32000R0738



Official Journal L 087 , 08/04/2000 P. 0010 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 738/2000

tas-7 ta' April 2000

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' xi prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabblixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa tad-Dwana Komuni [1] kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2626/1999 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tkun assigurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament imsemmi, hu neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ipprovda r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha jew f'parti bbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali u li hi stabbilita mid-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-għan għall-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu man-negozju fil-prodotti.

(3) Bis-saħħa tar-regoli ġenerali msemmija, il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 ta' l-iskeda mehmuża mar-Regolament preżenti għandhom jiġu klassifikati taħt il-kodiċijiet NM murija fil-kolonna 2, permezz tar-raġunijiet miġjuba fil-kolonna 3.

(4) Huwa xieraq li l-informazzjoni dwar it-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, tista' tibqa' tiġi invokata, taħt id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana Komunitarju [3], kif l-aħħar emendat mill-Parlament Ewropew u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 955/1999 [4], għal perjodu ta' tliet xhur mid-dententur.

(5) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana fejn għandhom x'jaqsmu l-prodotti Nri 1 sa 4 u 6.

(6) Il-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien provdut mill-president tiegħu fejn għandu x'jaqsam il-prodott Nru 5 fl-iskeda mehmuża,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 ta' l-iskeda mehmuża huma issa klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet NM murija fil-kolonna 2 ta' l-iskeda msemmija.

L-Artikolu 2

L-informazzjoni dwar it-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' April 2000.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 321, ta' l-14.12.1999, p. 3.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) | Raġuni |

(1) | (2) | (3) |

1.Prodott flessibbli użat għat-temperatura — distribuzzjoni kontrollata ta' gassijiet u likwidi. Huwa jikkonsisti mill-komponenti li ġejjin mill-ġewwa 'l barra)tubu tal-plastik flessibbli sabiex jiġi trasportat il-materjal, li għandu pressa minima ta' 27,6 MPafilament, li huwa separat mit-tubi tat-trasport minn folja ta' l-aluminjusaff ta' folja ta' l-aluminju, li jkopri t-tubu tat-trasport, il-filament u folja ta' l-aluminjuwajer oħxon ta' l-elettriku iżolat għall-kontroll tal-filamentsaff ta' materjal tas-sufkopertura minn barra ta' materjal sintetiku flessibbliIl-prodott huwa importat f'tul mingħajr apparat | 39173190 | Klassifikazzjoni hija determinata mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1,3b u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 8 għall-Kapitolu 39 u l-kliem ta' Kodiċi NM 3917, 391731 u 39173190 It-tubu tal-plastika, li huwa element deċisiv għat-trasport ta' materjal, jagħti lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu |

2.Prodott flessibbli użat għad-distribuzzjoni kkontrollata għat-temperatura ta' gassijiet u likwidi. Huwa jikkonsisti mill-komponenti li ġejjin (minn ġewwa 'l barra):sorra ta' tubi tal-plastika flessibbli għall-materjal ta' trasportazzjonifilament, li huwa separat mit-tubi tat-trasport minn folja ta' l-aluminjusaff ta' folja ta' l-aluminju, li jkopri t-tubi tat-trasport, il-filament u folja ta' l-aluminjuwajer oħxon ta' l-elettriku iżolat għall-kontroll tal-filamentsaff ta' materjal tas-sufkopertura minn barra ta' sintetiċi flessibbli materjalIl-prodott huwa importat f'tul mingħajr apparat | 39269099 | Klassifikazzjoni hija determinata mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1,3b u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem ta' Kodiċi NM 3926, 392690 u 39269099 In-numru ta' tubi tal-plastika, li huma elementi deċisivi għat-trasport ta' materjal, jagħti lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu |

3.Vettura li jerfa' b'sistema idrolika apparat mgħammar ma' pjattaforma fejn isir ix-xogħolIl-vettura jikkonsisti f'qafas ta' vannijiet b'kabina għas-sewwieq u l-passiġġieri. Jaħdem b'magna diesel. Huwa tajjeb għas-sewqan fuq toroq pubbliċi indipendentement L-apparat li jerfa' huwa mgħammar permanentement fuq il-vettura. Jikkonsisti minn jib teleskopiku għall-movimenti vertikali, li jistgħu jduru. Għandu pjattaforma li taħdem ta' qies 0,60 m x 1,20 m, u rixtelli ta' sigurtà. Il-kontrolli ta' apparat li jerfa' huma merfugħa fuq pjatta forma. Il-vettura għandha 4 stabilizzaturi retractable li qegħdin fuq l-art meta l-apparat li jerfa' jkun qed jintuża L-apparat li jerfa' għandu għoli massimu ta' 12 m u jista' jerfa' sa 325 kg Ara stampa A | 87059090 | Klassifikazzjoni hija determinata mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem ta' Kodiċi NM 8705, 870590 u 87059090 Il-vettura hija vettura tal-mutur li għandha għan speċjali ta' intestatura 8705 |

4.Vettura armata b'apparat li juża l-idrolika biex jerfa' mgħammar ma' pjattaforma li tintuża għax-xogħol u frieketIl-vettura għandha mutur li jaħdem bil-batterija u huwa użat sabiex iħaddem l-apparat li jerfa' u jmexxi l-vettura. Il-kontrolli ta' l-apparat li jerfa' huma merfugħa fuq pjatta forma li fuqha jsir ix-xogħol Il-vettura mhux tajba għas-sewqan fuq toroq pubbliċi L-apparat li jerfa' għandu għoli massimu ta' 2,50 m u jista' jerfa' sa 1200 kg Ara stampa B | 84271010 | Klassifikazzjoni hija determinata mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem ta' Kodiċi NM 8427, 842710 u 84271010 Din il-vettura awtomoventi hija ddisinjata għat-trasport ta' oġġetti, kif ukoll sabiex jintrefgħu oġġetti u persuni |

5.Vettura armata b'apparat li juża l-idrolika biex jerfa' mgħammar ma' pjattaforma li tintuża għax-xogħolIl-vettura tikkonsisti f'wiċċ ċatt li fuqu apparat li jerfa' u mutur ta' l-elettriku u l-apparat li jerfa' huma ammontati, li jħaddem il-vettura u l-apparat li jerfa'. Il-kontrolli ta l-apparat li jerfa' huma merfugħa fuq pjattaforma li fuqha jsir ix-xogħol. Il-vettura għandha 4 roti wesgħin (12,5 × 16(″)). Għandha grade ability ta' 25 % u veloċita massima tas-sewqan ta' 4,3 km/h. Mhix tajba biex tiġi misjuqa f'toroq pubbliċi mingħajr ma jkunu miġbuda minn vettura oħra bil-mutur L-apparat li jerfa' huwa mgħammar permanentement fuq il-vettura. Tikkonsisti minn jib teleskopiku għall-movimenti vertikali u orizzontali. Għandha pjattaforma li taħdem ta' qies ta' 0,66 m × 1,5 m u rixtell ta' sigurtà L-apparat li jerfa' għandu għoli massimu ta' 15,5 m u jista' jerfa' sa 227 kg Ara stampa C | 84289098 | Klassifikazzjoni hija determinata mid-dispożizzjonijiet ta' Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-implementazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-Kliem tal-Kodiċi NM 8428, 842890 u 84289098 Din il-vettura awtomoventi mhix tajba għat-trasport ta' oġġetti. Hija ddisinjata sabiex terfa' oġġetti u persuni biss |

6.Apparat li juża l-idrolika biex jerfa', għandu 4 roti mgħammar ma pjattaforma li taħdemL-apparat li jerfa' għandu mutur li jintuża sabiex iħaddem il-jib li jerfa' biss. Il-kontrolli tal-jib teleskopiku huma merfugħa fuq pjattaforma li taħdem Il-vettura għandha 4 stabilizzaturi retractable li qegħdin fuq l-art meta l-apparat jkun qed jintuża. M'għandiex mutur għas-sewqan. Mhix tajba għas-sewqan fuq toroq pubbliċi L-apparat li biex juża l-idrolika huwa jib teleskopiku għall-moviment vertikali. Għandu pjattaforma li taħdem ta' qies 0,66 m × 0,66 m u rixtell ta' sigurta L-apparat li jerfa' għandu għoli massimu ta' 12,8 m u jista' jerfa' sa 160 kg Ara stampa D | 84289098 | Klassifikazzjoni hija determinata mid-dispożizzjonijiet ta' Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-Kliem tal-Kodiċi NM 8428, 842890 u 84289098 Dan huwa apparat li jerfa' li mhux awtomoventi u l-anqas tajjeb għat-trasport ta'oġġetti. Huwa ddisinjat sabiex jintrefgħu oġġetti u persuni biss |

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------