Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 8 u 15 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) - Obbligu li jiġu stabbiliti u li jsiru operattivi l-programmi għall-monitoraġġ tal-istat tal-ilma tal-wiċċ - Obbligu li jiġu ppreżentati rapporti sommarji fuq il-programmi għall-monitoraġġ tal-ilma tal-wiċċ.
Dispożittiv
1) Billi naqset, l-ewwel nett, milli tistabbilixxi u tagħmel operattivi l-programmi għall-monitoraġġ tal-istat tal-ilmijiet tal-wiċċ interni skont l-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u, it-tieni nett, billi naqset milli tippreżenta r-rapporti sommarji fuq il-programmi għall-monitoraġġ tal-istat tal-ilmijiet tal-wiċċ interni skont l-Artikolu 15(2) ta’ din id-direttiva, ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 8 u 15 tal-imsemmija direttiva.
2) Ir-Repubblika ta’ Malta hija kkundannata għall-ispejjeż.