<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑117/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0117</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:60">EU:C:2015:60</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20150205">5.2.2015</DATE> — KAWŻA C‑117/14</P><P>NISTTAHUZ POCLAVA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20150205">5 ta’ Frar 2015</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim qafas CES, UNICE, CEEP dwar xogħol għal żmien fiss</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li jipprevedi kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat b’perijodu ta’ prova ta’ sena</KEYWORD><KEYWORD>Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Assenza</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑117/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Juzgado de lo Social Nru 23 de Madrid (Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140304">4 ta’ Marzu 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Grima Janet Nisttahuz Poclava</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Jose María Ariza Toledano,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn C. Vajda, President tal-Awla, A. Rosas (Relatur) u E. Juhász, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Enegren u R. Vidal Puig, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u tad-Direttiva 1999/70/KE, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-ĊEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn G. Nisttahuz Poclava u l-persuna li timpjegaha, J. Ariza Toledano, dwar it-tkeċċija ta’ G. Nisttahuz Poclava.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 30, il-Karta tistabbilixxi, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Il-protezzjoni fil-każ ta’ tkeċċija inġusta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Kull ħaddiem għandu d-dritt għall-protezzjoni kontra tkeċċija inġusta, skond il-liġi ta’ l-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 1999/70, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[l]-iskop ta’ din id-Direttiva hu li jġib fis-seħħ il-ftehim qafas dwar kuntratti għal terminu fiss konkluż fit-<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE> bejn l-organizzazzjonijiet ġenerali ta’ l-industrija (ETUC, UNICE u CEEP) annessi hawn<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Anness tad-Direttiva 1999/70 jinkludi l-ftehim qafas ETUC, UNICE u ĊEEP dwar xogħol għal żmien fiss (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ftehim qafas<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>). Il-klawżola 1 tal-ftehim qafas tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-iskop ta’ dan il-ftehim qafas hu:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li titjieb il-kwalità ta’ xogħol għal terminu fiss billi tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li jistabbilixxi qafas biex jipprevjeni l-abbuż ikkawżat mill-użu ta’ kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ l-impjieg għal terminu fiss.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-klawżola 2 tal-ftehim qafas, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-iskop [Kamp ta’ applikazzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, tipprevedi fil-punt 1 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Dan il-ftehim japplika għal ħaddiema għal terminu fiss li għandhom kuntratt ta’ mpjieg jew relazzjoni ta’ mpjieg kif definit fil-liġi, fil-ftehim kollettiv jew fil-prattika f’ kull Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-klawżola 3 tal-ftehim qafas, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għall-iskop ta’ dan il-ftehim il-kliem:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ħaddiem għal terminu fiss<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> ifisru persuna li jkollha kuntratt jew relazzjoni ta’ l-impjieg dirett bejn min jimpjiega u ħaddiem meta l-aħħar tal-kuntratt jew tar-relazzjoni ta’ l-impjieg hu ddeterminat b’kondizzjonijiet oġġettivi bħal li jilħaq data speċifika, ilesti xogħol speċifiku, jew it-twettiq ta’ każ speċifiku;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-klawżola 5 tal-ftehim qafas li tirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[m]iżuri għal prevenzjoni ta’ l-abbuż<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi pprevenut l-abbuż ikkawżat mill-użu ta’ kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ mpjieg għal termini fissi, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali skont il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettiv jew il-prattika [prattiki nazzjonali], u/jew l-imsieħba soċjali, għandhom, meta ma hemm ebda miżuri ekwivalenti legali biex jipprevjenu l-abbuż, jintroduċu b’mod li jieħu kont tal-ħtiġiet tas-setturi u/jew kategoriji speċifiċi ta’ ħaddiema, waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ dawn il-kuntratti jew relazzjonijiet [ta’ impjieg];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>iż-żmien massimu totali ta’ kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ impjieg għal terminu fiss;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>in-numru ta’ tiġdid ta’ dawn il-kuntratti jew relazzjonijiet [ta’ impjieg].</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Istati Membri wara l-konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali u/jew l-imsieħba soċjali għandhom, meta approprjat, jiddeterminaw taħt liema kondizzjonijiet il-kuntratti jew ir-relazzjonijiet ta’ mpjieg għal terminu fiss:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>suċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għandhom jitqiesu bħala kuntratti jew relazzjonijiet għal żmien indefinit.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-dritt Industrijali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-relazzjoni ta’ impjieg hija rregolata mid-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru 1/1995, tal-<DATE ISO="19950324">24 ta’ Marzu 1995</DATE>, li japprova t-test rivedut tal-liġi li tistabbilixxi Statut tal-ħaddiema (BOE Nru 75, tad-<DATE ISO="19950329">29 ta’ Marzu 1995</DATE>, p. 654, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Istatut tal-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Perijodu ta’ prova<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, l-Artikolu 14 tal-Istatut tal-ħaddiema jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Perijodu ta’ prova jista’ jiġi miftiehem bil-miktub, bla ħsara għal-limiti tat-tul li, skont il-każ, huma ddefiniti fil-ftehimiet kollettivi. Fin-nuqqas ta’ ftehim kolletiv, it-tul tal-perijodu ta’ prova ma jistax jeċċedi sitt xhur għall-persuni detenturi ta’ diploma ta’ tagħlim intermedjarju [técnicos titulados] u xahrejn għall-ħaddiema l-oħra. Fl-impriżi ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin ħaddiem, il-perijodu ta’ prova ma jistax jeċċedi tliet xhur għall-ħaddiema li ma ma humiex persuni detenturi ta’ diploma ta’ tagħlim intermedjarju.</ALINEA><ALINEA>Fil-każ ta’ kuntratti temporanji għal żmien determinat imsemmija fl-Artikolu 15 u konklużi għal tul li ma jeċċedix xahar, salv għal indikazzjoni kuntrarja fil-ftehim kollettiv. […]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-imprendituri</P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Liġi 3/2012, tas-<DATE ISO="20120706">6 ta’ Lulju 2012</DATE>, fir-rigward ta’ miżuri urġenti għar-riforma tas-suq tax-xogħol (BOE Nru 162, tas-<DATE ISO="20120707">7 ta’ Lulju 2012</DATE>, p. 49113) emendat il-leġiżlazzjoni tax-xogħol, minħabba l-kriżi ekonomika li kien għaddej minnha r-Renju ta’ Spanja.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fost il-miżuri ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>promozzjoni ta’ impjiegi għal żmien indeterminat u miżuri oħra sabiex jiffavorixxu l-ħolqien ta’ impjiegi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, l-Artikolu 4 tal-Liġi 3/2012 jipprevedi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat maħsub bħala sostenn għall-impriżi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. L-Artikolu 4 jipprovdi fil-paragrafi (1) sa (3) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex tiġi ffaċilitata l-istabbiltà tax-xogħol filwaqt li jiġi promoss l-ispirtu ta’ intrapriża, l-impriżi ta’ inqas minn 50 ħaddiem jistgħu jikkonkludu l-kuntratt ta’ xogħol maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi rregolat minn dan l-artikolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kuntratt huwa konkluż għal żmien indeterminat u full time u huwa fformalizzat bil-miktub skont il-mudell li huwa stabbilit.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Is-sistema ġuridika tal-kuntratt u d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minnhom huma rregolati, b’mod ġenerali, mid-dispożizzjonijiet tat-test rivedut tal-liġi li tirrigwarda l-Istatut tal-ħaddiema approvat mid-Digriet Rjali Leġiżlattiv 1/1995 tal-24 ta’ Marzu u mill-ftehimiet kollettivi għall-kuntratti għal żmien indeterminat, bl-unika eċċezjoni tat-tul tal-perijodu ta’ prova stabbilit fl-Artikolu 14 tal-Istatut tal-ħaddiema, li huwa fi kwalunkwe każ ta’ sena. Perijodu ta’ prova ma jistax jiġi stabbilit meta ħaddiem ikun diġà beda jwettaq l-istess funzjonijiet fl-impriża, jkunu xi jkunu l-modalitajiet tal-kuntratt ta’ xogħol.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-imsemmi Artikolu 4 jipprevedi, fil-paragrafi 4 u 5 tiegħu, li l-kuntratt ta’ xogħol maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi għandu diversi benefiċċji fiskali kif ukoll benefiċċji f’materji ta’ sigurtà soċjali, u li tali kuntratt konkluż ma’ persuni qiegħda li huma rreġistrati mal-uffiċċju tal-impjiegi jagħti d-dritt għal diversi sussidji.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 3/2012 fil-paragrafi 6 sa 8 tiegħu jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.006"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>6.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi imsemmi minn dan l-artikolu ma jistax jiġi konkluż minn impriża li, fis-sitt xhur preċedenti għall-konklużjoni tal-kuntratt, wettqet tkeċċijiet abużivi. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-benefiċċji marbuta mal-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi, l-impriża għandha timpjega l-ħaddiem ikkonċernat matul mill-inqas tliet snin mill-istabbiliment tar-relazzjoni ta’ impjieg. Barra minn hekk, għandu jinżamm il-livell ta’ impjieg mogħti mill-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi matul għall-inqas sena mill-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt. F’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn l-obbligi, għandu jsir rimbors tal-benefiċċji.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni n-numru ta’ ħaddiema impjegati mill-impriża fil-mument tar-reklutaġġ.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-perijodu ta’ validità ta’ din il-modalità ta’ impjieg hija ddefinita mit-tieni paragrafu tad-disa’ dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 3/2012 f’dawn it-termini:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Disa’ dispożizzjoni tranżitorja. Konklużjoni ta’ kuntratti għat-taħriġ u l-apprendistat u ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi b’konnessjoni mar-rata tal-qgħad.</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat maħsuba bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ din il-liġi jistgħu jistgħu jiġu konklużi sa kemm din ir-rata ta’ qgħad f’pajjiżna tinżel taħt il-15 %.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Nisttahuz Poclava, ta’ nazzjonalità Bolivjana, ħadmet, bħala koka, għall-impriża tal-lukandi Taberna del Marqués. Il-kuntratt ta’ impjieg full time tagħha ġie konkluż fis-<DATE ISO="20130116">16 ta’ Jannar 2013</DATE>. Dan il-kuntratt jaqa’ taħt il-kategorija ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien indeterminat maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>It-tieni klawżola tal-imsemmi kuntratt tindika li l-perijodu ta’ prova ta’ G. Nisttahuz Poclava, fi kwalunkwe każ, kien ta’ tul ta’ sena. Il-ħdax-il klawżola tal-kuntratt tistipula li hija tista’ tiġi kkofinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew. Il-ftehim kollettiv tal-lukandi u tar-ristoranti huwa applikabbli għal kwalunkwe ħaġa li ma hijiex irregolata mid-dispożizzjonijiet tal-kuntratt ta’ impjieg.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>G. Nisttahuz Poclava ġiet informata permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20130531">31 ta’ Mejju 2013</DATE> li ma kinitx tifforma parti iktar mill-impriża minn din id-data, peress li ma kinitx temmet b’suċċess il-perijodu ta’ prova tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130702">2 ta’ Lulju 2013</DATE>, G. Nisttahuz Poclava ppreżentat rikors kontra l-persuna li timpjegaha, quddiem il-Juzgado de lo Social Nru 23 de Madrid, li permezz tiegħu hija talbet li t-tkeċċija tagħha tiġi ddikjarata abbużiva u li l-persuna li timpjegaha tiġi kkundannata li terġa’ timpjegaha billi tapplika għaliha l-istess kundizzjonijiet li kienu fis-seħħ qabel il-ksur tal-kuntratt ta’ impjieg, jew sabiex tħallasha danni ekwivalenti għal 33 jum ta’ salarju għal kull sena ta’ servizz.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li t-tul tal-perijodu ta’ prova previst għall-Artikolu 4(3) tal-Liġi 3/2012 ma jikkorrispondix għal dak previst abitwalment fid-dritt Spanjol u ma għandu ebda rilevanza għall-karatteristiċi professjonali tal-persuna rreklutata. Din id-dispożizzjoni stabbilixxiet kuntratt atipiku għal żmien determinat ta’ sena, li jista’ jinbidel f’kuntratt għal żmien indeterminat fi tmiem il-perijodu ta’ prova. Barra dan, matul dan il-perijodu ta’ prova, il-ħaddiem ma jibbenefikax mill-protezzjoni ġuridika kontra tkeċċija eventwali, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-forma tagħha, ir-raġunijiet għaliex tiġi deċiża u l-istħarriġ ġudizzjarju li tista’ tiġi suġġetta għalih.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju targumenta li l-Liġi 3/2012 intiża sabiex tiffaċilita l-impjieg u li tidher fost ir-riformi tal-leġiżlazzjoni tax-xogħol adottati sussegwentement għad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-politika tal-impjieg.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Unjoni, din il-qorti tiċċita l-Artikolu 148 TFUE, li jipprevedi linji gwida għall-impjieg, u l-Artikolu 151 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/618/KE, tal-<DATE ISO="20080715">15 ta’ Lulju 2008</DATE>, dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="198" PAGE.FIRST="47" DATE.PUB="2008">ĠU L 198, p. 47</REF.DOC.OJ>), il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, tat-<DATE ISO="20120418">18 ta’ April 2012</DATE>, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> [COM(2012) 173 finali], id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE, tal-<DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE>, dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="308" PAGE.FIRST="46" DATE.PUB="2010">ĠU L 308, p. 46</REF.DOC.OJ>), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20110712">12 ta’ Lulju 2011</DATE> dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011 ta’ Spanja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà ta’ Spanja aġġornat, għall-perijodu 2011-2014 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="212" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU C 212 p. 1</REF.DOC.OJ>), kif ukoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE> dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2012 ta’ Spanja u li twassal opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà ta’ Spanja, 2012-2015 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="219" PAGE.FIRST="81" DATE.PUB="2012">ĠU C 219, p. 81</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi jikser l-Artikolu 30 tal-Karta, l-Artikoli 2.2(b) u 4 tal-Konvenzjoni Nru 158 dwar it-tkeċċija, adottata fit-<DATE ISO="19820622">22 ta’ Ġunju 1982</DATE> f’Genève mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-Karta Soċjali Ewropea ffirmata f’Torino fit-<DATE ISO="19611018">18 ta’ Ottubru 1961</DATE> — ksur li jirriżulta minn deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120523">23 ta’ Mejju 2012</DATE> tal-Kumitat Ewropew tad-Drittijiet Soċjali dwar kuntratt Grieg simili — kif ukoll id-Direttiva 1999/70.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward iktar partikolarment ta’ din id-direttiva, il-qorti tar-rinviju targumenta li l-Liġi 3/2012 tmur kontra l-għanijiet tagħha, jiġifieri n-nondiskriminazzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-kuntest ta’ kuntratt għal żmien determinat u l-prevenzjoni ta’ abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi. Hija toħloq diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema li kkonkludew tali kuntratti ta’ xogħol jew relazzjonijiet ta’ impjieg u dawk li jibbenefikaw minn kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat jew indeterminat ordinarju, matul l-ewwel sena ta’ eżekuzzjoni ta’ dawn il-kuntratti jew relazzjonijiet ta’ impjieg, sa fejn, fil-każ ta’ ksur antiċipat tar-relazzjoni ta’ impjieg, ma jkun hemm previst ebda danni għal tal-ewwel. Barra minn hekk, din il-liġi, bi ksur tad-Direttiva 1999/70 u tal-ftehim qafas, iddaħħal kuntratt ġdid għal tul virtwalment iddeterminat, li jimponi kundizzjonijiet ta’ xogħol inqas favorevoli għall-ħaddiema li għalihom japplika.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tistabbilixxi u tirregola kuntratt ta’ xogħol li jinkludi perijodu ta’ prova ta’ sena u li, barra minn hekk, tneħħi min-negozjati kollettivi l-possibbiltà ta’ regolamentazzjoni b’mod konvenzjonali l-perijodu ta’ prova ta’ dan it-tip ta’ kuntratt, hijiex kontra d-dritt tal-Unjoni. Hija tistaqsi wkoll jekk dan il-perijodu ta’ prova, li matulu hija awtorizzata r-rexxissjoni libera tal-kuntratt ta’ xogħol, huwiex kompatibbli mad-dritt fundamentali ggarantit mill-Artikolu 30 tal-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Juzgado de lo Social Nru 23 de Madrid ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>1)</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi, għal perijodu ta’ prova ta’ sena li matulu hija permessa t-tkeċċija mingħajr ebda kundizzjonijiet, hija kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni u hija kompatibbli mad-dritt fundamentali ggarantit mill-Artikolu 30 tal-Karta?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-perijodu ta’ prova ta’ sena li għalih huwa suġġett il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi, imur kontra l-għanijiet u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/70/KE [u b’hekk tal-klawżoli 1 u 3 tal-ftehim qafas]?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, jekk l-Artikolu 30 tal-Karta u tad-Direttiva 1999/70 u, b’mod iktar partikolari, il-klawżoli 1 u 3 tal-ftehim qafas għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal-leġiżlazzjoni Spanjola li tistabbilixxi u tirregola l-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi u li jipprevedi perijodu ta’ prova ta’ sena.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta, fir-rigward tal-azzjoni tal-Istati Membri, huwa ddefinit fl-Artikolu 51(1) tagħha, li jistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet tal-Karta japplikaw għall-Istati Membri biss meta dawn ikunu qegħdin jimplementaw id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, essenzjalment, li d-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni għandhom il-vokazzjoni li jiġu applikati fis-sitwazzjonijiet kollha rregolati mid-dritt tal-Unjoni, u mhux lil hinn minn tali sitwazzjonijiet (is-sentenza Åkerberg Fransson, C‑617/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu għalhekk jiġi eżaminat jekk il-leġiżlazzjoni Spanjola li tistabbilixxi u tirregola l-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi tikkostitwixxix implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Kif diġà fakkru l-Gvern Spanjol u l-Kummissjoni Ewropea, id-Direttiva 1999/70 u l-ftehim qafas japplikaw għall-ħaddiema kollha li jipprovdu servizzi remunerati fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg għal żmien determinat li jorbtuhom mal-persuna li timpjegahom (sentenzi Del Cerro Alonso, C‑307/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:509">EU:C:2007:509</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28, Rosado Santana, C‑177/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:557">EU:C:2011:557</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40, kif ukoll Valenza <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑302/11 sa C‑305/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:646">EU:C:2012:646</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont il-klawżola 2(1) tal-ftehim qafas, dan japplika għal kull ħaddiem għal żmien determinat li jkollu kuntratt jew relazzjoni ta’ xogħol iddefinit mil-leġiżlazzjoni, mill-ftehim kollettivi jew mill-prattiċi fis-seħħ f’kull Stat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Konformement mad-definizzjonijiet stabbiliti fil-klawżola 3 tal-imsemmi ftehim qafas, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>ħaddiem għal żmien determinat<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> għandu jfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>persuna li jkollha kuntratt jew relazzjoni ta’ impjieg għal żmien determinat konkluż direttament bejn il-persuna li timpjega u l-ħaddiem fejn it-tmiem tal-kuntratt jew tar-relazzjoni ta’ impjieg jiġi ddeterminat b’kundizzjonijiet oġġettivi bħal l-ilħuq ta’ data speċifika, it-twettiq ta’ kompitu speċifiku, jew it-twettiq ta’ avveniment speċifiku<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-Artikolu 4(2) tal-Liġi 3/2012 jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>l-kuntratt huwa konkluż għal żmien indeterminat<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. L-Artikolu 4(3) tal-Liġi 3/2012 jipprovdi li l-kuntratt huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet tal-Istatut tal-ħaddiema u mill-ftehimiet kollettivi applikabbli għall-kuntratti għal żmien indeterminat, bl-eċċezzjoni biss tat-tul tal-perijodu ta’ prova.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Kemm mid-definizzjoni ta’ ħaddiem għal żmien determinat, li tinsab fil-klawżola 3 tal-ftehim qafas, kif ukoll mil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fil-kawża prinċipali jirriżulta li kuntratt ta’ xogħol bħal dak ta’ G. Nisttahuz Poclava ma jistax jiġi kklassifikat bħala kuntratt għal żmien determinat.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-perijodu ta’ prova jservi essenzjalment sabiex jivverifika l-kapaċità u l-abbiltajiet tal-ħaddiem, filwaqt li l-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat jiġi użat meta t-tmiem tal-kuntratt ta’ xogħol jew tar-relazzjoni ta’ impjieg huwa ddeterminat minn kundizzjonijiet oġġettivi.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, it-tul ta’ perijodu ta’ prova, bħal dak stabbilit mil-Liġi 3/2012 ma huwiex irregolat mid-Direttiva 1999/70.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi konkluż li kuntratt bħalma hu l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> previst mid-dritt Spanjol ma huwiex kuntratt għal żmien determinat li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 1999/70.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni tagħha, il-qorti tar-rinviju invokat dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni li, skont il-fehma tagħha, jiġġustifikaw li s-sitwazzjoni ġuridika f’dan il-każ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 151 TFUE, li jiddeskrivi l-għanijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tal-politika soċjali, dan ma jimponi ebda obbligu partikolari f’dak li jikkonċerna l-perijodi ta’ prova fil-kuntratti ta’ xogħol. Dan jgħodd ukoll għal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet fil-qasam tal-politika tal-impjieg adottati mill-Kunsill skont l-Artikolu 148 TFUE, evokati mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, matul l-eżami tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>kuntratt tar-reklutaġġ ġdid<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> Franċiż, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, minkejja li l-protezzjoni tal-ħaddiema f’każ ta’ rixessjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol huwa wieħed mill-mezzi sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti mill-Artikolu 151 TFUE u li l-leġiżlatur tal-Unjoni huwa kompetenti f’dan il-qasam, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 153(2) TFUE, sitwazzjonijiet li ma kinux is-suġġett ta’ miżuri adottati abbażi ta’ dawn l-artikoli, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (digriet Polier, C‑361/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:16">EU:C:2008:16</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 13).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi jista’ eventwalment jiġi ffinanzjat mill-fondi strutturali ma huwiex suffiċjenti, fih innifsu, sabiex jiġi kkunsidrat li s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali timplika implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 51(1) tal-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni tagħha, il-qorti tar-rinviju tinvoka wkoll l-Artikoli 2.2(b) u 4 tal-Konvenzjoni Nru 158 dwar it-tkeċċija, adottata fit-<DATE ISO="19820622">22 ta’ Ġunju 1982</DATE>, f’Genève, mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u l-Karta Soċjali Ewropea ffirmata f’Torino fit-<DATE ISO="19611018">18 ta’ Ottubru 1961</DATE>. Għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 267 TFUE, sabiex tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali li jorbtu lil Stati Membri f’kuntest li ma jaqax fil-kuntest tad-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenzi Vandeweghe <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, 130/73, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1973:131">EU:C:1973:131</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 2; TNT Express Nederland, C‑533/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:243">EU:C:2010:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 61; digriet Corpul Naţional al Poliţiştilor, C‑134/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:288">EU:C:2012:288</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14, kif ukoll is-sentenza Qurbani, C‑481/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2101">EU:C:2014:2101</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jirriżulta li s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex il-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Juzgado de lo Social Nru 23 de Madrid (Spanja), permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140304">4 ta’ Marzu 2014</DATE>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>