10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Settembru 2010

dwar għajnuna mill-istat C 32/09 (ex NN 50/09) implimentata mill-Ġermanja għar-ristrutturar ta’ Sparkasse KölnBonn

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 6470)

(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/526/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-Istati Membri u partijiet interessati oħra sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Il-Ġermanja nnotifikat il-miżuri fil-21 ta’ Ottubru 2009.

(2)

Bid-Deċiżjoni tal-4 ta’ Novembru 2009 (2) (“id-Deċiżjoni ta’ ftuħ”), il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ Sparkasse KölnBonn (“il-Bank”) ikkostitwew għajnuna mill-istat u qajmu dubji dwar jekk il-miżuri provduti lil Sparkasse KölnBonn jistgħux ikunu kompatibbli mas-suq intern b’mod konformi mal-Artikolu 107(3) TFUE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet is-sottomissjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar mill-awtoritajiet Ġermaniżi.

(3)

Fis-6 ta’ Jannar 2010 id-deċiżjoni ta’ ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u partijiet interessati intalbu jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(4)

Fil-11 ta’ Frar 2010 l-Ġermanja ssottomettiet pjan ta’ ristrutturar li ġie diskuss f’sensiela ta’ laqgħat u telekonferenzi matul il-perjodu ta’ Diċembru 2009 sa Settembru 2010.

(5)

Il-Ġermanja ssottomettiet aktar informazzjoni u aġġornamenti għall-pjan ta’ ristrutturar fil-15 ta’ Jannar, l-10, it-12 u l-24 ta’ Frar, l-10 u s-26 ta’ Marzu, il-21 u t-28 ta’ Mejju, it-8 u l-11 ta’ Ġunju, it-23 ta’ Lulju, u l-10 u t-23 ta’ Awwissu 2010. Il-verżjoni finali tal-pjan ta’ ristrutturar ġiet sottomessa fl-1 ta’ Settembru 2010.

2.   DESKRIZZJONI TAL-BENEFIĊJARJU

(6)

Sparkasse KölnBonn huwa bank tat-tfaddil Ġermaniż. Ġie mwaqqaf fil-forma attwali tiegħu fl-2005 bħala riżultat tal-fużjoni ta Stadtsparkasse Köln u Sparkasse Bonn, li s-sidien tagħhom (“Träger”, istituzzjonijiet pubbliċi responsabbli, minn hawn ‘il quddiem “is-sid”) kienu, il-bliet ta’ Cologne u Bonn rispettivament. Il-belt ta’ Cologne għandha sehem indirett ta’ 70 % fil-bank il-ġdid, il-belt ta’ Bonn 30 %. Sussegwentament għal din il-fużjoni r-rwol ta’ sid ta’ Sparkasse KölnBonn huwa eżegwit mill-assoċjazzjoni Zweckverband Sparkasse KölnBonn (“Zweckverband”). Iz-Zweckverband, li hija inkorporata taħt il-liġi pubblika, hija assoċjazzjoni bi skop speċjali. L-uniċi parteċipanti fiz-Zweckverband huma l-belt ta’ Cologne (70 %) u l-belt ta’ Bonn (30 %).

(7)

Fi tmiem l-2008 Sparkasse KölnBonn kien it-tieni l-akbar bank tat-tfaddil fil-Ġermanja b’karta tal-bilanċ ta’ EUR 31 biljun. F’dan l-istadju, Sparkasse KölnBonn kien klassifikat bħala Aa2 minn Moody’s. Din il-klassifikazzjoni tbiddlet għal A1 fil-15 ta’ Marzu 2010.

(8)

Sparkasse KölnBonn jipprovdi servizzi bankarji għall-klijenti fil-livell tal-konsumaturi (Privatkundengeschäft) u klijenti korporattivi (Firmenkundengeschäft). Il-Bank għandu enfasi reġjonali, attiv fil-finanzjament ta’ proġetti u swieq finanzjarji (Kapitalmarktgeschäft), kif ukoll f’attivitajiet oħra finanzjarji bħal ġestjoni ta’ assi.

(9)

Il-Bank huwa attiv biss fir-reġjun ta’ Cologne-Bonn, fejn kellu sehem tas-suq ta’ madwar [30-35] (*1) % f’depożiti tal-klijenti privati, madwar [20-25] % f’self lil klijenti privati u [15-20] % fi krediti lil klijenti korporattivi fl-2008 (3).

3.   IL-MIŻURI TAL-GĦAJNUNA

(10)

Il-kapital ta’ Sparkasse KölnBonn kien imsaħħaħ b’total ta’ EUR 650 miljun

(i)

bil-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ parteċipazzjoni (Genussrechte) fl-aħħar tal-2008; u

(ii)

b’sehem passiv (Stille Einlage) fil-bidu tal-2009.

3.1.   Ċertifikati ta’ parteċipazzjoni (Genussrechte)

(11)

F’Diċembru 2008 ir-Rheinische Sparkassen-Förderungsgesellschaft (“Förderungsgesellschaft”) issottoskriva ċertifikati ta’ parteċipazzjoni nominali fi Sparkasse KölnBonn li jammontaw għal EUR 300 miljun f’żewġ porzjonijiet ta’ EUR 150 miljun.

(12)

Förderungsgesellschaft hija sussidjarja kollha kemm hi ta’ Rheinischer Sparkassen- und Giroverband (assoċjazzjoni ta’ banek tat-tfaddil tar-Rhine - “RSGV”). L-RSGV hija l-assoċjazzjoni rregolata bil-liġi pubblika (“Körperschaft des öffentlichen Rechts”) tal-banek tat-tfaddil kollha u s-sidien pubbliċi tagħhom li jinsabu fir-Rhineland u tirrappreżenta l-Isparkassen u s-sidien (pubbliċi) tagħhom. Skont l-istatut tiegħu l-oġġettiv tal-Förderungsgesellschaft hu l-promozzjoni ta’ banek tat-tfaddil li jappartjenu lil RSGV. Il-Förderungsgesellschaft tista’ tikkontribwixxi għall-kapital tal-banek tat-tfaddil għall-iskop uniku ta’ aktar żvilupp ta’ attivitajiet ta’ għoti ta’ kreditu u jista’ jingħata f’self.

(13)

Il-kupun taċ-ċertifikati hu ta’ 8 %. It-tul ta’ ħajja taċ-ċertifikati huwa sal-31 ta’ Diċembru 2013. Mill-aspett regolatorju ċ-ċertifikati tal-parteċipazzjoni huma kapital Tier 2.

(14)

Iċ-ċertifikati ta’ parteċipazzjoni jipparteċipaw f’telf annwali proporzjonalment għat-total tal-ekwità li tassorbi t-telf. […] akkumulazzjoni tal-pagamenti fuq iċ-ċertifikati tal-parteċipazzjoni huwa mehmuż magħhom, jiġifieri pagamenti mitlufa fuq iċ-ċertifikati tal-parteċipazzjoni għandhom jitħallsu sa [2-6] snin wara d-data tal-għeluq tagħhom. L-istess japplika għal pagamenti għaż-żieda tal-valur nominali taċ-ċertifikati tal-parteċipazzjoni jekk dan ikun naqas minħabba l-assorbiment tat-telf.

(15)

Sabiex jiġu ffinanzjati ċ-ċertifikati, il-Förderungsgesellschaft issottoskriviet żewġ selfiet ma’ […]. Dawn is-selfiet għandhom interess fiss ta’ [4-5] % fuq it-tul ta’ ħajja taċ-ċertifikati tal-parteċipazzjoni. Is-self huwa garantit għal […] mill-RSGV, li ser tirċievi remunerazzjoni ta’ garanzija mingħand il-Förderungsgesellschaft ta’ [1,8-2,5] %.

3.2.   Parteċipazzjoni passiva

(16)

Il-kuntratti ta’ parteċipazzjoni passiva ġew konklużi fit-2 ta’ Jannar 2009 u fis-27 ta’ Frar 2009 bejn Sparkasse KölnBonn u z-Zweckverband billi waqqfu “Stille Gesellschaft” għal total ta’ EUR 350 miljun, imħallas f’żewġ porzjonijiet, EUR 300 miljun fit-2 ta’ Jannar u EUR 50 miljun fl-1 ta’ April 2009. Il-parteċipazzjoni passiva hija għodda li permezz tagħha l-investitur ma jikseb l-ebda drittijiet ta’ voti iżda jirċievi remunerazzjoni. L-istrument huwa perpetwu u rikonoxxut bħala kapital ewlieni Tier 1. Il-parteċipazzjoni passiva tinżamm miz-Zweckverband.

(17)

Sabiex tiġi ffinanzjata l-parteċipazzjoni passiva, iz-Zweckverband intrabtet b’self ta’ EUR 300 miljun għall-ewwel porzjon. 50 % tas-self hu provdut minn […] u l-50 % li jibqa’ minn […]. Ir-remunerazzjoni tas-self pagabbli miz-Zweckverband jammonta għal 12-il xahar EURIBOR flimkien ma’ [0,7-1,1] %. It-tieni porzjoni tal-EUR 50 miljun ġie ffinanzjat mill-ġdid bl-użu ta’ self minn […], irrimunerat fl-EURIBOR flimkien ma’ [0,7-1,1] %. Filwaqt li m’hemm l-ebda garanzija speċifika minn Cologne jew Bonn, teżisti obbligazzjoni statutorja bla limitu taż-żewġt ibliet għall-obbligazzjonijiet kollha taz-Zweckverband skont l-istatut tal-inkorporazzjoni taz-Zweckverband.

(18)

Ir-remunerazzjoni mħallsa minn Sparkasse Köln Bonn għall-parteċipazzjoni passiva hija ta’ 12-il xahar EURIBOR flimkien ma’ 7,25 %. Dik ir-remunerazzjoni ġiet stabbilita b’mod konformi mal-Opinjoni għas-Sens ta’ Ġustizzja mid-Deutsche Bank. Il-ħlas tar-remunerazzjoni huwa soġġett għal profitt tal-karta tal-bilanċ, u jintilef jekk Sparkasse KölnBonn ma jirrapportax profitt għal dik is-sena. Ikun eskluż ħlas, jekk fiż-żmien meta jkun dovut, il-proporzjon tal-kapital ikun inqas minn 9 % u safejn u sakemm il-pagament iwassal għal telf jew iżidu għas-sena fiskali rilevanti. F’każ ta’ differiment tal-pagament m’hemm l-ebda obbligu ta’ akkumulazzjoni għall-ħlas tal-ammont mitluf fi żmien aktar tard. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni passiva tassorbi t-telf tal-karta tal-bilanċ b’mod proporzjonali għall-kapital li jassorbi t-telf totali.

4.   IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR

(19)

Skont il-pjan ta’ ristrutturar, l-Isparkasse KölnBonn ser jiffoka fuq il-mudell tan-negozju statutorju tiegħu ta’ bank tat-tfaddil reġjonali. Il-Bank ser jikkonċentra fuq il-provvista ta’ servizzi bankarji tipiċi għall-konsumatur lis-segmenti tal-klijenti tradizzjonali tiegħu, bħala klijenti privati u SMEs, u jirtira minn attivitajiet oħrajn bħal negozju ta’ proprjetà jew investimenti fi prodotti strutturati u jċedi sussidjarji mhux ewlenin. Barra minn hekk, il-Bank ser inaqqas b’mod sinifikanti l-ispejjeż amministrattivi tiegħu.

4.1.   Deskrizzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar

(20)

Sparkasse KölnBonn ser jiffoka fuq is-servizzi għall-klijenti li jinsabu fir-reġjun ta’ Cologne-Bonn fis-segmenti għall-klijenti privati, servizzi bankarji privati, SMEs u klijenti korporattivi u istituzzjonali. Il-Bank ser jiffoka fuq klijenti korporattivi b’introjtu annwali inqas minn EUR 250 miljun.

(21)

Sparkasse KölnBonn ser inaqqas l-akbar espożizzjonijiet ta’ kreditu tiegħu billi jillimita l-linji tal-kreditu, jitlob kapital ta’ garanzija addizzjonali jew jittrasferixxi riskji lil istituzzjonijiet tal-kreditu oħrajn. Fis-segment tal-klijenti korporattivi, Sparkasse KölnBonn diġà kiseb tnaqqis ta’ EUR 551,5 miljun u ser ikompli jnaqqas l-espożizzjoni b’EUR [900-1 100] miljun sat-tmiem l-2013 mil-livell oriġinali ta’ EUR 2,8 biljuni fl-2008. Barra minn hekk, espożizzjoni ta’ kreditu fl-ammont ta’ EUR [800-900] miljun mogħti lil istituzzjonijiet mhux konnessi mar-reġjun ta’ Cologne-Bonn ser jitnaqqas sat-tmiem tal-2013 bl-użu tal-istess strumenti (ara l-Anness I, punt 4).

(22)

Sparkasse KölnBonn diġà naqqas il-portafoll tan-negozju tal-proprjetà mill-oriġini ta’ EUR 550 miljun għal kif inhu attwalment EUR [20-23] miljun, li ser ikompli jitnaqqas għal 0. Il-Bank ser iwaqqaf l-attivitajiet kollha tan-negozju tal-proprjetà fil-futur u jikkunsidra li jċedi l-istatus tiegħu bħala istitut tal-kotba tan-negozju, b’hekk jinżammu l-attivitajiet tan-negozju limitati kollha li jibqa’ fil-ktieb bankarju. Dawn ser ikunu limitati kwalitattivament għal ċertu prodotti u jridu jirrispettaw limitu ta’ espożizzjoni ta’ kuljum kwantitattiv (riskju tas-suq< EUR [3-5] miljun, ara l-Anness I, punt 2).

(23)

Wieħed mis-sorsi ewlenin tat-telf ta’ Sparkasse KölnBonn’s fl-2008 kien l-investimenti tiegħu fl-hekk imsejħa portafolli ABS u Strategic Assets Allocation (“SAA”). Fiż-żmien tal-investiment fil-portafoll ABS, Sparkasse KölnBonn akkwista assi kklassifikati b’mod predominanti AAA diversifikati (4) ġeografikament, inklużi RMBSs (5), CDO (6) s, CMBSs (7), ABSs (8) u CLOs (9). Skont it-tmiem tal-2007 il-portafoll tal-ABS kien jammonta għal EUR 1,05 biljun fil-kontijiet ta’ Sparkasse KölnBonn. SAA huwa investiment f’fondi speċjali, li permezz tagħhom Sparkasse KölnBonn żamm portafoll diversifikat li kkonsista fost l-oħrajn minn ishma ta’ ekwità internazzjonali, REIT (10) u bonds inklużi dawk li Jrendu Ħafna u Swieq Emerġenti. Skont it-tmiem tal-2007 dan il-portafoll kien ta’ EUR 2,2 biljuni fil-kotba ta’ Sparkasse KölnBonn. Minkejja li Sparkasse KölnBonn immira diversifikazzjoni wiesgħa tal-portafolli ABS u SAA tiegħu, dawn kienu affettwati sinifikament mill-kriżi finanzjarja. Iż-żewġ portafolli kkontribwew primarjament għad-deprezzament ta’ EUR 249 miljun (11) li Sparkasse KölnBonn kellha tirrikonoxxi fuq il-portafoll tal-investimenti tagħha fl-2008, minbarra l-EUR 108 miljun diġà rreġistrat fl-2007.

(24)

Fil-pjan ta’ ristrutturar tiegħu Sparkasse KölnBonn ikklassifika l-investimenti ABS u SAA bħala li mhumiex konformi mal-profil tar-riskju u r-riorjentazzjoni strateġika tiegħu lejn bank tat-tfaddil tradizzjonali. Bħala riżultat, il-Bank iddeċieda li jbigħ kompletament jew inaqqas l-impenji tiegħu fl-2014. Sparkasse KölnBonn naqqas l-investiment SAA tiegħu bin-nofs f’Marzu 2008 sabiex jillimita l-espożizzjoni tiegħu għall-ekwitajiet. Kien hemm aktar ċessjonijiet fl-2009, li rriżultaw fit-tnaqqis tal-portafoll SAA sa EUR 468 miljun skont it-30 September 2009. L-impatt tal-espożizzjoni ABS li baqa’ (nominalment EUR 970 miljun skont it-30 ta’ Settembru 2009) fuq il-kontijiet ta’ Sparkasse KölnBonn ser jiġi assorbit permezz ta’ provvedimenti u ħħeġġjar fl-2010. Finalment, fl-[2012-2014] il-portafoll kollu li jibqa’ għandu jinbiegħ.

(25)

Sparkasse KölnBonn beda jimplimenta programm ta’ tnaqqis ta’ spejjeż komprensiv, inkluż tnaqqis ta’ personal, titjib ta’ proċessi interni u l-għeluq ta’ 22 mill-131 fergħa eżistenti sa nofs l-2011. Bħala riżultat, l-ispejjeż amministrattivi tiegħu ser jitnaqqsu gradwalment b’[5-8] % sal-2014 (12).

(26)

Il-Ġermanja ntrabtet li l-Bank jirrispetta restrizzjonijiet fuq il-pagamenti ta’ kupuni (l-Anness I, punt 7), reklamar (l-Anness I, punt 9) u projbizzjonijiet fuq il-ksib (l-Anness I, punt 8) u projbizzjoni tal-price leadership li tistipula li sat-tmiem tal-2014 Sparkasse KölnBonn mhux ser joffri rati aħjar għal depożiti u ipoteki mill-aqwa mill-10 l-akbar kompetituri tiegħu (għal depożiti f’termini ta’ ishma tas-suq ta’ kompetituri attivi fis-suq rilevanti fir-reġjun ta’ Cologne-Bonn u għal ipoteki f’termini ta’ sehem fis-suq fi produzzjoni ġdida fil-Ġermanja, ara l-Anness I, punt 5).

4.2.   Ristrutturar ta’ sussidjarji

(27)

Sparkasse KölnBonn qed jippjana li jnaqqas il-parteċipazzjoni ta’ sussidjarji b’terz. Mill-portafoll tas-sussidjarji, miżmum f’EUR 635 miljun fil-kontijiet tal-Bank skont il-31 ta’ Diċembru 2008, EUR [20-40] miljun inbiegħu jew ġew likwidati sal-aħħar tal-2009 u EUR [180-250] miljun oħra għandhom jiġu mibjugħa. Bl-implimentazzjoni ta’ din il-miżura, Sparkasse KölnBonn isegwi żewġ għanijiet li jiddependu fuq it-tip ta’ sussidjarja. L-ewwel, iċ-ċessjoni ta’ sussidjarji (13) mhux ewlenin, li huma attivi fi proġetti ta’ żvilupp reġjonali jew tal-housing komunali u soċjali, bl-għan li titnaqqas l-espożizzjoni tar-riskju u l-vulnerabbilità ta’ Sparkasse KölnBonn. It-tieni, il-bejgħ tal-ishma f’entitajiet li huma relatati biss indirettament mal-attivitajiet ta’ Sparkasse KölnBonn, għandu l-għan li jiġġenera profitti sabiex jiffinanzja l-istrutturar ta’ Sparkasse KölnBonn. Lista kompluta ta’ sussidjarji li jridu jinbiegħu tingħata fl-Anness I, punti 10 u 13.

(28)

Eżempji ta’ ċessjonijiet fit-tieni grupp huma ishma f’kumpaniji bħal RW Holding AG, S ProFinanz Versicherungsmakler GmbH, Schufa Holding AG u neue leben Pensionsverwaltung AG. Il-bejgħ ta’ dawn kien diġà komplut u rriżulta f’rikavati li jammontaw bejn wieħed u ieħor EUR [25-35] miljun.

(29)

Għal xi sussidjarji, li jammontaw għal bejn wieħed u ieħor EUR [70-100] miljun, Sparkasse KölnBonn jistenna interess baxx minn akkwirenti ta’ partijiet terzi privati. Dak l-interess baxx huwa primarjament dovut għall-karattru ta’ dawk l-entitajiet, minħabba li huma żgħar, involuti fil-housing soċjali u fl-iżvilupp reġjonali b’kooperazzjoni mal-Belt ta’ Cologne, jew l-istruttura tas-sjieda tagħhom, li diġà hija dominata mill-Belt ta’ Cologne. Għalhekk, il-Bank qiegħed jikkunsidra jbigħ dawk l-attivitajiet lil [il-Belt ta’ Cologne jew kumpanija assoċjata mal-Belt ta’ Cologne]. It-trasferiment isir skont il-valur tas-suq, li jkun stmat minn espert indipendenti. L-assi miżmuma mis-sussidjarji li għandhom jinbiegħu lill-Belt ta’ Cologne huma primarjament relatati ma’ attivitajiet b’rabta ma’ proprjetà immobbli.

(30)

B’konsegwenza tal-implimentazzjoni tal-miżuri tar-ristrutturar, il-Bank ser inaqqas l- assi tiegħu mkejla skont ir-riskju (RWA) b’EUR [2-5] biljuni għal EUR [15-20] biljun (i.e. bi [15-20] %) (mingħajr ma tittieħed kunsiderazzjoni tat-tkabbir fil-futur fin-negozju ewlieni matul il-perjodu ta’ ristrutturar). Jekk it-tkabbir fin-negozju ewlieni jitqies, it-tnaqqis tal-RWA jammonta għal [10-15] % sal-2014. […] ta’ Sparkasse KölnBonn ser jitnaqqas b’EUR [4-6] biljuni għal [20-30] biljun (i.e. bi [15-20] %) (mingħajr ma tittieħed kunsiderazzjoni tat-tkabbir fil-futur fin-negozju ewlieni matul il-perjodu ta’ ristrutturar). Meta jitqies it-tkabbir fin-negozju ewlieni, il-miżuri ta’ ristrutturar jirriżultaw fi tnaqqis ta’ assi totali ta’ 5 %.

4.3.   Kapaċità għar-ritorn tal-vijabilità f’każ bażiku u ta’ stress

(31)

Il-Ġermanja ssottomettiet xenarju bażiku u ta’ stress bl-għan li turi l-kapaċità ta’ Sparkasse KölnBonn li jerġa’ jikseb il-vijabilità tiegħu fuq tul ta’ żmien.

Każ bażiku

(32)

Fil-każ bażiku l-projezzjonijiet finanzjarji sottomessi huma fuq bażi tas-suppożizzjonijiet li jkunu konformi mal-projezzjonijiet għall-Ġermanja ppubblikati mill-istituti ekonomiċi rikonoxxuti. Huwa assunt li t-tkabbir tal-PGD ser jibqa’ fl-istess livell moderat għall-perjodu tar-ristrutturar kollu. Ir-rata tal-qgħad hija mistennija li tkompli titla’ sal-2011 u titbaxxa ftit ftit minn dak iż-żmien ‘il quddiem. Finalment, huwa mistenni li l-ambjent ta’ rati ta’ interess baxxi attwali mhux favorevoli ser jitjieb fl-2010 u mbagħad jibqa’ l-istess għall-bqija tal-perjodu ta’ ristrutturar.

(33)

Kif muri fit-Tabella 1 hawn taħt, fil-każ bażiku Sparkasse KölnBonn hu mistenni li jerġa’ jkollu profitt fl-2010 u ser ikompli jtejjeb ir-riżultati tiegħu sal-2014. Fl-2014 il-Bank ser jikseb qligħ fuq l-ekwità (ROE) ta’ [9-10] %. It-Tabella 1 t’hawn taħt turi l-indikaturi tal-prestazzjoni finanzjarja ewlenin ta’ Sparkasse KölnBonn għas-snin 2008-2014.

Tabella 1

Il-qligħ ta’ Sparkasse KölnBonn qabel it-taxxa tal-2010-2014 f’każ bażiku

Xenarju

2009

2010

2011

2012

2013

2014

Każ bażiku

– 98,8

[5-10]

[80-100]

[125-150]

[150-175]

[20-225]

Ċart 1

L-indikaturi tal-prestazzjoni finanzjarja ewlenin ta’ Sparkasse KölnBonn għall-2008-2014 – każ bażiku

Indikaturi

 

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

RWA  (14) (€ bn)

20,2

19,1

[17,5-20]

(…)

(…)

(…)

[15-20]

Proporzjoni Tier-1  (15)

6,4 %

(5,5 %)

6,9 %

(6,1 %)

[7-8] %

([6-7] %)

[8-9] %

([7-8] %)

[8-9] %

([7-8] %)

[8-9] %

([7-8] %)

[8-10] %

([8-9] %)

ROE

– 13,5  %

– 6,5  %

[0-3] %

[4-6] %

[7-9] %

[7-9] %

[9-10] %

CIR

73,0  %

70,0  %

[65-75] %

[60-70] %

[55-65] %

[50-60] %

[50-60] %

FTE

3 824

3 672

[3 500 -3 750 ]

[3 250 -3 500 ]

[3 000 -3 250 ]

[3 000 -3 250 ]

[2 750 -3 000 ]

Każ ta’ stress u analiżi tas-sensittività

(34)

Fil-każ ta’ stress is-suppożizzjonijiet makroekonomiċi huma dawk ta’ kontinwazzjoni tal-kriżi sal-2011 u rkupru bil-mod fl-2012. Il-każ ta’ stress jassumi sentejn addizzjonali ta’ rati ta’ interess baxxi sfavorevoli mqabbla mal-każ bażiku.

(35)

Fil-każ ta’ stress Sparkasse KölnBonn huwa mistenni li jerġa’ jkollu profitt fl-2012 u jkompli jtejjeb ir-riżultati tiegħu sal-2014. Fl-2014 il-Bank ser jikseb ROE ta’ [10-12,5] %. Skont ix-xenarju ta’ każ ta’ stress, il-proporzjonijiet ta’ kapital għal Sparkasse KölnBonn u għall-grupp konsolidat kollu jibqa’ ‘l fuq sew mir-rekwiżiti regolatorji minimi matul il-perjodu ta’ ristrutturar. Tabella 2 u Ċart 2 t’hawn taħt juru l-indikaturi tal-prestazzjoni finanzjarja ewlenin ta’ Sparkasse KölnBonn għas-snin 2008-2014 fil-każ ta’ stress.

Tabella 2

Qligħ ta’ Sparkasse KölnBonn qabel it-taxxa għal 2010-2014 fil-każ ta’ stress

Xenarju

2009

2010

2011

2012

2013

2014

Każ ta’ stress

– 98,8

–[125-150]

–[25-50]

[50-75]

[125-150]

[175-200]

Ċart 2

L-indikaturi tal-prestazzjoni finanzjarja ewlenin ta’ Sparkasse KölnBonn għall-2008-2014 – każ ta’ stress

Indikaturi

 

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

RWA  (16) (€ bn)

20,2

19,1

[17-20]

[17-19]

[17-19]

[17-19]

[16-18]

Proporzjoni Tier-1  (17)

6,4 %

(5,5 %)

6,9 %

(6,1 %)

[6-7] %

([5-6])

[6-7] %

([6-7])

[6-7] %

([6-7])

[6-7] %

([6-7])

[7-8] %

([6-7])

ROE

– 13,5  %

– 6,5  %

–[8-9] %

–[1-3] %

[3-5] %

[8-10] %

[10-12] %

CIR

73,0  %

70,0  %

[70-75] %

[65-70] %

[60-65] %

[55-60] %

[50-55] %

FTE

3 824

3 672

[3 500 -3 750 ]

[3 250 -3 500 ]

[3 000 -3 250 ]

[3 000 -3 250 ]

[2 750 -3 000 ]

(36)

Minħabba li l-livell baxx attwali tar-rati ta’ interess fuq żmien qasir jikkostitwixxi r-restrizzjoni ewlenija fuq il-qligħ tal-Bank, saret analiżi addizzjonali tas-sensittività tar-rati ta’ (xenarju 1: bidla ‘l fuq tal-kurva tal-interess b’100 bps, xenarju 2: il-bidla ‘l isfel tiegħu b’50 bps). L-analiżi kkonfermat li aktar żiediet tar-rati ta’ interess iżidu l-profitabilità ta’ Sparkasse KölnBonn, filwaqt li t-tnaqqis ta’ rati ta’ interess inaqqas il- profitabilità tiegħu, i.e. tnaqqis lineari ta’ 50 bps ta’ rati ta’ interess fuq żmien qasir iwassal għal tnaqqis ta’ EUR [20-25] miljun ta’ profitti kull sena. Globalment, l-analiżi tas-sensittività provduta mill-Ġermanja turi li l-vulnerabilità ta’ Sparkasse KölnBonn għal skossi ta’ rati ta’ interess hija limitata.

4.4.   Governanza korporattiva

(37)

Il-Ġermanja ssottomettiet informazzjoni li turi li investimenti politikament motivati li kkontribwew għad-diffikultajiet ta’ Sparkasse KölnBonn ġew deċiżi fil-perjodu 1997-2004, qabel il-fużjoni ta’ Stadtsparkasse Köln ma’ Sparkasse Bonn fl-2005 li ħolqot Sparkasse KölnBonn fil-forma attwali tiegħu. Dawn l-investimenti ġew deċiżi wkoll taħt qafas legali differenti, definiti primarjament mill-Att dwar il-Banek tat-Tfaddil ta’ North Rhine-Westphalia (18). Minn dak iż-żmien, ġie implimentat titjib għall-governanza korporattiva ta’ Sparkasse KölnBonn.

(38)

Minħabba l-bidla fl-istruttura tal-istituzzjoni pubblika responsabbli tal-Bank (Träger) wara l-fużjoni tal-2005, deċiżjonijiet importanti fiz-Zweckverband jittieħdu mill-maġġoranza kwalifikata tal-voti tal-azzjonisti, li hija stabbilita b’mill-inqas 85 %, livell li jeċċedi l-parteċipazzjoni miżmuma minn kwalunkwe belt waħedha.

(39)

In-numru u d-daqs tal-korpi tal-istitut tnaqqsu, inkluż tnaqqis kbir fid-daqs tal-Bords tas-Sorveljanza u tal-Ġestjoni (19). Il-Kumitat ta’ Parteċipazzjoni li jikkonsisti minn tliet membri tal-Bord tal-Ġestjoni, li fi Stadtsparkasse Köln preċedenti kien intitolat li jiddeċiedi bil-quddiem fuq investment f’sussidjarji, ġie xolt. Il-Bord tal-Ġestjoni ħa r-responsabbiltà għall-politika tal-investiment fir-rigward ta’ inkarigi tal-ekwità, li għandhom jiġu vvalutati skont il-kriterji ekonomiċi. Barra minn hekk, kwalunkwe investiment ġdid li jidħol għalih Sparkasse KölnBonn jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Bord tas-Sorveljanza.

(40)

L-emendi fl-Att dwar il-Banek tat-Tfaddil obbliga lill-Bank jistabbilixxi kumitati tar-riskju u l-kontabilità u jagħtihom setgħat ta’ kontroll estensivi. Il-liġi tesiġi wkoll li membri tal-Bord tas-Sorveljanza jkollhom il-kwalifiki meħtieġa sabiex jevalwaw u jikkontrollaw l-operazzjonijiet ta’ bank tat-tfaddil. Il-Bord tal-Ġestjoni għandu r-responsabbiltà unika u komprensiva għall-ġestjoni tal-Bank u mhuwiex marbut bl-ebda istruzzjonijiet mill-Bord tas-Sorveljanza jew l-azzjonisti.

(41)

Minbarra t-titjib li diġà ġie implimentat għall-istruttura tal-governanza korporattiva, Sparkasse KölnBonn ser ikompli jsaħħaħ il-governanza tiegħu billi jżid in-numru ta’ membri independenti (20) tal-Bord tas-Sorveljanza minn tnejn (fil-preżent) għal erbgħa minn tmintax. Il-membri tal-Kumitat tal-Kontabilità ser jitnaqqsu minn disgħa għal sebgħa u tal-Kumitat tar-Riskju minn disgħa għal sitta rispettivament mill-1 ta’ Jannar 2011. Il-Kumitati tal-Parteċipazzjoni u tal-Istrateġija ser jiġu xolti sat-tmiem tal-2011 u sat-tmiem tal-2010 rispettivament. Dak imsemmi l-ewwel ser jitlef naturalment l-importanza tiegħu ladarba Sparkasse KölnBonn ikun biegħ il-parti l-kbira tas-sussidjarji tiegħu. Id-dmirijiet ta’ dak tal-aħħar ser jitwettqu mill-Bord tal-Ġestjoni. Finalment, il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-akwiżizzjonijiet ta’ kumpaniji ser jiġi emendat u ser jinvolvi teħid ta’ deċiżjonijiet unanimi fil-Bord tal-Ġestjoni u jeħtieġ investmenti li jeċċedu l-EUR [2-5] miljuni li jkunu diġà ġew ivvalutati b’mod pożittiv minn espert indipendenti, matul id-diliġenza jew il-valutazzjoni tan-negozju.

4.5.   Kapital Ibridu

(42)

Sparkasse KölnBonn għandu kapital ibridu mqiegħed ma’ investituri ta’ partijiet terzi (ċertifikati privati ta’ parteċipazzjoni) fl-ammont ta’ EUR 224 miljun. Skont l-informazzjoni provduta mill-Ġermanja, il-Genussrechte u ċ-ċertifikati privati ta’ parteċipazzjoni huma klassifikati bħala pari passu. Il-parteċipazzjoni passiva hija subordinata għaż-żewġ ċertifikati. Kif muri fit-Tabella 3 hawn taħt, mill-2008 ma tħallas l-ebda pagament ta’ kupuni fuq kapital ibridu. Fl-2008 u l-2009 il-Genussrechte kellhom sehem fit-telf fl-ammont ta’ EUR 57,4 miljun. Il-parteċipazzjoni passiva u ċ-ċertifikati privati kellhom sehem fit-telf fl-2009. Mill-bidu tal-2010 l-istrumenti ibridi ser jiġu miżjuda u mill-2011 il-pagamenti ta’ kupuni li ġew ikkanċellati jitħallsu sal-2012. Fl-2013 il-kapital ibridu kollu jiġi miżjud, il-pagamenti ta’ kupuni kkanċellati jitħallsu u jitħallas kupun sħiħ fuq kull strument. Peress li l-pagament ta’ kupun jiġi skattat jew minn P&L pożittiv jew riżultat tal-karta tal-bilanċ, Sparkasse KölnBonn m’għandu l-ebda diskrezzjoni li jissospendi l-ħlas ta’ pagamenti ta’ kupuni jekk ikun opera bi profitabilità u kwalunkwe tnaqqis ta’ kapital ikun ġie fornit mill-ġdid.

Tabella 3

Distribuzzjoni tal-profitt ta’ Sparkasse KölnBonn fl-2009-2014 (każ bażiku)

 

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

Profitt qabel it-taxxa

 

– 98,8

[5-10]

[80-100]

[125-150]

[150-175]

[20-225]

Distribuzzjoni ta' profitt skont strumenti kapitali

Ċertifikati ta' parteċipazzj oni tal-Istat

Assorbiment ta' telf

40,6

16,8

0

0

0

0

0

Forniment prinċipali

0

0

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Obbligu ta' interess kuntrattwali

0

0

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Ċertifikati ta' parteċipazzj oni privati

Assorbiment ta' telf

0

12,5

0

0

0

0

0

Forniment prinċipali

0

0

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Coupon

0

0

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Parteċipazzj oni passiva

Assorbiment ta' telf

0

19,5

0

0

0

0

0

Forniment prinċipali

0

0

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Coupon

0

0

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(43)

Il-Ġermanja provdiet l-impenn li l-Bank mhux ser jipproċedi bi kwalunkwe pagament ta’ kupuni fuq kapital ibridu ta’ investituri privati, minbarra dak li hu kuntrattwalment obbligat li jħallas (ara l-Anness I, punt 7).

4.6.   WestLB

(44)

Sors ieħor ta’ diffikultajiet ta’ Sparkasse KölnBonn kien il-parteċipazzjoni tiegħu f’WestLB. Fil-passat Sparkasse KölnBonn ġarrab telf li ammonta għal EUR […] miljun, minħabba li bħala membru tal-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil ikkontribwixxa għall-fond ta’ riżerva stabbilit mill-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil bħala mezz ta’ sigurtà għall-membri tagħha u l-Landesbanks. F’dan il-kuntest ta’ salvataġġ ta’ WestLB fl-2008 il-fond kellu jintervjeni. L-espożizzjoni tar-riskju rimanenti hija konnessa mal- parteċipazzjoni indiretta ta’ Sparkasse KölnBonn f’WestLB u obbligazzjoni indiretta rimanenti tal-bank tal-assi ħżiena WestLB permezz ta’ RSGV.

(45)

Minkejja li Sparkasse KölnBonn ma investiex direttament f’WestLB, huwa espost għas-sehem li kellu fih mill-RSGV, li fih Sparkasse KölnBonn għandu sehem dirett ta’ madwar 19 %. Skont l-informazzjoni provduta mill-Ġermanja, ir-riskju li kwalunkwe indeboliment tal-valur skont il-kotba tal-RSGV għal WestLB ser ikollu impatt fuq KölnBonn huwa limitat ferm. L-ewwel, WestLB kien ivvalutat minn parti indipendenti reċentement u l-valur skont il-kotba tiegħu fil-kontijiet tal-RSGV tnaqqas b’mod korrispondenti skont il-31 ta’ Diċembru 2009 mill-ispiża storika ta’ EUR […] biljun għal EUR […] miljun skont il-31 ta’ Diċembru 2009. Għalhekk, is-sehem indirett ta’ Sparkasse KölnBonn f’WestLB jammonta attwalment għal bejn wieħed u ieħor EUR […] miljun. Barra minn hekk, peress li Sparkasse KölnBonn huwa espost għal WestLB biss bis-sehem tiegħu fl-RSGV, il-valur intrinsiku biss ta’ dan tal-aħħar huwa rilevanti għal Sparkasse KölnBonn. Dan huwa influwenzat mhux biss mill-valur ta’ WestLB, iżda wkoll sussidjarji u investmenti oħra li għandu l-RSGV. Il-valutazzjoni ta’ sussidjarji oħra tal-RSGV li saret fl-aħħar tal-2009 żvelat riżervi moħbija sinifikanti, li jkunu biżżejjed sabiex ikopru anki l-agħar xenarju ta’ każ potenzjali ta’ deprezzament ta’ WestLB għal 0.

(46)

L-obbligu ta’ Sparkasse KölnBonn sabiex jikkontribwixxi [għal …] maħluq sabiex ikopri t-telf potenzjali tal-ammonti ta’ bank tal-assi ħżiena ta’ WestLB għal EUR […] miljun fuq 25 sena. Madankollu, dan l-impenn mhux ser ikollu impatt fuq il-kapaċità tal-Bank sabiex jisssodisfa r-rekwiżiti regolatorji tiegħu fil-futur peress li l-kontribuzzjonijiet [għall- …] għandhom isiru biss mill-profitti futuri.

4.7.   Ċessjoni bikrija parzjali

(47)

Il-Ġermanja provdiet impenn li Sparkasse KölnBonn ser tħallas lura parti mill-kapital irċevut aktar kmieni min dak provdut fit-termini tal-istrumenti (ara l-Anness I, punt 27). Il-ħlas lura ser jibda jitħallas fl-2011 u jinvolvi żewġ stadji.

(48)

L-ewwel stadju jikkonsisti mill-bejgħ ta’ proporzjon ta’ EUR 150 miljun […] liz- Zweckverband. It-tranżazzjoni, u b’mod partikolari l-livell tal-prezz tax-xiri, mhumiex ser ikunu ta’ benefiċċju għal Förderungsgesellschaft daqslikieku din żammet l-istrument (21). Iz-Zweckverband imbagħad ser tikkonverti l-Genussrechte, li huma bħalissa rikonoxxuti bħala kapital Tier-2, fi strumenti ta’ kapital Tier-1. B’mod partikolari, l-istrument ġdid ikun subordinat, ma jinfediex għal mill-inqas 30 sena u jkollu interessi annwali mhux kumulattivi. Dan l-istadju jirriżulta fit-titjib tal-proporzjon tal-kapital Tier-1 ta’ Sparkasse KölnBonn b’[0,8-1,0] %.

(49)

Iż-żieda tal-proporzjon tal-kapital Tier-1 tippermetti t-tieni stadju, li hu r-riakkwistat minn Sparkasse KölnBonn tal-porzjon rimanenti tal-Genussrechte li kien fil-pussess tal- Förderungsgesellschaft fl-2011 b’valur nominali ta’ EUR 150 miljun. Globalment, iż-żewġ stadji jirriżultaw fi tnaqqis fil-proporzjon tal-kapital Tier-2 b’[0,5-1,0] %. Barra minn hekk, l-RSGV jew membru ieħor tas-settur tal-bank tat-tfaddil ser jixtri l-ishma ta’ Sparkasse KölnBonn bil-prezz tas-suq f’[…] (22) u […] relatati ma’ żewġ banek tat-tfaddil. Il-bejgħ tas-sehem indirett fiż-żewġ entitajiet jirriżulta f’aktar tnaqqis ta’ [0,2-0,5] % fl-assi totali tal-Bank. Il-bejgħ taż-żewġ entitajiet huwa marbut mill-qrib mal-ħlas lura tat-tieni porzjon tal-Genussrechte peress li RSGV ser tixtri ż-żewġ entitajiet mill-qligħ tal-bejgħ tal-Genussrechte.

5.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TA’ PROĊEDURA DWAR IL-MIŻURA TA’ RIKAPITALIZZAZZJONI

(50)

Il-Kummissjoni tfakkar li f’dan il-każ kienet fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-kompatibilità tagħha mas-suq intern b’mod konformi mal-Artikolu 107(3) TFUE (23) bħala għajnuna għar-ristrutturar fl-4 ta’ Novembru 2009.

(51)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk kienx assigurat il-qsim tal-piżijiet b’mod xieraq bi kwalunkwe mod u jekk id-distorsjoni tal-kompetizzjoni kinitx limitata, kif hu meħtieġ bir-regolament dwar l-għajnuna mill-istat (paragrafu (50) tad-Deċiżjoni tal-ftuħ).

(52)

Finalment, minħabba l-inċertezza dwar jekk id-diffikultajiet ta’ Sparkasse KölnBonn kinux dovuti għal deċiżjonijiet ta’ investiment li ttieħdu qabel il-kriżi jew pjuttost minħabba l-kriżi nnifsha, il-Kummissjoni ma kkonkludietx jekk il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni jaqgħux taħt l-Artikolu 107(3)(b) TFUE jew taħt l-Artikolu 107(3)(c) TFUE. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproċedi b’investigazzjoni tal-fatti sabiex tidentifika l-bażi legali proprju li għandu jiġi applikat u sabiex tieħu pożizzjoni aktar tard fil-proċess.

6.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(53)

Il-Kummissjoni tinnota li ma ġew irċevuti l-ebda kummenti minn partijiet terzi interessati b’rabta tad-Deċiżjoni tal-ftuħ dwar il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni.

7.   KUMMENTI MILL-ĠERMANJA

(54)

Il-Ġermanja indikat li hi rrevediet id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2009, li fiha l-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE. Il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li hi baqgħet mal-opinjoni tagħha li l- miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni rċevuti minn Sparkasse KölnBonn fil-forma ta’ parteċipazzjoni passiva u ċertifikati ta’ parteċipazzjoni fl-aħħar tal-2008 u l-bidu tal-2009 ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-istat fis-sens tal-ftehim tal-Artikolu 107(1) TFUE. Il-Ġermanja kkunsidrat il-miżuri li huma konformi mal-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq b’mod konformi mar-raġunament provdut qabel id-Deċiżjoni tal-ftuħ (ara paragrafi 24-28 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ).

(55)

Il-Ġermanja ma qablietx mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li fiż-żmien meta l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni ġew eżegwiti, i.e. tmiem tal-2008/bidu tal-2009, is-suq għal strumenti ibridi waqaf kompletament (24). B’mod aktar speċifiku, ma qablietx mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-ebda investitur jew sid f’ekonomija tas-suq ma kien jinvolvi ruħu fit-tali investiment f’dak iż-żmien, anki bi prezz ogħla (ara paragrafu 38 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ). Hi argumentat li żviluppi tas-suq ma affettwawx lil Sparkasse KölnBonn, li seta’ joħroġ debitu subordinat kemm fl-aħħar erba’ xhur tal-2008 (li jammonta għal EUR [10-15] miljun) kif ukoll fl-ewwel kwart tal-2009 (li jammonta għal EUR [35-40] miljun) f’porzjonijiet sa massimu ta’ diversi mijiet ta’ eluf ta’ Euro.

(56)

Finalment, il-Ġermanja kkontestat jekk ir-rikapitalizzazzjoni ta’ Sparkasse KölnBonn mill-Förderungsgesellschaft involvietx kwalunkwe riżorsi tal-istat.

(57)

Il-Ġermanja esprimiet, madankollu, il-kunfidenza tagħha, li kieku l-Kummissjoni tikkonferma l-valutazzjoni preliminari tagħha fir-rigward tal-karattru ta’ għajnuna mill-istat tar-rikapitalizzazzjoni ta’ Sparkasse KölnBonn, il-miżuri jkunu kompatibbli mas-suq intern taħt l-Artikolu 107(3)(b) TFUE.

(58)

Il-Ġermanja argumentat li l-pjan ta’ ristrutturar kien konformi mal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2009 dwar ir-ritorn għall-vijabilità u l-valutazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (25) (“Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”).

(59)

Fl-opinjoni tal-Ġermanja l-pjan ta’ ristrutturar jassigura li l-vijabilità fit-tul ta’ Sparkasse KölnBonn terġa’ tinkiseb, Sparkasse KölnBonn jipprovdi kontribuzzjoni proprja suffiċjenti għall-ispejjeż ta’ ristrutturar u distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu limitati b’miżuri strutturali u ta’ mġiba sostanzjali.

(60)

L-impenji provduti mill-Ġermanja huma stabbiliti fl-Annessi I sa III u jiffurmaw parti integrali ta’ din id-Deċiżjoni. Sabiex jiġi assigurat li l-impenji jiġu implimentati, ser jiġi maħtur fiduċjarju għall-monitoraġġ. Il-proċedura tal-ħatra u r-responsabbiltajiet tal-fiduċjarju għall-monitoraġġ huma stabbiliti fl-Anness II. Barra minn hekk, il-Ġermanja kkommettiet ruħha għal skeda taż-żmien għal ċessjonijiet (ara l-Anness I, punti 10 u 13). Jekk l-iskeda taż-żmien kommessa għaċ-ċessjoni ma tinlaħaqx, fiduċjarju għaċ-ċessjoni ser jiġi maħtur u jwettaq id-dmirijiet tiegħu b’mod konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness III.

8.   VALUTAZZJONI

8.1.   Eżistenza u ammont ta’ għajnuna

(61)

Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-miżuri konċernati jikkostitwuwx għajnuna mill-istat. L-Artikolu 107(1) TFUE jipprovdi li kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċertu impriżi hi, safejn u sakemm taffettwa n-negozju bejn Stati Membri, inkompatibbli mas-suq intern.

(62)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ (taqsima 5.1) il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ Sparkasse KölnBonn ikkostitwew għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni ma tistax taqbel mar-raġunament tal-Ġermanja li skontha l-miżuri ma kkostitwewx għajnuna sakemm il-kundizzjonijiet taż-żewġ strumenti kienu konformi ma x’kien jaċċetta investitur f’ekonomija tas-suq. Anki jekk ir-remunerazzjoni fuq iż-żewġ strumenti kienet konformi mal-ħlas ta’ interess fuq strumenti komparabbli sal-bidu tal-2008, din kienet baxxa wisq fil-każ ta’ Sparkasse KölnBonn meta wieħed jikkunsidra r-riskju għoli li jirriżulta min-nuqqas ta’ profitabilità tal-Bank. Fiż-żmien tar-rikapitalizzazzjoni, is-suq għall-istrumenti ibridi nixef kompletament ukoll. Għalhekk, fil-kuntest tal-każ u b’mod partikolari s-sitwazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni ma setgħatx taċċetta l-argument li investitur f’ekonomija tas-suq kien jagħmel l-investiment dak iż-żmien, minbarra li jinvesti fuq termini ekwivalenti.

(63)

L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda informazzjoni li kellha mnejn tibdel din l-evalwazzjoni. Ħruġ ta’ debitu subordinat minn Sparkasse KölnBonn fl-aħħar tal-2008 u fl-ewwel kwart tal-2009 ma jipprovdix evidenza affidabbli li s-swieq għal strumenti ibridi kienu attivi minħabba l-ammont limitat ferm ta’ porzjonijiet singoli involuti. Porzjonijiet ta’ strumenti ibridi b’valur ta’ diversi mijiet ta’ eluf ta’ Euro jirrappreżentaw livell differenti konsiderevoli ta’ riskju minn strument b’valur nominali ta’ EUR 150 miljun u huma għalhekk iktar faċli sabiex jiġu assorbiti mis-swieq privati. Għalhekk, il-Kummissjoni ssostni l-opinjoni tagħha li l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien jikseb offerta ta’ strumenti ibridi ta’ daqs u karatteristiċi komparabbli bħall-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ Sparkasse KölnBonn f’dak iż-żmien.

(64)

Fir-rigward tan-natura tar-riżorsi wżati għar-rikapitalizzazzjoni ta’ Sparkasse KölnBonn mill-Förderungsgesellschaft, il-Kummissjoni tfakkar li hi diġà stabbiliet fil-każ tiegħu prattika li mezzi provduti mill-RSGV huma riżorsi direttament jew indirettament ikkontrollati mill-awtoritajiet pubbliċi (26). Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan japplika wkoll għall-Förderungsgesellschaft, li hija sussidarja posseduta totalment mill-RSGV. Għalhekk, dawn ir-riżorsi huma riżorsi tal-istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(65)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjoni provviżorja li ntlaħqet fid-Deċiżjoni tal-ftuħ li l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni favur Sparkasse KölnBonn jikkostitwixxu għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(66)

Il-Kummissjoni, barra minn hekk tinnota li l-miżuri ta’ għajnuna ta’ salvataġġ ġew konvertiti f’għajnuna ta’ ristrutturar li tkompli tikkostitwixxi vantaġġ għall-Bank. Il-miżuri ippermettew lill-Bank biex jikseb finanzjament f’sitwazzjoni fejn ma setax iżid il-kapital fis-suq, speċjalment fil-kriżi finanzjarja u ekonomika. Dan jagħti vantaġġ ekonomiku lill-Bank u jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu meta titqabbel ma’ dik tal-kompetituri tiegħu fil-Ġermanja u fi Stati Membri oħra li mhumiex jibbenefikaw mill-istess appoġġ. Il-miżuri għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati li x’aktarx ifixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw in-negozju bejn Stati Membri.

(67)

L-element ta’ għajnuna fl-injezzjonijiet ta’ kapital jammonta għal 650 miljun u jirrappreżenta 3,3 % b’rabta mal-assi peżati għar-riskji tal-Bank (fl-aħħar tal-2008).

8.2.   Kompatibilità tal-għajnuna mas-suq intern

8.2.1.   Bażi legali għall-evalwazzjoni tal-kompatibilità

(68)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tagħha tal-4 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni ma kkonkluditx dak li jkun il-bażi legali proprju għall-analiżi tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni. Fuq bażi tal-informazzjoni disponibbli dak iż-żmien, id-deċiżjonijiet għall-investiment fi proġetti ta’ żvilupp reġjonali li ttieħdu fil-perjodu konsiderevolment qabel il-kriżi finanzjarja dehru li huma l-akbar sors ta’ diffikultajiet ta’ Sparkasse KölnBonn. Peress li l-kriżi dehret li kompliet tkabbar il-problemi eżistenti tal-Bank, l-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE ma ġiex eskluż. Min-naħa l-oħra, id-data tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni fil-quċċata tal-kriżi finanzjarja u l-prattika tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ każijiet fil-qasam bankarju relatati mal-kriżi finanzjarja ssuġġeriet l-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE.

(69)

Barra minn hekk, anki jekk deċiżjonijiet preċedenti għamlu referenza għal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-istat għas-salvataġġ u ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà (27) (“Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar”), il-Kummissjoni kkjarifikat f’punt 49 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar li l-għajnuna kollha notifikata lill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Diċembru 2010 tiġi evalwata bħala għajnuna għar-ristrutturar lil banek skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar minflok il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar.

(70)

Minħabba s-sensittività kontinwa tas-settur bankarju fil-Ġermanja l-Kummissjoni kkonkludiet li x-xoljiment potenzjali ta’ wieħed mill-akbar banek fil-Ġermanja dovut għal […] kien ikollu implikazzjonijiet sistematiċi u għalhekk jhedded l-istabilità finanzjarja fil-Ġermanja.

(71)

Għalhekk, l-Artikolu 107(3)(b) TFUE huwa l-bażi legali adatt għall-evalwaazzjoni jekk l-għajnuna rċevuta minn Sparkasse KölnBonn hijiex kompatibbli mas-suq intern bħala għajnuna għar-ristrutturar sabiex tiġi preservata l-istabilità fit-tul.

8.2.2.   Kompatibilità tal-għajnuna għar-ristrutturar mas-suq intern

(72)

Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-ewwel, il-pjan ta’ ristrutturar għandu juri li l-proċess ta’ ristrutturar li jkun qed jagħmel benefiċjarju ta’ għajnuna mill-istat huwa xieraq għall-ksib mill-ġdid tal-vijabilità tiegħu fit-tul. It-tieni, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun limitat għall-minimu meħtieġ u kemm il-benefiċjarju kif ukoll id-detenturi tal-kapital tiegħu għandhom jikkontribwixxu għar-ristrutturar kemm jista’ jkun bir-riżorsi tagħhom. It-tielet, jeħtieġ li jkun hemm miżuri sabiex jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni maħluqa billi s-saħħa tas-suq tal-benefiċjarju tiġi appoġġjata b’mod artifiċjali u sabiex jassiguraw settur bankarju kompetittiv. Finalment, kwistjonijiet ta’ monitoraġġ u proċedurali jeħtieġ li jiġu indirizzati.

(i)   Restawr tal-vijabilità fit-tul

(73)

B’mod konformi ma’ punti 9 sa 11 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-Ġermanja ssottomettiet pjan ta’ ristrutturar komprensiv u dettaljat li jipprovdi informazzjoni kompluta dwar il-mudell tan-negozju. Il-pjan jidentifika wkoll il-kawżi tad-diffikultajiet iffaċċjati mill-Bank.

(74)

Fir-rigward tal-mudell tan-negozju tiegħu, Sparkasse KölnBonn għandu l-intenzjoni li jerġa’ jiffoka fuq l-attivitajiet tradizzjonali tan-negozju ta’ bank tat-tfaddil reġjonali. Ser jipprovdi firxa sħiħa ta’ prodotti bankarji lis-segmenti tal-klijenti ewlenin tiegħu fir-reġjun ta’ Cologne-Bonn: klijenti fil-livell tal-konsumaturi, SMEs kif ukoll klijenti korporattivi iżgħar u klijenti istituzzjonali li jinsabu fir-reġjun. Bħala konsegwenza, Sparkasse KölnBonn ser jikkonċentra fuq l-attivitajiet statutorji tiegħu u jikkapitalizza fuq il-kompetenza ewlenija tiegħu, fil-waqt li jirtira minn dawk l-oqsma li kienu l-oriġini tad-diffikultajiet finanzjarji tiegħu. B’mod partikolari, Sparkasse KölnBonn qed iwaqqaf in-negozju tal-proprjetà, is-sussidjarji kollha mhux ewlenin u investmenti fil-portafolli SAA u ABS. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-mudell tan-negozju ġdid tal-Bank hu vijabbli u sostenibbli fit-tul.

(75)

Id-diffikultajiet ta’ Sparkasse KölnBonn kienu attribwiti primarjament għal tliet attivitajiet: (i) proġetti ta’ żvilupp reġjonali, (ii) investmenti f’portafolli ABS u SAA u (iii) l-investiment tal-Bank f’WestLB.

(76)

Sparkasse KölnBonn kien diġà beda l-bejgħ jew il-likwidazzjoni ta’ sussidjarji mhux ewlenin relatati mal-iżvilupp reġjonali fl-2008. Iċ-ċessjoni sħiħa ta’ dawn l-attivitajiet tikkostitwixxi miżura meħtieġa u xierqa sabiex jiġi eliminat it-tħassib tal-Kummissjoni peress li ċ-ċessjonijiet jistabbilixxu limitu finali għal kwlunkwe telf fil-futur jew espożizzjoni għar-riskju li jirriżultaw mis-sussidjarji. Barra minn hekk, il-miżura tillibera kapital kif ukoll kapaċitajiet tal-ġestjoni, li jistgħu jerġgħu jiġu wżati fin-negozju ewleni tal-Bank. Barra minn hekk, iċ-ċessjonijiet ser inaqqsu wkoll il-karta tal-bilanċ tal-Bank b’madwar EUR [180-230] miljun ([0-2] %) (28).

(77)

Peress li l-attivitajiet tas-sussidjarji li għandhom jinbiegħu lill-Belt ta’ Cologne huma primarjament żvilupp ta’ proprjetà immobbli u servizzi relatati mal-proprjetà immobbli, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li l-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar it-trattament ta’ assi danneġġjati fis-settur bankarju tal-Komunità (29) (“Komunikazzjoni dwar Assi Danneġġjati”) hija neċessarja jew xierqa f’dan il-każ. Il-valuri skont il-kotba ta’ dawn is-sussidjarji tniżżlu fil-valur b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin sabiex jinġiebu f’konformità mal-valuri tas-suq tagħhom. Għalhekk, aktar telf sinifikanti għall-Bank dovut għall-bejgħ tas-sussidjarji mhuwiex mistenni. Barra minn hekk, l-impenn tal-Ġermanja li l-Bank ser ibigħ skont il-valur tas-suq, li jiġi determinat minn espert indipendenti, jassigura li l-ebda għajnuna mill-istat addizzjonali ma tkun involuta fit-tranżazzjonijiet.

(78)

Sors ieħor tal-problemi tal-Bank kien il-portafolli ABS u SAA. Dawk l-investimenti kienu diġà tnaqqsu b’mod sinifikanti. Sparkasse KölnBonn ser jirtira kompletament minn dawk il-portafolli sal-aħħar tal-2014. Peress li dawk l-investimenti kienu barra mill-ambitu tal-mudell tan-negozju ġdid tal-Bank, l-irtirar minn dawk il-portafolli hu pass neċessarju fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ Sparkasse KölnBonn. Il-valuri skont il-kotba kurrenti tal-assi rimanenti fil-portafolli ABS u SAA huma b’mod ġenerali konformi mal-valur tas-suq tagħhom. Għalhekk, l-espożizzjoni għar-riskju rimanenti li tirriżulta minn dawn il-portafolli hija limitata u ma taffettwax il-vijabilità tal-Bank.

(79)

Finalment, l-espożizzjoni rimanenti tal-Bank għal WestLB, li fil-passat irriżultat f’telf għal Sparkasse KölnBonn ta’ EUR […] miljun, hija limitata fid-daqs u kkumpensata bir-riżervi fil-portafoll tal-investiment tal-RSGV. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni tal-Bank [għal …] għandha ssir biss minn profitti futuri netti. Għalhekk, l-obbligu ta’ Sparkasse KölnBonn li jikkontribwixxi [għal…] ma jipperikolax il-vijabilità fit-tul ta’ Sparkasse KölnBonn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva b’mod pożittiv il-fatt li l-kontribuzzjonijiet tal-Bank jistgħu jsiru biss ladarba l-kapital tal-Istat ikun tħallas b’mod konformi mat-termini tar-rikapitalizzazzjoni.

(80)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Bank diġà indirizza u ser ikompli jindirizza d-dgħjufija tal-governanza korporattiva tiegħu. Il-bidla fl-istruttura tal-azzjonisti u l-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata introdotta fid-dawl tal-fużjoni ta’ Stadtsparkasse Köln ma’ Sparkasse Bonn fl-2005 tassigura li l-interessi politiċi tas-sidien ma jisbqux l-interessi tal-Bank. Barra minn hekk, il-bidliet fl-istruttura u d-daqs tal-korpi ta’ Sparkasse KölnBonn kif ukoll fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet iwasslu għal aktar responsabbiltà tal-maniġment superjuri. Inqas responsabbiltajiet maqsuma, kif ukoll proporzjon ogħla ta’ personal li mhuwiex politikament motivat u li hu [… estern] esperti fil-korpi tal-Bank, iżidu t-trasparenza u l-effiċjenza tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Flimkien mal-bidla fl-istruttura tal-azzjonisti, dawk il-miżuri jindirizzaw is-sorsi ta’ diffikultajiet ta’ Sparkasse KölnBonn minħabba li jimminimizzaw ir-riskju li Sparkasse KölnBonn jiġi involut fi proġetti poltikament motivati li jkunu f’kunflitt mal-interessi ekonomiċi tal-Bank. Barra minn hekk, l-indipendenza tal-ġestjoni tal-Bank tidher li hi stabbilita b’mod suffiċjenti fil-liġi eżistenti. Il-fatt li Sparkasse KölnBonn provda evidenza li mill-2004 il-Bank ma kienx involut fi proġetti ġodda li huma motivati politikament juri li l-miżuri implimentati huma effettivi. Globalment, il-kodiċi ta’ governanza korporattiva ġdid huwa konformi ma’ dak li nkiseb f’każi komparabbli (30). Għalhekk, il-bidliet implimentati u kommessi tal-governanza korporattiva ta’ Sparkasse KölnBonn jistgħu jiġu kkunsidrati adegwati u suffiċjenti sabiex jikkontribwixxu biex tinkiseb mill-ġdid il-vijabilità tal-Bank fit-tul.

(81)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pjan ta’ ristrutturar ta’ Sparkasse KölnBonn jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’punti 9 u 12-15 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, jiġifieri li l-pjan ta’ ristrutturar għandu juri kif il-Bank ser jerġa’ jikseb il-vijabilità tiegħu fit-tul mingħajr għajnuna mill-istat kemm jista’ jkun malajr. B’mod partikolari, il-Bank għandu jkun kapaċi jiġġenera qligħ fuq l-ekwità xieraq, li jkopri l-ispejjeż kollha tal-operazzjonijiet normali kollha tiegħu u jikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.

(82)

L-ewwel, Sparkasse KölnBonn ipprovda projezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu 2008-2014, fejn jagħti informazzjoni dwar dħul, spejjeż, indebolimenti, profitti u pożizzjoni tal-kapital tal-Bank. Il-Kummissjoni ssib li l-projezzjonijiet tal-każ bażiku pprovduti huma bbażati fuq suppożizzjonijiet makroekonimiċi sottostanti raġonevoli. Il-Bank jerġa’ jistenna li jiġġenera profitti fl-2010 u jkompli jtejjeb ir-riżultati annwali tiegħu matul il-perjodu kollu ta’ ristrutturar. Barra minn hekk, fl-2014 ROE ser jilħaq livell ta’ [9-10] %, li jidher li hu livell adegwat ta’ remunerazzjoni għal bank tal-klijenti konsumaturi f’kundizzjonijiet tas-suq normali. Barra minn hekk, mill-bidu tal-2013 Sparkasse KölnBonn ser iħallas kompletament il-miżuri ta’ għajnuna. Il-proporzjonijiet ta’ kapital tal-Bank ser jibqgħu ‘l fuq sew mir-rekwiżiti regolatorji minimi bil-proporzjoni Tier-1 jitjieb minn 6,1 % fl-2009 għal [8-9] % fl-2014.

(83)

It-tieni, Sparkasse KölnBonn wera li hu kapaċi jiflaħ xenarju ta’ stress. Is-suppożizzjonijiet ta’ xenarju ta’ stress ġew evalwati li huma raġonevoli. Peress li x-xenarju ta’ stress juri li Sparkasse KölnBonn ser jeċċedi r-rekwiżiti ta’ kapital regolatorji tiegħu, il-Bank jista’ jiġi kkunsidrat li ssodisfa r-rekwiżiti ta’ paragrafu 13 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Barra minn hekk, l-analiżi tas-sensittività turi li l-Bank huwa kapaċi jiflaħ bidla sinifikanti fir-rati ta’ interess fil-futur.

(84)

Finalment, Sparkasse KölnBonn ippreżenta strateġija ta’ ċessjoni bikrija parzjali. Il-ħlas parzjali tal-kapital tal-istat għandu jkun possibbli mingħajr ma jitnaqqas il-bażi ta’ kapital tal-istituzzjoni, peress li l-proporzjon ta’ kapital Tier-1 ta’ Sparkasse KölnBonn huwa proġettat li jilħaq [6-7] % fl-2010 u ser jeċċedi dan il-livell wara fix-xenarju tal-każ bażiku u ser jibqa’ ‘l fuq sew mill-minimu regolatorju f’xenarju ta’ każ ta’ stress fil- pjan ta’ ristrutturar. Iċ-ċessjoni bikrija parzjali ma tinvolvix għajnuna addizzjonali jew lil Sparkasse KölnBonn jew lill-entitajiet oħra li huma parti mit-tranżazzjoni. L-ewwel, minħabba d-disinn tal-prezz tax-xiri li għandu jitħallas għall-ewwel porzjon ta’ EUR 150 miljun tal-Genussrechte, li jissimula strettament il-fluss tal-flus li Förderungsgesellschaft tirċievi li kieku żammet l-istrument, Förderungsgesellschaft ma kinitx tispiċċa f’pożizzjoni aktar favorevoli. It-tieni, it-tranżazzjoni ssir bejn żewġ entitajiet pubbliċi. Barra minn hekk, peress li l-istrument li għandu jiġi konvertit f’kapital Tier-1 diġà jikkwalifika bħala għajnuna u Sparkasse KölnBonn ser iħallas l-istess remunerazzjoni għaz-Zweckverband wara l-konverżjoni, il-Kummissjoni ma tara l-ebda għajnuna addizzjonali involuta fil-konverżjoni. Finalment, ir-riakkwist minn Sparkasse KölnBonn tat-tieni porzjon ta’ EUR 150 miljun ser jissimula strettament ukoll il-fluss tal-flus li Förderungsgesellschaft kienet tirċievi li kieku żammet l-istrument.

(85)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pjan ta’ ristrutturar sottomess minn Sparkasse KölnBonn jissodisfa r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar fir-rigward tar-restawr tal-vijabilità fit-tul u b’hekk jitnaqqsu d-dubji espressi fid-Deċiżjoni tal-ftuħ.

(ii)   Kontribuzzjoni proprja/qsim tal-piżijiet

(86)

Kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-banek u l-azzjonisti tagħhom jeħtieġ li jikkontribwixxu kemm jista’ jkun għar-ristrutturar sabiex jassiguraw li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu neċessarju. Dan ifisser li l-banek jużaw ir-riżorsi proprji tagħhom sabiex jiffinanzjaw ir-ristrutturar, pereżempju billi jbigħu assi, filwaqt li l-azzjonisti għandhom jassorbu t-telf tal-Bank fejn ikun possibbli. Il-miżuri kommessi minn Sparkasse KölnBonn jassiguraw li r-riżorsi tiegħu jintużaw u li investituri privati li għandhom kapital ibridu tal-Bank jikkontribwixxu għar-ristrutturar.

(87)

Il-pjan ta’ ristrutturar ma fih l-ebda elementi li jissuġġerixxu li l-għajnuna teċċedi l-mezzi meħtieġa sabiex ikopru l-ispejjeż li jiġu skattati bir-restawr tal-vijabilità. L-għajnuna rċevuta hija meħtieġa sabiex tassigura li Sparkasse KölnBonn ikollu riżervi ta’ kapital raġonevoli fil-każ bażiku u jkun kapaċi jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorji f’xenarju ta’ stress.

(88)

Fir-rigward tal-kontribuzzjoni għall-ispejjeż tar-ristrutturar permezz ta’ riżorsi interni ġġenerati minn Sparkasse KölnBonn, il-Kummissjoni tinnota li l-Bank qiegħed jimplimenta miżuri ta’ tnaqqis tal-ispejjeż. Il-miżuri ta’ tnaqqis tal-ispejjeż ser jirriżultaw fi tnaqqis ta’ spejjeż annwali ta’ EUR [25-35] miljun sat-tmiem tal-perjodu tar-ristrutturar, li jirrappreżenta madwar [5-8] % tal-ispejjeż totali fl-2009.

(89)

Barra minn hekk, iċ-ċessjonijiet ta’ sussidjarji mhux ewlenin profittabbli ser jiġġeneraw dħul li jista’ jintuża sabiex jiġu ffinanzjati l-ispejjeż tar-ristrutturar.

(90)

Il-Bank ma għandu l-ebda diskrezzjoni sabiex jissospendi jew jipposponi l-ħlas ta’ kupun fuq strumenti ibridi jekk jiġġenera profitt f’sena partikolari. Madankollu, id-detenturi tal-istrumenti ibridi jġorru wkoll safejn hu possibbli t-telf imġarrab minn Sparkasse KölnBonn, peress li kemm il-ħlas ta’ kupuni u s-somma kapitali ewlenija ta’ kapital ibridu ġew sospiżi jew ipparteċipaw fl-assorbiment tat-telf ta’ Sparkasse KölnBonn. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-massimu possibbli tal-qsim tal-piżijiet mill-investituri privati tiegħu huwa assigurat u għalhekk ir-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar għall-kontribuzzjoni għall-ispejjeż tar-ristrutturar mill-investituri privati ntlaħqu.

(91)

Punt 24 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jispeċifika li remunerazzjoni adegwata tal-kapital tal-istat hu wkoll mezz ta’ kif jinkesb il-qsim tal-piżijiet. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkunsidra l-livell ta’ remunerazzjoni stabbilit fit-termini tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni huwa xieraq b’rabta mal-miżuri l-oħra ta’ qsim tal-piżijiet deskritti hawn fuq. Il-profitti proġettati ser jippermettu lill-Bank iħallas il-kapital tal-istat u jħallas il-kupuni sospiżi b’mod konformi mat-termini tar-rikapitalizzazzjoni li jibdew mill-2011 għal Genussrechte u mill-2013 għal parteċipazzjoni passiva, wara li l-kapital nominali tal-istrumenti jkun ġie miżjud. Għandu jiġi nnutat li l-interess fuq il- Genussrechte li għandu l-Istat huwa kumulattiv għal [2-6] snin u l-kapital imnaqqas dovut għall-assorbiment tat-telf għandu jiġi miżjud fil-każ taż-żewġ strumenti ta’ rikapitalizzazzjoni. Għalhekk, skont il-projezzjonijiet finanzjarji fil-każ bażiku l-interess mhux imħallas fuq il-Genussrechte u s-somma mnaqqsa tal-kapital ewlieni taż-żewġ strumenti ser jiġu sussegwentament irkuprati mill-Istat.

(92)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pjan ta’ ristrutturar sottomess mill-Ġermanja jipprovdi kontribuzzjoni proprja suffiċjenti għar-ristrutturar u għalhekk inaqqas id-dubji espressi fid-Deċiżjoni tal-ftuħ.

(iii)   Miżuri li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni

(93)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistipula li l-pjan ta’ ristrutturar jipproponi miżuri li jillimitaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u li jassiguraw settur bankarju kompetittiv. Barra minn hekk, dawn għandhom jindirizzaw ukoll kwistjonijiet relatati mal-periklu morali u jassiguraw li għajnuna mill-istat ma tintużax sabiex jiġi ffinanzjat komportament antikompetittiv.

(94)

Il-pakkett ta’ miżuri jindirizza b’mod suffiċjenti l-kwistjoni tal-periklu morali. Sparkasse KölnBonn huwa kommess li jimplimenta bejgħ komprensiv ta’ negozji mhux ewlenin profittabbli. Dawn jinkludu sehem fi […], […], RW Holding AG, S ProFinanz Versicherungsmakler GmbH, Schufa Holding AG u Neue Leben Pensionsverwaltung AG, li huma sinifikanti […] ta’ Sparkasse KölnBonn.

(95)

L-awtoritajiet Ġermaniżi pprovdew skeda taż-żmien għaċ-ċessjonijiet ippjanati u ntrabtu li jaħtru fiduċjarju tal-monitoraġġ sabiex jassigura li l-impenji jitwettqu fil-ħin. Fiduċjarju għaċ-ċessjoni jkun maħtur għaċ-ċessjonijiet jekk l-iskeda taż-żmien ma tinżammx.

(96)

Ir-ristrutturar tal-Bank jinkludi tnaqqis tal-preżenza ta’ Sparkasse KölnBonn f’ċertu segmenti tal-klijenti. Dawk il-miżuri jippermettu lill-kompetituri jaċċessaw partijiet tal-klijenti kbar korporattivi u istituzzjonali tal-Bank. Minħabba li taffettwa primarjament entitajiet kbar, li ġeneralment għandhom aċċess għas-swieq kapitali, il-Kummissjoni tikkunsidra r-riskju ta’ impatt negattiv fuq l-ekonomija reali ta’ din il-miżura bħala negliġibbli.

(97)

Barra minn hekk, bħala konsegwenza tal-implimentazzjoni tal-miżuri tar-ristrutturar, Sparkasse KölnBonn ser inaqqas l-assi totali tiegħu bi [15-20] % f’termini ta’ RWA ([15-20] % f’termini ta’ assi totali) fuq bażi ta’ proforma u b’[10-15] % inkluż tkabbir fil-futur (5 % f’termini ta’ assi totali). It-tnaqqis ikun primarjament dovut għall-irtirar mill-investimenti SAA u ABS, iċ-ċessjoni tan-negozju ta’ proprjetà ([6-8] % f’termini RWA, [6-8] % f’termini tal-assi totali) u t-tnaqqis tal-espożizzjonijiet ta’ kreditu kbar u linji ta’ kreditu għall-klijenti istituzzjonali (RWA: [5-7] %, assi totali: [5-7] %).

(98)

Fid-dawl tal-ammont ta’ għajnuna fil-każ preżenti (3,3 % ta’ RWA), dawn il-miżuri jistgħu jitqiesu li huma suffiċjenti u proporzjonati f’termini tat-tnaqqis tad-daqs u l-ambitu tal-attivitajiet tal-Bank. Sparkasse KölnBonn huwa attiv biss fir-reġjun ta’ Cologne-Bonn, fejn għandu ([18-23] % - [30-35] % sinifikanti li jiddependi fuq il-prodott), iżda mhux pożizzjoni tas-suq dominanti. Barra minn hekk, il-Bank ma jaġixxix bħala bank li għandu pożizzjoni dominanti fuq il-prezzjijiet fis-segmenti tan-negozju ewlenin tiegħu. Għal din ir-raġuni, miżuri addizzjonali li għandhom l-għan li jkompli jnaqqsu s-sehem tas-suq tal-Bank fis-suq tal-klijenti konsumaturi ewlieni tiegħu, ma jidhrux li huma xierqa fil-każ ta’ Sparkasse KölnBonn. L-ewwel, il-Kummissjoni tinnota li l-attività ewlenija ma kinitx is-sors tad-diffikultajiet tal-Bank. Barra minn hekk, il-Ġermanja pprovdiet evidenza suffiċjenti li turi li t-tali miżuri jkunu diffiċli u bi spejjeż sproporzjonati sabiex jiġu implimentati, b’hekk jaffettwaw negattivament l-abbiltà ta’ profitt sottostanti tal-Bank, u tikkostitwixxi theddida għall- vijabilità fit-tul ta’ Sparkasse KölnBonn. Barra minn hekk, it-tali miżuri jaffettwaw avversament is-segmenti tan-negozju ewlenin ta’ Sparkasse KölnBonn, SMEs u klijenti privati, li madankollu, ma kinux is-sors tad-diffikultajiet tal-Bank. Finalment, minħabba s-sorsi alternattivi limitati tal-finanzjament għal dawk il-gruppi ta’ klijenti u l-prattika tal-każ tal-Kummissjoni, li għandha l-għan li żżomm is-self għall-ekonomija reali, il-Kummissjoni ssib li aktar restrizzjonijiet għall-ambitu tal-attivitajiet ta’ Sparkasse KölnBonn ikollhom impatt fuq in-negozju ewlieni tiegħu u għalhekk ikunu ta’ dannu kemm għall-Bank kif ukoll għas-swieq fejn iforni s-servizzi tiegħu.

(99)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll l-impenji ta’ komportament provduti minn Sparkasse KölnBonn u l-Ġermanja. Dan l-impenji jinkludu projbizzjoni ta’ pożizzjoni dominanti fuq il-prezzijiet u projbizzjoni tar-reklamar b’appoġġ tal-istat, b’hekk Sparkasse KölnBonn ikun impedut milli juża l-għajnuna sabiex jiffinanzja komportament antikompetittiv fis-suq. B’mod konformi ma’ punt 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-projbizzjoni tal-akkwiżizzjoni, barra minn hekk tassigura li l-għajnuna mill-istat ma tintużax sabiex jittieħed il-kontroll tal-kompetituri.

(100)

Fuq il-bażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-iskala u n-natura tal-miżuri proposti minn Sparkasse KölnBonn huma suffiċjenti u adegwati sabiex jindirizzaw kwalunkwe distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Għalhekk, il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Sparkasse KölnBonn jissodisfa r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar f’termini ta’ vijabilità, qsim tal-piżijiet u miżuri sabiex jimmitigaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u b’hekk jitnaqqsu dubji espressi fid-Deċiżjoni tal-ftuħ.

8.2.3.   Monitoraġġ

(101)

B’mod konformi ma’ taqsima 5 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, jinħtieġu rapporti regolari sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tivverifika li l-pjan ta’ ristrutturar qiegħed jiġi implimentat kif suppost. Il-Ġermanja ser taħtar fiduċjarju għall-monitoraġġ li ser jipprovdi rapporti dwar il-monitoraġġ kull sitt xhur. L-ewwel rapport huwa mistenni fi Frar 2011. Il-Kummissjoni, għalhekk, tqis li l-monitoraġġ kif suppost tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar huwa assigurat.

Konklużjoni tal-pjan ta’ ristrutturar

(102)

Il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta’ ristrutturar stabbilit f’kapitolu 4 ta’ din id-Deċiżjoni huwa kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(b) TFUE.

9.   KONKLUŻJONI

(103)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri ta’ ristrutturar huma adatti sabiex jippermettu li Sparkasse KölnBonn jerġa’ jikseb il-vijabilità tiegħu fit-tul, suffiċjenti fir-rigward tal-qsim tal-piżijiet u xierqa u proporzjonati għall-kumpens tal-effetti ta’ distorsjoni tas-suq tal-miżuri ta’ għajnuna in kwistjoni. Hi għalhekk tqis li l-pjan ta’ ristrutturar sottomess jissodisfa l-kriterji tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u l-miżuri ta’ ristrutturar jistgħu għalhekk jitqiesu li huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) TFUE. Il-miżuri ta’ injezzjoni ta’ kapital jistgħu għalhekk jiġu approvati skont il-pjan ta’ ristrutturar,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna għar-ristrutturar provduta lil Sparkasse KölnBonn mill-azzjonisti pubbliċi tiegħu tikkostitwixxi għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern, soġġetta għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u l-osservanza tal-impenji stabbiliti fl-Annessi I, II u III.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni ġiet indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi-President


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ C 32/09 (ex NN 50/09), Ristrutturar ta’ Sparkasse KölnBonn (ĠU C 2, 6.1.2010, p. 13).

(2)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(*1)  Soġġett għas-segretezza professjonali.

(3)  Is-sehem tas-suq tiegħu fis-settur bankarju totali Ġermaniż huwa żgħir wisq sabiex ikun sinifikanti.

(4)  Skont l-aħħar ta’ Settembru 2009 64 % tal-volum tal-portafoll ABS kien relatat mal-Ġermanja u pajjiżi Ewropej oħra, 17 % ieħor mal-Istati Uniti.

(5)  Titoli tas-sigurtà appoġġjati b’ipoteki residenzjali.

(6)  Obbligu ta’ dejn kollateralizzat.

(7)  Titoli tas-sigurtà appoġġjati b’ipoteki kummerċjali.

(8)  Titoli tas-sigurtà appoġġjati b’assi.

(9)  Obbligu ta’ self kollateralizzat.

(10)  Fiduċjarja ta’ investiment fi proprjetà immobbli.

(11)  Minnhom il-portafoll ABS: deprezzament ta’ EUR 104,5 miljuni fl-2008.

(12)  B’kunsiderazzjoni taż-żidiet tal-prezzijiet u s-salarji.

(13)  Sors importanti tad-diffikultajiet ta’ Sparkasse KölnBonn kien l-inkarigu tiegħu fi proġetti u sussidjarji mhux relatati man-negozju tiegħu ewlieni. Dawn l-attivitajiet iġġeneraw parti ewlenija tat-telf fil-passat. Sabiex jattira industriji ġodda lejn Cologne, fil-passat, il-Bank ħadem fl-iżvilupp ta’ spazji kummerċjali u ta’ uffiċini jew ta garanziji ta’ kera sabiex jiġu faċilitati żviluppi ta’ proprjetà immobbli. Il-Bank qed jinnegozja mill-ġdid il-garanziji u kuntratti tal-kera bl-għan li jwaqqaf dawn l-arranġamenti u, fejn possibbli, qed jipproċedi bil-bejgħ tal-attivitajiet lil partijiet terzi.

(14)  figura għal Sparkasse KölnBonn biss;

(15)  Il-proporzjoni tal-kapital Tier-1 għal Sparkasse KölnBonn, figura fil-parentesi: Proporzjoni Tier-1 għall-Grupp. CIR – proporzjon tad-dħul mill-ispejjeż, FTE – ekwivalenti full-time (ta’ ħaddiema full-time)

(16)  figura għal Sparkasse KölnBonn biss;

(17)  Il-proporzjoni tal-kapital Tier-1 għal Sparkasse KölnBonn, figura fil-parentesi: Proporzjoni Tier-1 għall-Grupp. CIR – proporzjon tad-dħul mill-ispejjeż, FTE – ekwivalenti full-time (ta’ ħaddiema full-time)

(18)  Sparkassengesetz Nordrhein-Westfalen, http://www.wlsgv.de/download/spkg28112008.pdf, verżjoni kurrenti effettiva mid-29 ta’ Novembru 2008.

(19)  Minn disa’ membri fl-2005 għal ħamsa fl-2010 fil-każ tal-Bord tal-Ġestjoni u minn 27 għal 18 fil-każ tal-Bord tas-Sorveljanza.

(20)  F’dan il-kuntest “indipendenti” tfisser li l-membru tal-Bord tas-Sorveljanza ma jappartjenix għall-Kunsill tal-Belt tal-belt li tkun appuntatu/ha.

(21)  Il-Ġermanja tipproponi soluzzjoni b’hekk imsejħa “klawsola ta’ titjib”, li tkun valida għall-istess perjodu bħall-aspett kumulattiv tal-istrument oriġinali. B’dan il-mod Förderungsgesellschaft għall-ewwel tirċeivi pagament miz-Zweckverband ibbażat fuq il-valur skont il-kotba tal-istrument (valur nominali bi tnaqqis tat-telf assorbit, li ma jkunx ġie miżjud). Imbagħad, skont il-‘klawsola tat-titjib, Förderungsgesellschaft tirċievi flussi ta’ flus simili miz-Zweckverband għal dak li kienet tirċievi li kieku żammet l-istrument, relatat mal-perjodu sal-bejgħ tal-istrument. Sparkasse KölnBonn jirreferi għal flussi ta’ flus simili, minħabba l-interess annwali sospiż, relatat mal-perjodu li matulu Förderungsgesellschaft kellha l-istrument, jitħallas lil Förderungsgesellschaft bi skont biss sa 25 %. Il-Ġermanja tikkunsidra dan it-tnaqqis bħala strument xieraq sabiex Zweckverband tiġi kkumpensata talli assumiet ir-responsabbiltà tal-interessi u talli ffinanzjat ir-riskju u jitqies il-vantaġġ li Förderungsgesellschaft tikseb billi tirċievi l-kapital tagħha qabel mill-perjodu provdut kuntrattwalment. Pereżempju, jekk Förderungsgesellschaft tbigħ il-valur tal-istrument nominalment għal EUR 150 miljun, imnaqqas b’telf ta’ EUR 25 miljun, liz-Zweckverband fl-2011, inizjalment titħallas EUR 125 miljun. Jekk fl-2012 Sparkasse KölnBonn jiġġenera profitti, li jiskattaw l-obbligu li jżid il-kapital tal-istrument (jekk Förderungsgesellschaft tkun żammet l-istrument), l-ammont korrispondenti jitħallas lil Förderungsgesellschaft miz-Zweckverband. Jekk il-profitti tal-2012 ikunu biżżejjed għall-ħlas ta’ kupuni sospiżi fl-2009-2011, dan jirriżulta wkoll fi ħlas komprabbli li jsir lil Förderungsgesellschaft miz-Zweckverband.

(22)  Sparkasse KölnBonn huwa marbut li jbigħ il-parteċipazzjoni tiegħu lill-RSGV jew membri oħra tas-settur tal-banek tat-tfaddil minħabba l-arranġamenti kuntrattwali b’rabta mas-sehem indirett tiegħu f’dawn l-entitajiet.

(23)  B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-TFUE. Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza tagħhom, identiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jiġu miftiehma bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat KE fejn xieraq.

(24)  Bl-eċċezzjoni tal-ħruġ tal-intergrupp jew l-Istat ikun l-akkwirent tal-istrumenti.

(25)   ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

(26)  Ara l-punt 29 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2008 fil-Każ NN 25/2008, WestLB risk shield; Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2008 fil-Każ C 43/2008, WestLB risk shield (ĠU C 322, 17.12.2008, p. 16), Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2009 fil-Każ C 43/2008, WestLB risk shield. Fil-kuntest tal-każ quddiem il-qorti attwali fir-rigward tal-ilqugħ għar-riskju minn WestLB, il-Ġermanja ma kkontestatx l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-appoġġ provdut mill-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil RSGV u WLSGV lil WestLB li huwa bbażat fuq riżorsi tal-istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(27)   ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2. Saret referenza espliċita f’punt 42 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-miżuri li ttieħdu b’relazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali kurrenti (“Komunikazzjoni Bankarja”).

(28)  It-tnaqqis tal-karta tal-bilanċ taċ-ċessjonijiet jirrifletti biss il-valur skont il-kotba tal-entitajiet.

(29)   ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.

(30)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2009 fil-każ C 17/2009, Restructuring of LBBW (ĠU L 188, 21.7.2010, p. 1).


ANNESS

Kummissjoni Ewropea – Taskforce għall-Kriżi Finanzjarja

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Rue Joseph II/Jozef II-straat 70

1000 Brussell

Belgium

Każ C 32/09 – Sparkasse KölnBonn

IMPENJI LEJN IL-KUMMISSJONI EWROPEA

B’mod konformi mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/99 (1), kif ġie emendat, il-Ġermanja hawnhekk qed tipprovdi l-impenji li ġejjin fir-rigward ta’ Sparkasse KölnBonn sabiex tippermetti lill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) issib ir-rikapitalizzazzjoni ta’ Sparkasse KölnBonn kompatibbli mas-suq intern bid-deċiżjoni taħt l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-impenji għandhom jidħlu fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni.

Dan it-test għandu jiġi interpretat fi ħdan il-qafas ġenerali tal-liġi tal-UE u b’referenza għar-Regolament (KE) Nru 659/99, u billi tiġi kkonsidrata d-Deċiżjoni li magħha huma mehmuża l-impenji.


(1)   ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

ANNESS I

Taqsima A –   Impenji

1.    Governanza korporattiva: Il-Gvern Federali u Sparkasse KölnBonn jintrabtu li Sparkasse KölnBonn ser jagħmel l-emendi li ġejjin lill-governanza korporattiva tiegħu:

(a)

In-numru ta’ membri esterni tal-Bord tas-Sorveljanza għandu jiżdied minn żewġ membri kif inhu bħalissa għal erbgħa mill-1 ta’ Jannar 2011. In-numru totali tal-membri tal-Bord tas-Sorveljanza għandu jiġi ristrett għal tmintax.

(b)

Il-Bord tas-Sorveljanza ta’ Sparkasse KölnBonn għandu jaħtar il-kumitati li ġejjin biss fil-futur u jnaqqas il-membri tiegħu għan-numru stipulat mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2011.

—

Kumitat tal-kontabilità (seba’ membri)

—

Kumitat dwar ir-riskju (sitt membri)

—

Kumitat ewlieni (tliet membri)

(c)

Il-kumitat dwar l-Istrateġija u l-kumitat dwar l-Investiment għandhom jiġu aboliti mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2011 rispettivament.

(d)

Il-membri kollha tal-Bord tas-Sorveljanza għandhom jippossiedu l-abilitajiet stipulati fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 36(3) tal-Att dwar is-Servizzi Bankarji Ġermaniż.

(e)

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011 il-Bord tal-Ġestjoni ta’ Sparkasse KölnBonn għandu jagħmel il-linji gwida għal deċiżjonijiet ta’ investiment iktar stretti kif ġej: Il-Bord tal-Ġestjoni ser ikun kapaċi jieħu deċiżjonijiet relatati mal-investiment biss jekk ikun hemm unanimità u – fil-każ ta’ investimenti ‘l fuq minn valur nominali ta’ EUR [2-5] miljuni – wara verifika ta’ diliġenza li tinvolvi awditur, jekk ikun meħtieġ.

2.    Negozju ta’ proprjetà: Sparkasse KölnBonn għandu jieqaf jinnegozja minn rajh. Dan ifisser li Sparkasse KölnBonn għandu jwettaq biss tranżazzjonijiet li jew

(a)

huma neċessarji sabiex jirċievi, jittrażmetti u jeżegwixxi l-ordnijiet tal-klijenti tiegħu sabiex ibigħ u jixtri, jew

(b)

jgħinu lill-bank tat-tfaddil iwettaq likwidità jew ġestjoni tar-riskju.

Taħt l-ebda ċirkostanza Sparkasse KölnBonn ma jista’ joħloq pożizzjonijiet minn rajh, ħlief jekk dawn joriġinaw minħabba li Sparkasse KölnBonn, pereżempju, ma jwettaqx ċertu ordnijiet tal-klijenti minnufih. Pożizzjonijiet ta’ dan it-tip u l-pożizjonijiet tal-likwidità/ġestjoni tar-riskju huma permessi biss jekk dawn ma jipperikolawx il-vijabilità u/jew il-likwidità tal-Bank. Sparkasse KölnBonn għandu għalhekk jillimita r-riskju tas-suq tal-portafoll tan-negozju tiegħu għal EUR [3-5] miljuni (Valur b’Riskju b’livell ta’ kunfidenza ta’ 99 %).

3.    Self lill-ekonomija: Permezz tal-attivitajiet ta’ self u investimenti tiegħu, li jitmexxew taħt kundizzjonijiet tas-suq normali li jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar is-superviżjoni u l-industrija tas-servizzi bankarji, Sparkasse KölnBonn għandu jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ self tas-settur tan-negozju, partikolarment tal-SMEs.

4.   Tnaqqis ta’ espożizzjonijiet kbar u kreditu fi flus kontanti

Bħala parti mir-riorjentazzjoni tiegħu, Sparkasse KölnBonn għandu jnaqqas gradwalment l-espożizzjonijiet ta’ kreditu kbar tiegħu sabiex inaqqas ir-riskji assoċjati. Il-miżuri jinkludu, fost affarijiet oħra, il-limitazzjoni tal-linji tal-kreditu, it-talba ta’ kollaterali addizzjonali jew trasferiment ta’ riskji lil istituzzjonijiet tal-kreditu oħra.

Sal-aħħar tal-2013 Sparkasse KölnBonn għandu jnaqqas l-espożizzjonijiet ta’ kreditu kbar b’EUR [900-1 100] miljun, li minnhom EUR [400-550] miljun għandhom ikunu diġà nkisbu sal-aħħar tal-2010. Krediti fi flus kontanti mogħtija lil klijenti istituzzjonali, li mhumiex konnessi mar-reġjun ta’ Cologne-Bonn, għandhom jitnaqqsu b’EUR [800-900] miljun sal-aħħar tal-2013.

5.    Projbizzjoni ta’ pożizzjoni dominanti fuq il-prezzijiet: Sal-31 ta’ Diċembru 2014 Sparkasse KölnBonn ma għandux, mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-quddiem tal-Kummissjoni, joffri prezzijiet aktar favorevoli fis-swieq rilevanti għat-teħid ta’ depożitu […] u għal self ipotekarju fit-tul […] mill-aqwa prezzijiet tal-kompetitur tiegħu fost l-aqwa għaxar atturi tas-suq f’termini ta’ sehem tas-suq (1) fis-suq rilevanti.

6.   Hekk kif Sparkasse KölnBonn ikun konxju li qiegħed joffri prezzijiet aktar favorevoli mill-aqwa prezzijiet tal-kompetitur tiegħu, għandi jaġġusta minnufih il-prezzijiet tiegħu b’mod korrispondenti.

7.    Projbizzjoni ta’ dividendi u kupuni: Il-Ġermanja tintrabat, fir-rigward tal-ħlas ta’ kupuni u opzjonijiet ta’ eżerċizzju fuq strumenti kapitali, li

(a)

Sparkasse KölnBonn jew kwalunkwe enitajiet oħra tiegħu ma għandhomx jużaw il-kapital jew riżervi ta’ Sparkasse KölnBonn sabiex iħallsu kwalunkwe kupuni fuq strumenti kapitali, ħlief jekk (a) hemm obbligu legali sabiex isir hekk, jew (b) meta l-ħlas tal-kupun rilevanti jkun kopert mill-profitti kurrenti ta’ Sparkasse KölnBonn. F’każ ta’ dubji b’rabta mal-eżistenza ta’ obbligu legali jew profitt kurrenti suffiċjenti għall-iskop ta’ dan l-impenn, Sparkasse KölnBonn għandu jissottometti l-ħlas tal-kupun propost lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni;

(b)

L-ebda entità ta’ Sparkasse KölnBonn ma għandha teżerċita opzjoni ta’ eżerċizzju fir-rigward ta’ dawn l-istrumenti kapitali ibridi jekk il-kapital regolatorju kollu ta’ Sparkasse KölnBonn jitnaqqas bħala riżultat.

Matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014, Sparkasse KölnBonn għandu jħallas kupun fuq l-assorbiment ta’ telf u jevitah b’kapital subordinat biss jekk ikun obbligat li jagħmel hekk, u bil-kondizzjoni li ma jkunx jeħtieġ li joħroġ riżervi u allokazzjonijiet speċjali b’mod konformi mal-Artikolu 340 f u g tal-Kodiċi Kummerċjali.

8.    Projbizzjoni tal-akwiżizzjoni: Hekk kif id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ, Sparkasse KölnBonn ma għandux jikseb aktar minn 20 % tal-ishma f’istituzzjonijiet oħra finanzjarji matul perjodu ta’ tliet snin. Tranżazzjonijiet oħra ta’ parteċipazzjoni li mhumiex relatati man-negozju ta’ klijent oriġinali ta’ Sparkasse KölnBonn fil-mudell tan-negozju tiegħu jistgħu jitwettqu xorta waħda, bil-kundizzjoni li dawn ma jipperikolawx il-vijabilità ta’ Sparkasse u ġew approvati mill-Kummissjoni Ewropea. Minbarra dan, Sparkasse KölnBonn ma għandux jikseb parteċipazzjonijiet li mhumiex neċessarji għan-negozju ewlieni tiegħu, jew li jinvolvu riskji eċċessivi.

9.    L-ebda referenza għall-appoġġ mill-istat fir-reklamar: Sparkasse KölnBonn ma għandux juża l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni Ewropea tal-miżuri, li l-Kummissjoni Ewropea evalwat li jikkostitwixxu għajnuna mill-istat, jew vantaġġi kompetittivi oħra li jirriżulta minnhom, għal skopijiet ta’ reklamar.

Taqsima B –   In-negozju li għandu jiġi divestit

10.   Sparkasse KölnBonn għandu jbigħ il-parteċipazzjonijiet li ġejjin (li ssir referenza għalihom flimkien bħala n-negozju li għandu jiġi divestit), sakemm ma jkunux diġà nbiegħu, sa mhux iktar tard mid-dati indikati u għall-aqwa prezzijiet possibbli. Dan għandu jippermetti li l-elementi ta’ valur essenzjali tan-negozju kurrenti jinżammu sakemm dawn jitqiegħdu għall-bejgħ.

Parteċipazzjoni

Li għandhom jinbiegħu sa mhux iktar tard minn

Golfclub Gut Lärchenhof GmbH

Diġà mibjugħ fl-2009

TA Triumph Adler AG

Diġà mibjugħ fl-2009

RW Holding AG

Diġà mibjugħ fl-2009

S ProFinanz Versicherungsmakler GmbH

Diġà mibjugħ fl-2009

Schufa Holding AG

Diġà mibjugħ fl-2009

Sparkassen Servicegesellschaft für Zahlungssysteme und elektronische Vertriebskanäle mbH & Co KG

Assi mibjugħa/Likwidazzjoni sal-aħħar tal-2010

[…]

[…]

Campus Grundstückentwicklungs GmbH

Assi diġà mibjugħa/likwidazzjoni fl-2011

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

neue leben Pensionsverwaltung AG

Fl-aħħar tal-2010

[…]

[…]

[…] (2)

[…]

[…] (3)

[…]

11.   Sabiex jiġu evitati distrorsjonijiet mhux adattati tal-kompetizzjoni, Sparkasse KölnBonn jintrabat li jbigħ, jew jipprokura n-negozji msemmijin hawn fuq sabiex jiġu divestiti bħala negozji avvjati taħt it-termini tal-bejgħ approvati mill-Kummissjoni b’mod konformi mal-proċedura deskritta fil-paragrafu 26. Sparkasse KölnBonn jintrabat li jidħol fi ftehim ta’ xiri vinkolanti, finali għall-bejgħ tan-negozju li għandu jiġi divestit fi ħdan l-ewwel perjodu ta’ ċessjoni (4). Jekk Sparkasse KölnBonn ma jkunx għadu daħal f’dan il-ftehim sal-aħħar tal-ewwel perjodu ta’ ċessjoni,

(a)

id-data tal-iskadenza tiġi estiża b’aktar […] jekk Sparkasse KölnBonn jista’ jipprova li […]. Sparkasse KölnBonn jintrabat li jidħol fi ftehim ta’ xiri vinkolanti, finali […] fi ħdan il-perjodu ta’ ċessjoni estiż għall-bejgħ tan-negozju li għandu jiġi divestit;

(b)

jekk Sparkasse KölnBonn ma daħalx fit-tali ftehim sal-aħħar tal-perjodu taċ-ċessjoni estiż, għandu jagħti lill-fiduċjarju taċ-ċessjoni mandat esklussiv sabiex ibigħ in-negozju li għandu jiġi divestit fi ħdan il-perjodu ta’ ċessjoni għall-fiduċjarju (5). Il-proċedura għan-nomina tal-fiduċjarju għaċ-ċessjoni, u l-kompiti tiegħu huma stabbiliti fl-Anness III.

12.   L-impenn għaċ-ċessjoni jitqies li ġie sodisfatt jekk Sparkasse KölnBonn jidħol fi ftehim ta’ xiri vinkolanti, finali sal-aħħar tal-perjodu taħt il-paragrafu 10 jew tal-perjodu estiż taħt il-paragrafu 11 ma’ akkwirent li jissodisfa l-kundizzjonijiet f’paragrafi 25 u 26, u jekk it-trasferiment tan-negozju li għandu jiġi divestit iseħħ mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-konklużjoni tal-ftehim tax-xiri.

13.   Sparkasse KölnBonn għandu jbigħ il-parteċipazzjonijiet li ġejjin sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2011 lill-Belt ta’ Cologne, kumpanija konnessa mal-Belt ta’ Cologne jew terza parti:

—

[…]

—

[…]

—

[…]

—

[…]

—

[…]

—

[…]

—

[…]

—

[…]

—

[…]

—

[…]

—

[…]

14.   It-tranżazzjonijiet individwali mal-Belt ta’ Cologne għandhom jitwettqu taħt kundizzjonijiet tas-suq normali. Għal dan il-għan, il-valur tas-suq kurrenti tal-oġġetti tal-bejgħ fiż-żmien tat-trasferiment għandu jiġi determinat minn espert indipendenti. Il-fiduċjarju għas-sorveljanza għandu jissorvelja t-tranżazzjonijiet individwali.

Fil-kuntest tat-tranżazzjoni huwa permess ukoll li l-assi u l-attivitajiet ta’ negozju ta’ kumpanija jiġu trasferiti, minflok il-kumpanija in kwistjoni, jekk dan jaqdi l-iskop tan-negozju intiż.

15.   Kumpanija tal-awditjar għandha tivverifika l-valutazzjoni tal-assi u dejta tan-negozju ġenerali miftiehma kuntrattwalment f’isem l-akkwirent.

16.   Qabel ma ssir it-tranżazzjoni, il-fiduċjarju għas-sorveljanza għandu jiġi infurmat bid-dettalji tagħha.

17.   Sabiex jinżamm l-effett strutturali tal-impenji, Sparkasse KölnBonn ma jistax, għal perjodu ta’ […] wara li jidħlu fis-seħħ, jikseb influwenza diretta jew indiretta fuq in-negozju kollu jew parzjali li għandu jiġi divestit, ħlief jekk il-Kummissjoni tkun sabet qabel li l-istruttura tas-suq inbidlet sa ċertu punt li l-protezzjoni tan-negozju li għandu jiġi divestit mit-tali influwenza mhijiex aktar neċessarja sabiex il-miżuri tar-ristrutturar isiru kompatibbli mas-suq intern.

18.   Fil-futur, Sparkasse KölnBonn għandu jagħti mhux aktar minn [30-60] % tal-finanzjament lis-sussidjarji tiegħu li għandhom jiġu divestiti. Issir eċċezzjoni għas-self eżistenti sad-data ta’ maturità taħt il-ftehim tas-self.

19.   Il-profitti mill-bejgħ tal-parteċipazzjonijiet ta’ Sparkasse KölnBonn għandhom jintużaw kompletament sabiex jiġi ffinanzjat il-pjan ta’ ristrutturar.

Taqsima C –   Impenji relatati ma’ ċessjoni

Preservazzjoni tal-vijabilità, il-vijabilità kummerċjali u l-kompetittività tan-negozju li għandu jiġi divestit

20.   Mid-data meta l-impenji jidħlu fis-seħħ sat-trasferiment, Sparkasse KölnBonn għandu jippreserva, b’mod konformi tal-prattika tajba tan-negozju, il-vijabilità ekonomika, il-vijabilità kummerċjali u l-kompetittività tan-negozju li għandu jiġi divestit u għandu jimminimizza kemm jista’ jkun kwalunkwe riskju li jista’ jnaqqas il-potenzjal tal-kompetittività tiegħu. Sparkasse KölnBonn jintrabat, b’mod partikolari

(a)

li ma jwettaq l-ebda attività li jista’ jkollha impatt avvers fuq il-valur, ġestjoni jew kompetittività tan-negozju li għandu jiġi divestit, jew li tista’ tbiddel in-natura u l-ambitu tal-attività tiegħu, l-istrateġija industrijali jew kummerċjali tiegħu jew il-politika ta’ investiment tiegħu;

(b)

li jagħmel disponibbli biżżejjed riżorsi għall-iżvilupp tan-negozju li għandu jiġi divestit, fuq il-bażi tal-pjanijiet tan-negozju tiegħu u bl-implimentazzjoni tagħhom;

(c)

li jieħu l-passi kollha neċessarji, inklużi skemi ta’ inċentivi xierqa (ibbażati fuq il-prattika industrijali), sabiex jiġi inkoraġġit il-persunal ewlieni sabiex jibqa’ man-negozju li għandu jiġi divestit.

Obbligi miżmuma separatament ta’ Sparkasse KölnBonn lejn in-negozju li għandu jiġi divestit

21.   Sparkasse KölnBonn jintrabat, mid-data meta l-impenji jidħlu fis-seħħ sat-trasferiment, li jżomm in-negozju li għandu jiġi divestit separat min-negozji li qiegħed iżomm u li jiżgura li l-maniġers tas-sussidjarji li qed joperaw in-negozju li għandu jiġi divestit ma għandhom l-ebda involviment fil-ġestjoni ta’ kwalunkwe negozju miżmum u viċi versa.

22.   Sat-trasferiment, Sparkasse KölnBonn għandu jassisti lill-fiduċjarju għas-sorveljanza billi jassigura li n-negozju li għandu jiġi divestit jiġi ġestit bħala entità distinta u li tista’ tinbiegħ.

Klawsola ta’ non-solleċitazzjoni

23.   Sparkasse KölnBonn jintrabat, soġġett għal-limitazzjonijiet abitwali, li ma jissolleċitax lill-persunal ewlieni trasferit man-negozju li għandu jiġi divestit għal perjodu ta’ tnax-il xahar wara l-għeluq, u jassigura li l-impriżi assoċjati ma jissolleċitawhomx lanqas.

Diliġenza

24.   Sabiex jippermetti lill-akkwirenti potenzjali jwettqu verifika raġonevoli ta’ diliġenza tan-negozju li għandu jiġi divestit, Sparkasse KölnBonn jintrabat, soġġett għall-assigurazzjonijiet ta’ kunfidenzjalità abitwali u skont l-istadju tal-proċess ta’ ċessjoni, li:

(a)

jipprovdi lill-akkwirenti potenzjali b’informazzjoni suffiċjenti dwar in-negozju li għandu jiġi divestit;

(b)

jagħti lill-akkwirenti potenzjali informazzjoni suffiċjenti dwar il-persunal u aċċess raġonevoli għalih.

Taqsima D –   L-akkwirent

25.   Sabiex jassigura r-restawr immedjat tal-kompetizzjoni effettiva,

(a)

l-akkwirent għandu jkun indipendenti minn Sparkasse KölnBonn u mhux konness miegħu. Dan ma japplikax, madankollu, għall-bejgħ ta’ […], […] u l-parteċipazzjonijiet elenkati fil-paragrafu 13 għall-muniċipiltajiet responsabbli, il-kumpaniji affiljati tagħhom, u membri tal-grupp finanzjarju ta’ Sparkassen.

(b)

l-akkwirent għandu jkollu r-riżorsi finanzjarji, ħila evidenzjata u inċentiv sabiex iżomm u jiżviluppa n-negozju li għandu jiġi divestit bħala forza kompetittiva vijabbli u attiva fil-kompetizzjoni ma’ Sparkasse KölnBonn u kompetituri oħrajn;

(c)

fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-akkwirent ma għandux jagħti lok għal tħassib dwar il-kompetizzjoni prima facie lanqas għal riskju li l-osservanza tal-impenji tiġi posposta, u jista’, b’mod partikolari, jistenna b’mod raġonevoli li jikseb l-approvazzjonijiet kollha meħtieġa mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti għall-akwiżizzjoni tan-negozju li għandu jiġi divestit.

26.   Hekk kif Sparkasse KölnBonn jilħaq ftehim mal-akkwirent, għandu jissottometti proposta kompletament dokumentata u rraġunata, inkluż kopja tal-ftehim finali, lill-Kummissjoni u lill-fiduċjarju għas-sorveljanza. Sparkasse KölnBonn għandu jkun kapaċi jipprova lill-Kummissjoni li l-akkwirent jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti u li n-negozju li għandu jiġi divestit qed jinbiegħ b’mod konsistenti mal-impenji. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-akkwirent jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti u li n-negozju li għandu jiġi divestit qed jinbiegħ b’mod konsistenti mal-impenji.

Taqsima E –   Impenji oħrajn

27.    Ripagament parzjali bikri u konverżjoni parzjali taċ-ċertifikati ta’ parteċipazzjoni: Il-Gvern Federali u Sparkasse KölnBonn hawnhekk qed jintrabtu mal-miżuri suċċessivi u integrati li ġejjin għat-titjib tal-proporzjon tal-kapital ewlieni ta’ Sparkasse KölnBonn:

(a)

Zweckverband Sparkasse KölnBonn (assoċjazzjoni bi skop speċjali ta’ Sparkasse KölnBonn) ser jixtri sal-31 ta’ Diċembru 2011, li għandu jkun effettiv mill-1 ta’ Jannar 2011, l-ewwel porzjoni ta’ EUR 150 miljun f’ċertifikati ta’ parteċipazzjoni tar-Rheinische Sparkassen-Förderungsgesellschaft u jikkonvertihom fi strument rikonoxxut bħala kapital ewlieni regolatorju (kapital tier 1).

(b)

Sal-31 ta’ Diċembru 2011 Sparkasse KölnBonn ser jixtri mill-ġdid it-tieni porzjon ta’ EUR 150 miljun f’ċertifikati ta’ parteċipazzjoni tar-Rheinische Sparkassen-Förderungsgesellschaft, bil-kundizzjoni li dan hu kompatibbli mal-kapaċità li jġorr ir-riskju ta’ Sparkasse KölnBonn u ġie approvat mill-Aġenzija Superviżorja Finanzjarja Federali.

28.   Il-Ġermanja tintrabat li l-kundizzjonijiet tal-konverżjoni parzjali u x-xiri mill-ġdid parzjali taċ-ċertifikati ta’ parteċipazzjoni jiġu fformulati b’mod li aktar għajnuna mill-istat tkun eskluża.

29.   Tnaqqis tal-assi totali:

Minbarra l-miżuri li diġà twettqu sabiex jitnaqqsu l-assi totali, Sparkasse KölnBonn jintrabat li jnaqqas assi oħra (attivitajiet ta’ self fuq skala kbira, self għal żmien qasir, investimenti) bi EUR [2,5-4] biljun sal-aħħar tal-2014. Min-naħa l-oħra, madankollu, Sparkasse KölnBonn għandu jiżiluppa l-attivitajiet tan-negozju ewlenin tiegħu (b’mod partikolari, self lil klijenti konsumaturi u korporattiv reġjonali) filwaqt li jassigura li l-assi totali netti ma jeċċedux il-EUR [25-30] biljun sal-aħħar tal-2014. B’mod konformi ma’ dan, l-assi peżati għar-riskju ta’ Sparkasse KölnBonn ma għandhomx jeċċedu s-EUR [16-19] biljun fl-aħħar tal-2014.

30.   L-implimentazzjoni kompluta u korretta tal-kundizzjonijiet kollha inklużi f’dan id-dokument għandha tiġi sorveljata kompletament fuq bażi kontinwa u vverifikata fid-detall minn fiduċjarju għas-sorveljanza kwalifikat b’mod adegwat u indipendenti. Il-ħatra u d-dmirijiet tal-fiduċjarju għas-sorveljanza huma stabbiliti fl-Anness II.

…

Awtorizzat kif dovut u f’isem

[Indika l-isem tal-Istat Membru]


(1)  […].

(2)  […].

(3)  […].

(4)  Perjodu mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni sad-dati stipulati fil-paragrafu 10.

(5)  […].

ANNESS II

ĦATRA U DMIRIJIET TAL-FIDUĊJARJU GĦAS-SORVELJANZA

I.   Il-Fiduċjarju għas-Sorveljanza

1.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha taħtar Fiduċjarju għas-Sorveljanza.

2.

Il-Fiduċjarju għas-Sorveljanza għandu jkun persuna naturali jew ġuridika jew għandhom ikunu diversi persuni naturali jew ġuridiċi indipendenti minn Sparkasse KölnBonn li jkun(u) approvat(i) mill-Kummissjoni u maħtur(a) mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, u ser ikollu(hom) id-dmir li jissorvelja(w) jekk Sparkasse KölnBonn ikunx qed josserva l-obbligi tiegħu lejn il-Kummissjoni u jkunx qed jimplimenta l-pjan ta’ ristrutturar.

3.

Il-Fiduċjarju għas-Sorveljanza għandu jkun indipendenti minn Sparkasse KölnBonn u għandu jippossiedi l-kwalifiki meħtieġa sabiex iwettaq il-mandat tiegħu, pereżempju bħala bank tal-investiment, konsulent jew awditur, u li ma għandux ikollu kunflitt ta’ interess u lanqas ikun espost għalih. Il-Fiduċjarju għas-Sorveljanza għandu jitħallas minn Sparkasse KölnBonn, li ma għandux jimpedixxi l-osservanza indipendenti u effettiva tal-mandat tiegħu.

II.   Ħatra tal-Fiduċjarju għas-Sorveljanza

Proposta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

4.

Mhux aktar tard minn erba’ gimgħat mid-data tal-kunsinna tad-Deċiżjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tissottometti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni l-ismijiet ta’ żewġ persuni jew aktar ta’ Fiduċjarji għas-Sorveljanza u għandha tindika liema minnhom hu l-ewwel għażla tagħha. Il-proposta għandha tinkludi informazzjoni suffiċjenti għall-Kummissjoni sabiex tivverifika li l-Fiduċjarju propost jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 u għandha tinkludi:

(a)

it-termini sħaħ tal-mandat propost flimkien mad-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jippermettu lill-Fiduċjarju għas-Sorveljanza jwettaq id-dmirijiet tiegħu b’mod konformi ma’ dawn l-impenji;

(b)

il-profil ta’ pjan ta’ ħidma li jiddeskrivi kif il-Fiduċjarju għas-Sorveljanza għandu l-ħsieb li jwettaq il-kompiti assenjati tiegħu.

Approvazzjoni jew ċaħda mill-Kummissjoni

5.

Il-Kummissjoni għandu jkollha d-diskrezzjoni sabiex tapprova jew tiċħad il-Fiduċjarji għas-Sorveljanza proposti u sabiex tapprova l-mandat propost suġġett għal kwalunkwe modifiki li hi tqis li huma neċessarji għall-Fiduċjarju għas-Sorveljanza sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu. Il-Fiduċjarju għas-Sorveljanza għandu jinħatar fi żmien ġimgħa mill-approvazzjoni tal-Kummissjoni, b’mod konformi mal-mandat approvat mill-Kummissjoni.

Proposta ġdida mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

6.

Jekk il-Fiduċjarji għas-Sorveljanza proposti kollha jiġu miċħuda, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha, fi żmien ġimgħa minn meta tkun infurmata biċ-ċaħda, tissottometti l-ismijiet ta’ mill-inqas żewġ persuni jew istituzzjonijiet oħra, b’mod konformi mal-kundizzjonijiet u b’mod konformi mal-proċedura f’paragrafi 1 u 5.

Fiduċjarju għas-Sorveljanza nominat mill-Kummissjoni

7.

Jekk Fiduċjarji għas-Sorveljanza proposti oħra jiġu wkoll miċħuda mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinnomina Fiduċjarju(i) għas-Sorveljanza, li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha taħtar, jew tara li taħtar, b’mod konformi mal-mandat tal-fiduċjarju approvat mill-Kummissjoni.

III.   Id-dmirijiet ta’ Fiduċjarju għas-Sorveljanza

8.

Għandu jkun id-dmir tal-Fiduċjarju għas-Sorveljanza li jassigura konformità mal-kundizzjonijiet u l-obbligi mehmuża mad-Deċiżjoni u jiggarantixxi l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar.

Dmirijiet u obbligi tal-Fiduċjarju għas-Sorveljanza

9.

Il-Fiduċjarju għas-Sorveljanza għandu

(i)

jipproponi lill-Kummissjoni fi żmien erba’ ġimgħat mill-ħatra pjan ta’ ħidma dettaljat li jiddeskrivi kif qed jippjana li jissorvelja l-konformità bl-impenji lejn il-Kummissjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar;

(ii)

jissorvelja l-ġestjoni kontinwa tan-Negozju taċ-Ċessjoni bl-għan li jiġu assigurati l-vijabilità ekonomika, il-vijabilità kummerċjali u l-kompetittività kontinwi tiegħu;

(iii)

jissorvelja l-konformità mal-obbligi kollha lejn il-Kummissjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar;

(iv)

jipproponi miżuri, li l-Fiduċjarju għas-Sorveljanza jqis li huma metieġa sabiex tiġi assigurata l-konformità mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mal-impenji kollha lejn il-Kummissjoni, b’mod partikolari l-preservazzjoni tal-vijabilità ekonomika, il-vijabilità kummerċjali u l-kompetittività sħaħ tan-Negozju taċ-Ċessjoni, il-holding separat tan-Negozju taċ-Ċessjoni u n-nuqqas ta’ żvelar ta’ informazzjoni kompetittivament sensittiva;

(v)

jissottometti lill-Kummissjoni, lil Sparkasse KölnBonn u lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fi żmien 30 ġurnata wara t-tmiem ta’ kull sitt xhur l-abbozz ta’ rapport bil-miktub bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż. Ir-rapport għandu jkopri l-osservanza tal-obbligi tal-Fiduċjarju għas-Sorveljanza taħt il-Mandat, il-konformità mal-kundizzjonijiet u l-obbligi kollha u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar. Ir-reċipjenti kollha tal-abbozz tar-rapport għandhom ikunu jistgħu jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. Fi żmien ħamest ijiem mill-irċevuta tal-kummenti, il-Fiduċjarju għas-Sorveljanza għandu jħejji rapport finali u jissottomettih lill-Kummissjoni, filwaqt li jikkunsidra, jekk ikun possibbli u għad-diskrezzjoni tiegħu biss, il-kummenti sottomessi. Il-Fiduċjarju għandu jibgħat ukoll kopja tar-rapport finali lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lil Sparkasse KölnBonn. Jekk l-abbozz tar-rapport jew ir-rapport finali jkun fihom kwalunkwe informazzjoni li ma għandhiex tiġi żvelata lil Sparkasse KölnBonn jew ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Sparkasse KölnBonn jew ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom jiġu provduti biss b’verżjoni mhux kunfidenzjali tal-abbozz tar-rapport jew ir-rapport finali. Il-Fiduċjarju għas-Sorveljanza ma għandu jissottometti l-ebda verżjoni lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u/jew lil Sparkasse KölnBonn qabel ma jissottomettih lill-Kummissjoni.

10.

Il-Kummissjoni tista’ tagħti istruzzjonijiet jew direzzjonijiet lill-Fiduċjarju għas-Sorveljanza sabiex tassigura li l-impenji lejn il-Kummissjoni jiġu sodisfatti u l-pjan ta’ ristrutturar implementat.

11.

Għat-tul ta’ żmien tal-mandat, il-bliet ta’ Cologne u Bonn u Sparkasse KölnBonn għandhom jintrabtu li jagħtu istruzzjonijiet lill-Fiduċjarju għas-Sorveljanza biss wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

12.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tipprovdi għat-tali kooperazzjoni, appoġġ u informazzjoni kollha li l-Fiduċjarju għas-Sorveljanza jista’ jeħtieġ b’mod raġonevoli sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu. Il-Fiduċjarju għas-Sorveljanza għandu jkollu aċċess bla limitu għall-kotba, rekords, dokumenti, maniġers u membri oħra tal-istaff, għal fajls, siti u informazzjoni teknika ta’ Sparkasse KölnBonn jew in-Negozju taċ-Ċessjoni, li huma neċessarji sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod konformi mal-obbligi.

ANNESS III

ĦATRA U DMIRIJIET TA’ FIDUĊJARJU GĦAĊ-ĊESSJONI

IL-FIDUĊJARJU GĦAĊ-ĊESSJONI

I.   Il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni

1.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha taħtar Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni.

2.

Il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni għandu jkun persuna naturali jew ġuridka jew għandhom ikunu persuni naturali jew ġuridiċi indipendenti minn Sparkasse KölnBonn li għandu(hom) jiġi(u) approvat(i) mill-Kummissjoni u maħtur(a) mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, u jkollu(hom) id-dmir li jċedu n-Negozju taċ-Ċessjoni b’mod konformi mal-obbligi lejn il-Kummissjoni.

3.

Il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni għandu jkun indipendenti minn Sparkasse KölnBonn u għandu jippossiedi l-kwalifiki meħtieġa sabiex iwettaq il-mandat tiegħu, pereżempju bħala bank tal-investiment, konsulent jew awditur, u ma għandux ikollu l-kunflitt ta’ interess u lanqas ikun espost għalih. Il-Fiduċjarju għas-Sorveljanza għandu jirċievi remunerazzjoni tas-suq normali minn Sparkasse KölnBonn li ma timpedixxix l-eżekuzzjoni indipendenti u effettiva tal-mandat tiegħu.

II.   Ħatra tal-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni

Proposta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

4.

Jekk Sparkasse KölnBonn ma jkunx daħal fi ftehim ta’ bejgħ u xiri vinkolanti xahar qabel it-tmiem tal-Perjodu ta’ Ċessjoni estiż, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tissottometti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni żewġ persuni jew aktar bħala Fiduċjarji għaċ-Ċessjoni u għandha tindika liema minnhom huwa l-ewwel għażla. Il-proposta għandha tinkludi informazzjoni suffiċjenti għall-Kummissjoni sabiex tivverifika li l-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni propost jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti taħt il-paragrafu 3, u għandha b’mod partikolari tinkludi:

(a)

it-termini sħaħ tal-mandat propost flimkien mad-dispożizzjonijiet kollha neċessarji li jippermettu lill-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni jissodisfa d-dmirijiet tiegħu b’mod konformi ma’ dawn l-impenji;

(b)

il-profil tal-pjan ta’ ħidma li jiddeskrivi kif il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni għandu l-ħsieb li jwettaq il-kompiti assenjati tiegħu;

Approvazzjoni jew ċaħda mill-Kummissjoni

5.

Il-Kummissjoni għandu jkollha d-diskrezzjoni li tapprova jew tiċħad il-Fiduċjarji għaċ-Ċessjoni proposti u li tapprova l-mandat propost soġġett għal kwalunkwe modifiki li hi tqis bħala neċessarji sabiex il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni jissodisfa l-obbligi tiegħu. Il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni għandu jiġi maħtur fi żmien ġimgħa mill-approvazzjoni tal-Kummissjoni, b’mod konformi mal-mandat approvat mill-Kummissjoni.

Proposta ġdida mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

6.

Jekk il-Fiduċjarji għaċ-Ċessjoni proposti kollha jiġu miċħuda, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha, fi żmien ġimgħa minn meta tkun infurmata biċ-ċaħda, tissottometti l-ismijiet ta’ mill-inqas żewġ persuni jew istituzzjonijiet oħra, b’mod konformi mal-kundizzjonijiet u b’mod konformi mal-proċedura f’paragrafi 1 u 5.

Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni nominat mill-Kummissjoni

7.

Jekk il-Fiduċjarji għaċ-Ċessjoni l-oħra kollha jiġu miċħuda mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinnomina Fiduċjarju(i) għaċ-Ċessjoni, li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha taħtar, jew tara li jiġi maħtur, b’mod konformi ma’ mandat tal-fiduċjarju approvat mill-Kummissjoni.

III.   Id-dmirijiet tal-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni

8.

Għandu jkun id-dmir tal-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni li jissodisfa l-kundizzjonijiet u l-obbligi stabbiliti fid-Deċiżjoni rigward in-negozju li għandu jiġi divestit. Il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni għandu jħejji u jwettaq ix-xiri sabiex il-ftehim għall-bejgħ u x-xiri jkun iffirmat […]. Il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni għandu jkun awtorizzat li jwettaq il-bejgħ tan-Negozju taċ-Ċessjoni f’isem Sparkasse KölnBonn, mingħajr ma jkun soġġett għall-istruzzjonijiet, […].

9.

Il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni għandu

(i)

jipproponi lill-Kummissjoni fi żmien erba’ ġimgħat mill-ħatra pjan ta’ ħidma dettaljat li jiddeskrivi kif qed jippjana li jissodisfa l-kundizzjonijiet u l-obbligi fid-Deċiżjoni rigward in-negozju li għandu jiġi divestit; għandu b’mod partikolari jippreżenta kunċett għaċ-ċessjoni u evalwazzjoni dwar liema strateġija ta’ ċessjoni hija l-aktar promettenti;

(ii)

għandu jbigħ in-negozju taċ-ċessjoni lil xerrej […], sakemm il-Kummissjoni ma qanqlet l-ebda oġġezzjoni rigward ix-xerrej jew il-ftehim tax-xiri u l-bejgħ vinkolanti finali fi żmien erba’ ġimgħat minn meta dawn ikunu żvelati. Il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni għandu jinkludi fil-ftehim tal-bejgħ u x-xiri t-tali termini u kundizzjonijiet li hu jqis xierqa għal bejgħ espidjent. Il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni jista’ jinkludi fil-ftehim tal-bejgħ u x-xiri t-tali rappreżentazzjonijiet abitwali u garanziji u indemnitajiet kif ikunu meħtieġa sabiex isir il-bejgħ.

(iii)

jassumi dmirijiet oħra li huma konferiti fuq il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni fid-Deċiżjoni;

(iv)

jipproponi tali miżuri kif jitqies bħala neċessarju sabiex jassigura l-konformità mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mal-impenji kollha lejn il-Kummissjoni, b’mod partikolari l-preservazzjoni tal-vijabilità ekonomika, il-vijabilità kummerċjali jew il-kompetittività sħiħa tan-Negozju taċ-Ċessjoni, il-holding separat tan-Negozju taċ-Ċessjoni u n-nuqqas ta’ żvelar ta’ informazzjoni kompetittivament sensittiva.

(v)

jissottometti lill-Kummissjoni rapporti komprensivi kull xaħar bl-Ingliż jew bil-Ġermaniż dwar l-iżvilupp tal-proċedura taċ-ċessjoni. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu sottomessi sa mhux aktar tard minn 15-il ġurnata wara l-aħħar ta’ kull xaħar. Fl-istess ħin Sparkasse KölnBonn jew ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom jirċievu verżjonijiet mhux kunfidenzjali tar-rapport.

10.

Għat-tħejjija u t-twettiq taċ-ċessjoni, il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni għandu b’mod partikolari jipprovdi s-servizzi li ġejjin:

(i)

jeżamina l-opzjonijiet differenti għaċ-ċessjoni; proposta dettaljata li tqis il-kundizzjonijiet ta’ qafas għar-ristrutturar u l-konklużjoni tal-proċedura tal-bejgħ;

(ii)

jikkompila d-dokumenti ta’ kummerċjalizzazzjoni meħtieġa dwar il-parteċipazzjoni ta’ Sparkasse KölnBonn ikkonċernata (b’mod partikolari l-memorandum tal-bejgħ, teasers, u preżentazzjonijiet oħra li huma meħtieġa jew ta’ benefiċċju għall-proċess tal-bejgħ). Dawn għandhom jingħataw lil partijiet interessati permezz ta’ informazzjoni inizjali dwar il-bejgħ pendenti;

(iii)

bi ftehim mill-qrib ma’ Sparkasse: iħejji l-kontenut u l-koordinazzjoni loġistika tal-proċess ta’ diliġenza;

(iv)

jidentifika l-akkwirenti potenzjali u jikkuntattja l-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ dawn il-partijiet interessati. Għal raġunijiet vinkolanti legali fir-rigward tal-interessi tas-sigriet u b’mod konformi mar-rekwiżit għal bejgħ mhux diskriminatorju, akkwirent potenzjali, fuq talba ta’ Sparkasse, jiġi mċaħħad mill-aċċess għall-informazzjoni dwar id-diliġenza (il-piż tal-prova jkun fuq Sparkasse), li bih dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara l-irċevuta tal-lista ta’ akkwirenti potenzjali;

(v)

jiġbor u jeżamina offerti tal-bejgħ magħmula minn partijiet interessati; jappoġġja l-evalwazzjoni ta’ dawn l-offerti;

(vi)

imexxi negozjati tal-bejgħ ma’ partijiet interessati magħżula u jħejji l-konklużjoni tal-kuntratt.

11.

Il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni jingħata l-prokuri kollha meħtieġa li bihom Sparkasse jew is-sussidjarji li hu jikkontrolla jawtorizzaw lill-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni sabiex jikkompleta u jwettaq iċ-ċessjoni. Il-prokuri jinkludu s-setgħa għall-ħruġ ta’ setgħat sottodelegati sabiex sabiex titwettaq u tiġi kompluta ċ-ċessjoni korretta.

12.

Il-prokuri konċernati għandhom jinżammu sakemm iċ-ċessjoni tkun kompluta totalment. Il-prokuri u s-setgħat sottodelegati għandhom jintemmu mat-tmiem tal-mandat tal-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni.

13.

Il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni huwa awtorizzat li jikkummissjona aktar konsulenti sabiex jagħtuh appoġġ fil-proċess tal-bejgħ. Hekk kif l-ispejjeż ta’ konsulenza jeċċedu s-somma globali ta’ EUR […], ikun meħtieġ il-qbil ta’ Sparkasse KölnBonn. Jekk Sparkasse KölnBonn jirrifjuta milli jagħti l-qbil tiegħu, il-Kummissjoni minflok tista’, wara li tikkonsulta lil Sparkasse KölnBonn, tapprova l-ikkummissjonar ta’ konsulenti. Il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni biss jista’ jagħti istruzzjonijiet jew direzzjonijiet lill-konsulenti.

14.

Il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni għandu jinvolvi lill-Kummissjoni Ewropea ma’ kull skambju ma’ Sparkasse, it-Träger (istituzzjoni pubblika responsabbli) jew lill-Ġermanja jew jinforma lil dawn immedjatament dwar l-iskambju.

15.

It-Träger u Sparkasse KölnBonn għandhom jintrabtu li jagħtu appoġġ lill-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni, li jikkooperaw miegħu u li jipprovdulu l-informazzjoni kollha li jkun jeħtieġ jew jitlob sabiex iwettaq u jissodisfa kif dovut il-mandat tiegħu. Għal dan il-għan, il- Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni għandu jkollu aċċess, fil-limiti permissibbli legalment u matul il-ħinijiet tax-xogħol normali, għad-dokumenti, kotba u l-istaff maniġerjali jew staff ieħor kollu ta’ Sparkasse KölnBonn.

16.

Fejn jitqies li jkun meħtieġ minn Sparkasse u t-Träger għall-eżekuzzjoni b’mod xieraq taċ-ċessjoni, dawn għandhom jippermettu lill-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni jaċċessa fuq talba kwalunkwe informazzjoni jew dokumenti disponibbli biss għalihom. Dan japplika b’mod partikolari għal kull verżjoni tal-pjan ta’ ristrutturar maqbul mal-Kummissjoni Ewropea.

17.

Sparkasse għandu jintrabat li jeżenta lill-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni mill-pretensjonijiet kollha għad-danni minn partijiet terzi, li jirriżultaw matul l-eżekuzzjoni tal-mandat jew b’konnessjoni magħha. Dan għandu jeskludi danni bbażati fuq il-ksur ta’ obbligu min-naħa tal-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni. Jekk il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni jkun infurmat dwar pretensjonijiet li jistgħu jwasslu għal obbligi ta’ ħlas mit-Träger jew Sparkasse KölnBonn, il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni għandu jinnotifika dan minnufih.

18.

Il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni għandu jkun obbligat li jipprovdi servizzi dejjem bil-prekawzjoni dovuta ta’ negozjant prudenti. Jekk madankollu jkun hemm ksur ta’ obbligu, il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni għandu jkun responsabbli biss lejn Sparkasse, it-Träger jew il-Ġermanja sabiex jipprovdi kumpens għad-danni jekk il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni jew il-korpi, ħaddiema jew assistenti tiegħu intenzjonalment jew permezz ta’ negliġenza gravi kkawżaw raġuni għall-obbligazzjoni sakemm l-obbligi kontrattwali ewlenin ma jkunux affettwati. Il-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni għandu jkun responsabbli wkoll għall-ksur tat-tali obbligi permezz ta’ negliġenza sempliċi iżda biss fl-ammont ta’ danni tipiċi u previdibbli. Obbligazzjoni għal telf ta’ profitti antiċipati għandha tiġi eskluża.

19.

Il-Kummissjoni tista’ tagħti istruzzjonijiet jew direzzjonijiet lill-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni sabiex tiggarantixxi li l-kundizzjonijiet u l-obbligi b’rabta man-Negozju taċ-Ċessjoni jkunu sodisfatti.

20.

Il-bliet ta’ Cologne u Bonn u Sparkasse KölnBonn għandhom jintrabtu li ma jagħtux istruzzjonijiet lill-Fiduċjarju għaċ-Ċessjoni matul il-perjodu tal-mandat.