbliku). Huwa għal darb’oħra għall-qorti nazzjonali, li hija l-unika qorti li tiddeċiedi dwar il-fatti, li tiddetermina kemm jekk dak kienx l-għan ta’ S. Buivids u jekk dak kienx l-uniku għan tiegħu. Li jkun hemm elementi oħra (bħal konvinzjoni għal dritt intrinsiku li wieħed jieħu films u jippubblika videos ta’ pulizija minħabba l-fatt biss li huma uffiċjali pubbliċi, jew sempliċi tnemmis) ifisser li l-kriterju ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>biss għal għanijiet ġurnalistiċi<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> ma kienx tħares. Għaldaqstant, l-eżenzjoni tal-Artikolu 9 ma tkunx tapplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-qorti nazzjonali jkollha titħabat mar-rekwiżit li eżenzjonijiet skont l-Artikolu 9 mir-rekwiżiti normali tad-direttiva li tipproteġi data personali huma permissibbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/><HT TYPE="ITALIC">jekk dawn ikunu meħtieġa biss</HT> biex jirrikonċiljaw id-dritt tal-ħajja parivata mar-regoli li jirregolaw il-libertà ta’ l-espressjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> (enfasi miżjuda). Il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tenfasizza li derogi u limitazzjonijiet għad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali garantit bl-Artikolu 8 tal-Karta għandhom japplikaw biss sa fejn ikunu strettament meħtieġa u għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Ryneš</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-212/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2428">EU:C:2014:2428</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Ma hemm ebda dispożizzjoni ekwivalenti għall-Artikolu 8 tal-Karta (il-protezzjoni ta’ data personali) fil-KEDB. Fil-ġurisprudenza tagħha l-Qorti ta’ Strasbourg assimilat dak id-dritt fundamentali mad-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja garantit bl-Artikolu 8 tal-KEDB, u ttrattatu bħala espressjoni iktar speċifika tad-dritt għall-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>QEDB, <DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE>, Satakunnan Markkinapörssi Oy u Satamedia Oy vs Il-Finlandja [GC], CE:ECHR 2017:0627JUD000093113, § 8 sa § 28. L-oriġini ta’ din il-kawża huma fiċ-ċirkustanzi fattwali li kienu taw lok għas-sentenza ta’ din il-Qorti tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Satakunnan Markkinapörssi u Satamedia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-73/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:727">EU:C:2008:727</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>. Il-proċeduri fil-Qorti ta’ Strasbourg inbdew b’rikors Nru 931/13. Ir-Raba’ Sessjoni ta’ dik il-Qorti tat is-sentenza tagħha fit-<DATE ISO="20150721">21 ta’ Lulju 2015</DATE>. It-talba tar-rikorrent biex il-kawża tintbagħat quddiem l-Awla Manja ngħatat fil-<DATE ISO="20151214">14 ta’ Diċembru 2015</DATE>; u din l-awla ddeċidiet fis-<DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE>.</P></NOTE>. Għalhekk, id-deċiżjonijiet ta’ dik il-Qorti dwar il-bilanċ bejn l-Artikoli 8 u 10 tal-KEDB jipprovdu qafas biex permezz tiegħu jiġu rrikonċiljati d-drittijiet fundamentali għall-privatezza ta’ data personali u għal-libertà tal-espressjoni: ix-xogħol impost bl-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>B’rabta mal-eżerċizzju ta’ bbilanċjar li l-awtoritajiet nazzjonali (u sussegwentement il-qrati nazzjonali) għandhom jagħmlu biex ikunu rrikonċiljati dawn iż-żewġ drittijiet, il-Qorti ta’ Strasbourg iddeċidiet li bħala kwistjoni ta’ prinċipju d-drittijiet skont l-Artikoli 8 u 10 tal-KEDB jixirqilhom rispett ugwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>QEDB, 16 ta’ Ġunu 2015, Delfi AS vs L-Estonja [GC], CE:ECHR:2015:0616JUD006456909, § 139.</P></NOTE>. Il-miżuri rilevanti, għalhekk, s’issa kienu ddefiniti bħala: (i) l-eżami tal-kontribut għal dibattitu ta’ interess pubbliku; (ii) l-evalwazzjoni tal-grad ta’ notorjetà tal-persuna milquta; (iii) teħid inkunsiderazzjoni tas-suġġett tar-rapport; (iv) l-eżami tal-kondotta preċedenti tal-persuna konċernata; (v) l-eżami tal-kontenut, tal-forma u tal-konsegwenzi tal-pubblikazzjoni u (vi) it-teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi li fihom tkun inkisbet l-informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Biex taċċerta jekk pubblikazzjoni li tiżvela elementi ta’ ħajja privata kinitx ukoll dwar kwistjoni ta’ interess pubbliku, dik il-Qorti qieset l-importanza tal-kwistjoni għall-pubbliku u n-natura tal-informazzjoni żvelata. Barra minn hekk, l-interess pubbliku ordinarjament jirrigwarda kwistjonijiet li jolqtu lill-pubbliku tant li huwa jista’ b’mod leġittimu jieħu interess fihom; kwistjonijiet li jiġbdu l-attenzjoni tiegħu jew li jkunu jikkonċernawh f’livell sinjifikattiv, speċjalment minħabba li jaffettwaw il-benesseri taċ-ċittadini jew il-ħajja tal-komunità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>QEDB, <DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE>, Satakunnan Markkinapörssi Oy u Satamedia Oy vs Il-Finlandja [GC], CE:ECHR:2017:0627JUD000093113, § 165, § 166 u § 171.</P></NOTE>. Il-Qorti ta’ Strasbourg iddeċidiet li r-riskju ta’ dannu miġjub minn kontenut u komunikazzjonijiet fuq l-Internet għall-eżerċizzju u t-tgawdija ta’ drittijiet tal-bniedem u libertajiet, partikolarment id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata, ċertament huwa ogħla minn dak miġjub mill-istampa li tippubblika billi tuża teknoloġija iktar antikwata bħal midja stampata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>QEDB, <DATE ISO="20150615">15 ta’ Ġunju 2015</DATE>, Delfi AS vs L-Estonja [GC], CE:ECHR:2015:0616JUD006456909, § 133.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>F’dan il-każ l-informazzjoni mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fid-digriet tar-rinviju hija vaga. Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li r-reġistrazzjoni video ta’ S. Buivids ma tagħti ebda aħbarijiet kurrenti jew imġiba illegali min-naħa tal-pulizija; u ma tagħmel ebda suġġeriment li xi ħadd mill-uffiċjali tal-pulizija identifikati f’dak il-video kien persuna pubblika minnha nnifisha. Ma tingħata ebda informazzjoni dwar il-kondotta preċedenti ta’ ebda waħda mill-persuni konċernati. Is-suġġett tal-video jidher biss li huwa li S. Buivids kien f’post tal-puliżija b’rabta ma’ proċeduri amministrattivi li kienu jirigwardawh. S. Buivids għamel ir-reġistrazzjoni video tiegħu b’mod miftuħ iżda ma għarrafx lis-suġġetti tad-data (l-uffiċjali tal-pulizija) dwar l-għan speċifiku tal-iffilmjar. Fis-seduta huwa kkonferma li huwa ma kellux il-kunsens espress tagħhom, għall-iffilmjar jew għall-pubblikazzjoni sussegwenti fuq l-Internet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Huwa ċar li meta ppubblika r-reġistrazzjoni video tiegħu fuq sit tal-Internet S. Buivids kiser id-dritt fundamentali tas-suġġetti tad-data għall-ħajja privata. Huwa ma ħa ebda pass biex itaffi l-kobor ta’ dak il-ksur – pereżempju, billi jċajpar jew joskura wiċċhom jew jgħatti leħinhom qabel ma ppubblika l-video.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Abbażi tal-informazzjoni limitata li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja, jidhirli li x’aktarx il-kriterji identifikati qabel għall-evalwazzjoni ta’ jekk, f’każ partikolari, id-dritt għal-libertà tal-informazzjoni għandux jipprevali fuq id-dritt għall-ħajja privata u għall-protezzjoni ta’ data personali ma kinux tħarsu. Nenfasizza, madankollu, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tlesti l-proċess biex jinstabu l-fatti meħtieġa u li, fuq dik il-bażi, għandha twettaq evalwazzjoni definittiva f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Għal finijiet ta’ kompletezza għandi nindirizza wkoll argument magħmul mir-Repubblika Ċeka li l-attivitajiet ta’ pproċessar ta’ data ta’ S. Buivids isiru legali bis-saħħa tal-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46. Dik id-dispożizzjoni tistabbilixxi lista eżawrjenti u restrittiva ta’ każijiet li fihom l-ipproċessar ta’ data personali jista’ jitqies legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170927">27 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Puškár</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:725">EU:C:2017:725</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll il-punt 105.</P></NOTE>, sakemm huma wkoll l-ewwel ikunu konformi mal-prinċipji relatati mal-kwalità tad-data stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(f), l-ipproċessar iħares il-kundizzjoni ta’ leġittimità meta dan ikun meħtieġ għall-finijiet tal-interessi leġittimi tal-kontrollur tad-data (hawnhekk S. Buivids) jew tat-terz jew terzi li lilhom tiġi żvelata d-data, ħlief meta tali interessi jkunu subordinati għall-interessi ta’ drittijiet fundamentali u libertajiet tas-suġġett tad-data, li huma protetti bl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 95/46. Dak l-eżami jitlob li jkun hemm bilanċ bejn id-drittijiet u l-interessi opposti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Google Spain u Google</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑131/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Jidhirli li l-pożizzjoni li ħadet il-Qorti tal-Ġustizzja meta interpretat l-Artikolu 7(e) tad-Direttiva 95/46 flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) tapplika bl-istess mod hawnhekk<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170927">27 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Puškár</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-73/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:725">EU:C:2017:725</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0110">110</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott f’dik il-kawża, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:253">EU:C:2017:253</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0106">106</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Għalhekk, l-Artikolu 7(f) għandu jinqara flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Id-digriet tar-rinviju jgħid li l-qorti tal-ewwel istanza kkonstatat li S. Buivids ma għarrafx lis-suġġetti tad-data bl-għan speċifiku li għalih kien għamel ir-reġistrazzjoni video. Fid-dawl ta’ dik il-konstatazzjoni, jidher probabbli li mill-inqas tnejn mill-kundizzjonijiet kumulattivi tal-Artikolu 6(1)(b) – li d-data <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>tinġabar għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> – ma kinux issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Isegwi li l-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46 ma jistax jiġi applikat hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, nenfasizza li ovvjament jista’ jkun hemm ċirkustanzi partikolari fejn l-uniku mod li bih il-ġurnaliżmu investigattiv jista’ jikxef aġir ħażin gravi huwa billi ssir xi xorta ta’ operazzjoni sigrieta. Sitwazzjoni bħal din tkun ikkaratterizzata minn livell għoli ta’ interess pubbliku li jippermetti investigazzjoni u pubblikazzjoni (għalhekk neċessarjament ikun involut l-ipproċessar ta’ data). Dan, madankollu, ikun jitlob skrutinju bir-reqqa biex wieħed jasal għal bilanċ xieraq bejn id-drittijiet fundamentali kompetituri inkwistjoni. Jien mhux ser nidħol iktar dwar dan hawnhekk, minħabba li abbażi tal-fatti li għandha quddiemha l-Qorti tal-Ġustizzja jiena tal-fehma li dan evidentement mhux ser jinqala’ f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Nikkonkludi li meta individwu li ma jkunx ġurnalist professjonista jagħmel reġistrazzjonijiet video li huwa jippubblika fuq sit tal-Internet, dawk ir-reġistrazzjonijiet video jistgħu jaqgħu fit-terminu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>għanijiet ġurnalistiċi<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46 jekk ikun stabbilit li dawk l-attivitajiet ikunu twettqu biss għal tali għanijiet. Skont dik id-dispożizzjoni huwa għall-awtoritajiet nazzjonali, bla ħsara għal stħarriġ mill-qrati nazzjonali, li jeżaminaw u jirrikonċiljaw id-dritt fundamentali għall-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali tas-suġġett tad-data u d-dritt fundamentali għal-libertà tal-espressjoni tal-kontrollur tad-data. Fit-twettiq ta’ dak l-eżerċizzju ta’ bbilanċjar l-imsemmija awtoritajiet għandhom iqisu (i) jekk il-materjal żvelat jikkontribwixxix għal<?PAGE NO="14"?> dibattitu ta’ interess pubbliku; (ii) il-grad ta’ notorjetà tal-persuna/i milquta/in; (iii) is-suġġett tar-rapport; (iv) il-kondotta preċedenti tal-persuna konċernata; (v) il-kontenut, il-forma u l-konsegwenzi tal-pubblikazzjoni inkwistjoni; u (vi) iċ-ċirkustanzi li fihom tkun inkisbet l-informazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq jiena tal-fehma li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti risposta għad-domandi magħmula mil-Latvijas Augstākā tiesa (il-Qorti Suprema, il-Latvja) kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Attivitajiet bħall-iffilmjar u r-reġistrazzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi fil-qadi ta’ dmirijiethom fil-post tax-xogħol tagħhom u l-pubblikazzjoni sussegwenti ta’ reġistrazzjoni video fuq l-Internet jikkostitwixxu l-ipproċessar ta’ data personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatiċi għall-finijiet tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data.</P></ITEM><ITEM><P>Meta individwu li ma jkunx ġurnalista professjonista jagħmel reġistrazzjonijiet video li huwa jippubblika fuq sit tal-Internet, dawk ir-reġistrazzjonijiet video jistgħu jaqgħu fit-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>għanijiet ġurnalistiċi<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46 jekk jiġi stabbilit li dawk l-attivitajiet ikunu twettqu biss għal għanijiet bħal dawk.</P></ITEM><ITEM><P>F’kull każ partikolari, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46, huwa għall-awtoritajiet nazzjonali, bla ħsara għal stħarriġ mill-qrati nazzjonali, li jeżaminaw u jirrikonċiljaw id-dritt fundamentali għall-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali tas-suġġett tad-data u d-dritt fundamentali għal-libertà tal-espressjoni tal-kontrollur tad-data. Fit-twettiq ta’ dak l-eżerċizzju ta’ bbilanċjar l-imsemmija awtoritajiet għandhom iqisu (i) jekk il-materjal żvelat jikkontribwixxix għal dibattitu ta’ interess pubbliku; (ii) il-grad ta’ notorjetà tal-persuna/i milquta/in; (iii) is-suġġett tar-rapport; (iv) il-kondotta preċedenti tal-persuna konċernata; (v) il-kontenut, il-forma u l-konsegwenzi tal-pubblikazzjoni inkwistjoni; u (vi) iċ-ċirkustanzi li fihom tkun inkisbet l-informazzjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>