|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/123 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1775
tat-23 ta’ Ottubru 2019
li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/630/UE fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u ta’ wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini
(notifikata bid-dokument C(2019)7647)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta' Ġunju 1988 li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta' semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(2) tagħha.
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fil-11 ta’ April 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/584 (2) meħuda bi qbil mar-Renju Unit, li testendi l-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE. Skont dik id-Deċiżjoni, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE ġie estiż ulterjorment sal-31 ta’ Ottubru 2019. Għalhekk, id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit mill-1 ta’ Novembru 2019 (“id-data tal-ħruġ”). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE (3) tistabbilixxi fl-Anness I tagħha lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, li mingħandhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina. |
|
(3) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/630/UE għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta’ mill-inqas disa’ xhur. |
|
(4) |
Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu, jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/630/UE li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/630/UE jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Novembru 2019, sakemm f’dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2019.
Madankollu, ma għandhiex tapplika jekk f’dik id-data d-dritt tal-Unjoni jibqa’ japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tal-11 ta’ April 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 101. 11.4.2019, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 247, 24.9.2011, p. 32).
ANNESS
It-tabella stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/630/UE hija emendata kif ġej:
|
(a) |
il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata taċ-Ċilì:
|
|
(b) |
il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata tal-Iżlanda:
|