|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5623 |
17.10.2025 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(C/2025/5623)
Wara din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, tista’ tippreżenta oppożizzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 1151/2012 hija disponibbli fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.
DOKUMENT UNIKU
“มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี/Maphrao Namhom Ratchaburi”
Nru tal-UE: PGI-TH-02992 — 31.8.2023
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet
“มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี/Maphrao Namhom Ratchaburi”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
It-Tajlandja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew proċessati.
Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
08 – FROTT U ĠEWŻ TAJBIN GĦALL-IKEL; QOXRA TAL-FROTT TAĊ-ĊITRU JEW TAL-BETTIEĦ
0801 — Ġewż tal-Indi, ġewż tal-Brażil, u ġewż tal-anakardju, friski jew imnixxfin, kemm jekk bil-qoxra ta’ barra u ta’ ġewwa u kemm jekk le
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
Il-“มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี/Maphrao Namhom Ratchaburi” huwa ġewż tal-Indi aromatiku kklassifikat bħala varjetà ħadra u qasira tal-ġewż tal-Indi msejjaħ Moo Si Khiao. Il-frotta għandha qoxra ħadra friska bil-parti t’isfel mitwija u b’ċentru tond bil-qalba b’żewġ saffi. L-ilma tagħha huwa ħelu bi fwieħa li tixbah lill-pandan.
Karatteristiċi tal-Prodott:
|
(1) |
Varjetà: Hija mutazzjoni mill-varjetà ħadra u qasira tal-ġewż tal-Indi msejħa Moo Si Khiao. |
|
(2) |
Karatteristiċi fiżiċi:
|
|
(3) |
Karatteristiċi kimiċi: Il-livell ta’ ħlewwa huwa bejn 7 u 10 gradi Brix. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
–
3.4. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika definita
|
(1) |
Propagazzjoni |
|
(2) |
Tħawwil |
|
(3) |
Fertilizzazzjoni |
|
(4) |
Tneħħija tal-ħaxix ħażin |
|
(5) |
Ħsad |
3.5. Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, it-tfettit, it-taħkik, eċċ. tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat
–
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat
It-tikketta fuq l-imballaġġ tal-“มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี/Maphrao Namhom Ratchaburi” għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
|
— |
Id-dettalji fuq it-tikketta jew fuq il-pakkett għandu jkun fihom il-kliem “มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี” u/jew “Maphrao Namhom Ratchaburi”. |
|
— |
Speċifika l-isem tal-ġnien/bidwi u l-informazzjoni ta’ kuntatt. |
|
— |
Għandhom jintużaw ukoll il-logo Thai GI u l-logo tal-UE għall-IĠP (wara li jingħata l-IĠP). |
4. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika
Il-pjantaġġun ikopri żona ta’ seba’ distretti, inkluż id-Distrett ta’ Damnoen Saduak, id-Distrett ta’ Wat Phleng, id-Distrett ta’ Ban Pong, id-Distrett ta’ Mueang Ratchaburi, id-Distrett ta’ Bang Phae, id-Distrett ta’ Pak Tho, u d-Distrett ta’ Photharam tal-Provinċja ta’ Ratchaburi. Il-provinċja ta’ Ratchaburi tinsab fir-reġjun Ċentrali tal-Punent tat-Tajlandja, iż-żona tal-fruntiera tagħha tinsab ħdejn ir-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar, u l-baċir tal-iskular tagħha jmiss mal-medda ta’ muntanji ta’ Tanaosri b’tul ta’ 73 kilometru. Il-provinċja ta’ Ratchaburi tinsab madwar 100 kilometru minn Bangkok, bix-Xmara Mae Klong bħala x-xmara ewlenija li tgħaddi mill-Provinċja ta’ Ratchaburi fid-Distrett ta’ Ban Pong, id-Distrett ta’ Photharam, id-Distrett ta’ Damnoen Saduak, u d-Distrett ta’ Mueang Ratchaburi, li hija madwar 67 kilometru b’żona ta’ 3 247 miljun rai jew 5 196 kilometru kwadru li jirrappreżentaw 11,27 fil-mija taż-żona fir-reġjun tal-Punent ta’ tmien provinċji bit-territorji li ġejjin:
|
— |
Fit-Tramuntana tmiss mal-Provinċja ta’ Kanchanaburi. |
|
— |
Fin-Nofsinhar tmiss mal-Provinċja ta’ Phetchaburi. |
|
— |
Fil-Lvant tmiss mal-provinċji ta’ Nakhon Pathom, Samut Sakhon u Samut Songkhram. |
|
— |
Fil-Punent tmiss mar-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar. |
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-kundizzjonijiet ġeografiċi tal-Provinċja ta’ Ratchaburi jistgħu jiġu kklassifikati f’erba’ tipi, li huma żoni muntanjużi għoljin, żoni tal-plateau, żoni tal-pjanuri, u żoni b’artijiet baxxi. Iż-żoni tal-pjantaġġuni tal-“มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี/Maphrao Namhom Ratchaburi” jinsabu fiż-żona Ċentrali u tal-Lvant tal-provinċja li huma żoni ta’ pjanura u b’artijiet baxxi.
Barra mill-fatturi naturali li għandhom rwol integrali fil-produzzjoni tal-“มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี/Maphrao Namhom Ratchaburi”, l-għarfien tal-bniedem għandu wkoll rwol ewlieni fil-produzzjoni. L-għarfien tal-bniedem, mill-mod kif jintgħażel il-frott ta’ kwalità mill-pjanta omm ta’ mill-inqas 10 snin bi frott ta’ lewn kannella, għaż-żieda fl-għoli tat-trinek biex l-ilma jgħaddi minn kanal żgħir għas-sena kollha u jalimenta ż-żewġ naħat tar-ringiela ta’ pjantaġġuni, għal li wieħed ikun jaf li s-siġar iridu jitħawlu fl-istaġuni tax-xita, u li l-aħjar perjodu għall-ħsad huwa ta’ madwar 200 – 205 jum (7 xhur) wara l-fjoritura, huma kollha għarfien tal-bniedem li għandu rwol integrali fil-produzzjoni u li jiddetermina l-kwalità tal- “มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี/Maphrao Namhom Ratchaburi”.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Il-varjetà li tintuża biex jitkabbar il-“มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี/Maphrao Namhom Ratchaburi” hija mutata minn varjetà lokali ħadra u qasira ta’ ġewż tal-Indi bl-isem ta’ Moo Si Khiao. Il-ġewż tal-Indi aromatiku huwa għalla ekonomika b’valur ta’ esportazzjoni ta’ biljuni ta’ baht fis-sena u huwa ġewż tal-Indi indiġenu li joriġina mit-Tajlandja. Il-ġewż tal-Indi huwa għelejjel b’dakkir inkroċjat, u għalhekk mhuwiex ta’ razza pura skont in-natura tat-tnissil. Il-ġewż tal-Indi jista’ jinqasam f’żewġ varjetajiet, jiġifieri l-varjetà qasira tal-ġewż tal-Indi u l-varjetà twila tal-ġewż tal-Indi. Il-varjetà qasira tal-ġewż tal-Indi spiss iddakkar lilha nnifisha, u għalhekk tagħti l-frott u rarament tkun mutata. Tiġi kkultivata ħafna għall-frott żgħir tagħha billi meta l-frotta ma tkunx matura jew ikollha madwar 4 xhur, il-qalba tagħha tkun ratba u l-ilma tagħha jkun ħelu. Meta l-ġewż tal-Indi aromatiku awtentiku li jintuża biex jiġi kkultivat il-“มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี/Maphrao Namhom Ratchaburi”, jipproduċi biżżejjed nebbieta, il-qoxra ta’ nebbieta aromatika awtentika tal-ġewż tal-Indi trid tkun imkemmxa bi strixxi, filwaqt li n-nebbieta tal-varjetajiet mutati jkunu lixxi u mhux imkemmxa. Tista’ tiġi distinta wkoll mill-varjetajiet l-oħra li fihom iz-zkuk tal-weraq tan-nebbieta mutati huma ħomor, iżda n-nebbieta ta’ varjetà aromatika awtentika tal-ġewż tal-Indi jkunu ħodor. Mod ieħor kif issir distinzjoni huwa li jingħorku t-truf tal-għeruq tal-ġewż tal-Indi. Jekk ir-riħa tkun tixbah il-pandan, allura tkun varjetà awtentika aromatika tal-ġewż tal-Indi.
Il-varjetà Moo Si Khiao titkabbar ħafna fid-Distrett ta’ Sam Phran u f’Nakhon Chai Si fil-Provinċja ta’ Nakhon Pathom, u l-kultivazzjoni hija estiża għal żoni fil-qrib tal-Provinċja ta’ Ratchaburi, speċjalment madwar l-estwarju tax-Xmara Mae Klong. Din iż-żona eventwalment saret magħrufa bħala l-akbar pjantaġġun aromatiku tal-ġewż tal-Indi tat-Tajlandja u l-varjetà magħżula użata għat-tkabbir tal-“มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี/Maphrao Namhom Ratchaburi”.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (għal IĠP)
L-aroma li tixbah lill-pandan tal-ilma tal-ġewż tal-Indi tal-“มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี/Maphrao Namhom Ratchaburi” hija kkawżata mill-ibridizzazzjoni tal-istami (jew imsejħa l-effett Xenia). It-topografija, il-ħamrija, u l-klima tal-Provinċja ta’ Ratchaburi jikkontribwixxu wkoll b’mod sinifikanti għall-karatteristiċi u għall-uniċità tal-“มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี/Maphrao Namhom Ratchaburi”.
Il-ħamrija ewlenija adattata għat-tħawwil tal-“มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี/Maphrao Namhom Ratchaburi” hija s-Serje tal-Ħamrija 2, 3, 8, u 38, li jinsabu fid-Distrett ta’ Mueang Ratchaburi, id-Distrett ta’ Bang Phae, id-Distrett ta’ Wat Phleng, id-Distrett ta’ Photharam, id-Distrett ta’ Pak Tho, id-Distrett ta’ Ban Pong, u d-Distrett ta’ Damnoen Saduak. Il-ħamrija hija fil-biċċa l-kbira ħamrija taflija, ħamrija tafli xaħxi, u ħamrija tal-lom. Il-kulur tal-ħamrija jvarja minn kulur griż, kulur kannella fil-griż, għal kulur griż skur, kannella jew kannella skur. Il-pH ivarja minn aċiduż qawwi għal moderatament alkalin (pH 5,5 – 8,5). Il-ħamrija hija rikka f’minerali adattati li fihom il-kristalli tal-ġipsum, in-noduli tal-manganiż, il-qxur, il-ġebel tal-ġir, u l-fjokki tal-mika jinstabu fil-ħamrija.
Il-klima f’din iż-żona ġeografika hija affettwata mill-monsun tal-Lbiċ, li jonfoħ l-umdità mill-Oċean Indjan u mill-Baħar Andaman. Madankollu, minħabba l-ostaklu maħluq mill-medda tal-muntanji ta’ Tanaosri, iż-żona maġenb il-muntanji ma tilħaqx wisq xita. Il-biċċa l-kbira tal-indewwa tintefaħ fuq l-estwarju tax-Xmara Mae Klong u r-reġjun tal-Lvant tal-provinċja li huwa ż-żona tat-tħawwil tal-“มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี/Maphrao Namhom Ratchaburi”. Ix-xita medja annwali mhijiex inqas minn 1 500 – 2 000 mm. It-temperatura medja annwali hija ta’ 35 grad Celsius. Għalhekk, minħabba l-kundizzjonijiet favorevoli tal-ħamrija, il-kundizzjonijiet klimatiċi, it-topografija u x-xita, iż-żona hija adattata għat-tkabbir tal-“มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี/Maphrao Namhom Ratchaburi” u l-aroma distinta u eċċellenti li tixbah lill-pandan tal-“มะพร้าวน้ำหอมราชบุรี/Maphrao Namhom Ratchaburi” tista’ tinżamm fil-prodott.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
Tħabbira tad-Dipartiment tal-Proprjetà Intellettwali Nru 205/2560, it-22 ta’ Diċembru 2017.
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5623/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)