|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2621 |
8.10.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2621
tal-1 ta’ Ottubru 2024
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha, u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u ta’ miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ 3 xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||
|
Magna, l-hekk imsejjaħ robot ta’ rispons tattiku, li tikkonsisti minn:
Il-prodott huwa kkontrollat permezz ta’ apparat għall-kontroll mill-bogħod b’firxa sa 150 m u/jew minn trasportatur tas-sistema permezz tal-intranet b’firxa sa 2 500 m (bid-WLAN). Fuq talba, il-prodott jista’ jiġi ppreżentat f’konfigurazzjonijiet differenti skont it-tagħmir żejjed immuntat fuq ix-xażi. It-tagħmir fakultattiv jista’ jinkludi kameras mobbli għat-trażmissjoni ta’ immaġnijiet normali u termiċi, spotlights LED addizzjonali, spettrometru Raman għad-detezzjoni ta’ sustanzi perikolużi, driegħ manipulatur ikkontrollat mill-bogħod biex iwettaq kompiti preċiżi (eż. kampjunar), akkoppjatur tat-trejler, eċċ. Il-prodott huwa ddisinjat biex jintuża f’operazzjonijiet ta’ tifi tan-nar u ta’ rkupru, u jippermetti li l-persunal tat-tifi tan-nar jibqa’ barra miż-żona ta’ periklu (kundizzjonijiet ta’ esplorazzjoni tal-materjal perikoluż, periklu ta’ tiġrif jew żvilupp ta’ sħana qawwija), filwaqt li jibqa’ involut fl-operazzjonijiet li jista’ jikkontrolla mill-bogħod, f’distanza sikura. |
8424 89 70 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 3 tat-Taqsima XVI, u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8424 , 8424 89 u 8424 89 70 . Għalkemm il-prodott għandu forza ta’ trazzjoni sinifikanti, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8701 hija eskluża, peress li mhuwiex vettura mibnija essenzjalment għall-irmonkar jew l-imbuttar ta’ vettura, apparat jew tagħbija oħra. (Ara wkoll in-Nota 2 tal-Kapitolu 87) Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8705 hija eskluża wkoll, peress li l-prodott ma għandux il-karatteristiċi ta’ vettura tal-intestatura 8705 , jiġifieri ma jikkonsistix essenzjalment f’xażi sħiħ ta’ vettura bil-mutur jew ta’ trakk. Ma fihx mill-inqas il-karatteristiċi mekkaniċi li ġejjin: magna ta’ propulsjoni, gearbox u kontrolli għat-tibdil tal-gerijiet, kif ukoll apparati tal-istering u l-ibbrekjar. (Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 8705 ) Il-prodott huwa magna komposta skont it-tifsira tan-Nota 3 tat-Taqsima XVI u għandu jiġi kklassifikat daqslikieku jikkonsisti biss minn dak il-komponent jew huwa dik il-magna li twettaq il-funzjoni prinċipali. Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tal-apparat ta’ tixrid, b’mod partikolari l-volum, il-pressjoni u d-distanza ta’ xħit tal-ilma jew tal-fowm, il-funzjoni ta’ dispersjoni titqies bħala l-funzjoni prinċipali tal-magna. Konsegwentement, il-prodott għandu jiġi kklassifikat skont l-apparat ta’ tixrid. Is-sistema ta’ kameras u l-ispotlights LED iservu biex jikkontrollaw u jiggwidaw il-magna mill-bogħod, filwaqt li l-operazzjoni bil-winċ biex jiġu ttrasferiti t-tagħbijiet, titwettaq biss b’intervent uman permezz tal-winċ tal-kejbils u, b’mod fakultattiv, permezz tal-akkoppjatur tat-trejler. Il-funzjonijiet għall-identifikazzjoni ta’ żoni possibilment perikolużi, għad-detezzjoni ta’ sustanzi perikolużi u għat-twettiq ta’ kompiti preċiżi, huma komplementarji u sussidjarji għall-funzjoni tat-tixrid tal-ilma jew tal-fowm, peress li jitwettqu mit-tagħmir fakultattiv. Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8424 89 70 bħala apparat ieħor għad-dispersjoni tal-fluwidi. |
||||||||||
|
|
||||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2621/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)