<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-96/16</NO.CASE><NO.CASE>C-94/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0096</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:643">EU:C:2018:643</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20180807">7.8.2018</DATE> – Kawżi Magħquda C-96/16 u C-94/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Banco Santander u Escobedo Cortés</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 93/13/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli inġusti</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment ta’ kreditu</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ self konkluż mal-konsumatur</KEYWORD><KEYWORD>Kriterji ta’ evalwazzjoni tal-karattru inġust ta’ klawżola ta’ dan il-kuntratt li tiffissa r-rata tal-interessi moratorji</KEYWORD><KEYWORD>Konsegwenzi ta’ dan il-karattru</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑96/16 u C‑94/17,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa rispettivament mill-Juzgado de Primera Instancia Nru 38 de Barcelona (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 38 ta’ Barcelona, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160202">2 ta’ Frar 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20160217">17 ta’ Frar 2016</DATE>, u mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20170222">22 ta’ Frar 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20170223">23 ta’ Frar 2017</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Banco Santander SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Mahamadou Demba,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Mercedes Godoy Bonet</HT> (C‑96/16),</P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Rafael Ramón Escobedo Cortés</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Banco de Sabadell SA</HT> (C‑94/17),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, A. Tizzano (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, E. Levits, A. Borg Barthet u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: L. Carrasco Marco, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20180110">10 ta’ Jannar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Banco Santander, SA, minn A. M. Rodríguez Conde u J. M. Rodríguez Cárcamo, abogados,</P></ITEM><ITEM><P>għal Banco de Sabadell SA, minn A. M. Rodríguez Conde u J. M. Rodríguez Cárcamo, abogados,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn V. Ester Casas, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Baquero Cruz, N. Ruiz García u M. van Beek kif ukoll minn A. Cleenewerck de Crayencour, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20180322">22 ta’ Marzu 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet ġew ippreżentati fil-kuntest ta’ żewġ kawżi bejn, l-ewwel, Banco Santander, SA, minn naħa, u Mercedes Godoy Bonet u Mahamadou Demba, min-naħa l-oħra (C‑96/16), u, it-tieni, bejn Ramón Escobedo Cortés u Banco de Sabadell, SA (C‑94/17), dwar l-eżekuzzjoni ta’ kuntratti ta’ self konklużi bejn dawn il-partijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>It-tlettax-il premessa tad-Direttiva 93/13 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Billi d-disposizzjonijiet statutorji jew regolatorji ta’l-Istati Membri li jistabbilixxu direttament jew indirettament il-klawżoli tal-kuntratti tal-konsumatur huma preżunti li ma’ fihomx klawżoli inġusti; billi, għal dan il-għan, ma jidhirx li huwa meħtieġ li jiġu assoġġettati l-klawżoli li jirriflettu disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji […] billi f’dak ir-rigward il-kliem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> fl-Artikolu 1(2) ikopru wkoll ir-regoli li, skond il-liġi, għandhom jgħoddu bejn il-partijiet kontraenti sakemm ma twaqqfux xi arranġamenti oħra;<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li japprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri relatati ma’ klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-klawżoli kuntrattwali li jirriflettu disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji […] m’għandhomx ikunu suġġetti għad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) u (3) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet negozjata individwalment għandha titqies inġusta jekk, kontra l-ħtieġa ta’ buona fede, tkun tikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Anness għandu jkun fih lista indikattiva u mhux eżawrjenti tal-klawżoli li jistgħu jiġu kkunsidrati inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-istess direttiva jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, il-karattru inġust ta’ klawżola kuntrattwali għandu jiġi stmat, billi titqies in-natura tal-merkanzija jew servizzi li għalihom ikun kien konkluż il-kuntratt u ssir referenza, filwaqt li jiġi konkluż il-kuntratt, għaċ-ċirkostanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt u għall-klawżoli l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta’ kuntratt ieħor li jiddependi fuqu,<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-interessi tal-konsumaturi u l-kompetituri, jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu l-aktar disposizzjonijiet stretti kompatibbli mat-Trattat fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, biex jiżguraw grad massimu ta’ protezzjoni għall-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-paragrafu 1(e) tal-Anness tal-istess direttiva jinkludi, fi ħdan il-lista ta’ klawżoli msemmija fl-Artikolu 3(3) tagħha, dawk li għandhom l-għan jew l-effett li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>jeħtieġu lill xi konsumatur li jonqos milli jwettaq l-obbligazzjoni li jħallas somma sproporzjonatament għolja bħala kumpens<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dispożizzjonijiet dwar it-trasferiment ta’ kreditu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 1535 tal-Código Civil (il-Kodiċi Ċivili), li jirregola d-dritt tad-debitur li jifdi d-dejn tiegħu fil-każ ta’ trasferiment ta’ kreditu, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Meta kreditu kontenzjuż jiġi ttrasferit, id-debitur għandu jkollu d-dritt li jaqta’ dan il-kreditu billi jirrimborsa liċ-ċessjonarju l-ammont li dan tal-aħħar ikun ħallas kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minnu u l-interessi fuq l-ammont mid-data ta’ dan il-ħlas.</ALINEA><ALINEA>Kreditu jitqies li huwa kontenzjuż meta l-kawża dwaru tkun is-suġġett ta’ kontestazzjoni.</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>Id-debitur jista’ jinvoka d-dritt tiegħu f’terminu ta’ disat ijiem mit-talba għal ħlas imressqa miċ-ċessjonarju.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Is-sostituzzjoni taċ-ċedent ta’ kreditu biċ-ċessjonarju fil-proċeduri pendenti hija rregolata mill-Artikoli 17 u 540 tal-Ley 1/2000 de Enjuiciamiento Civil (il-Liġi 1/2000 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili), tas-<DATE ISO="20000107">7 ta’ Jannar 2000</DATE> (BOE n<HT TYPE="SUP">o</HT> 7, tat-<DATE ISO="20000108">8 ta’ Jannar 2000</DATE>, p. 575, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), fejn l-imsemmi Artikolu 17 japplika fil-kuntest tal-proċeduri fuq il-mertu u l-imsemmi Artikolu 540 japplika fil-kuntest tal-proċeduri ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dispożizzjonijiet relatati mal-klawżoli inġusti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 82(1) tat-texto refundido de la Ley General para la Defensa de los Consumidores y Usuarios y otras leyes complementarias (test li jirriformula l-liġi ġenerali għad-difiża tal-konsumaturi u tal-utenti u liġijiet komplementari oħra), approvat permezz tar-Real Decreto Legislativo 1/2007 (id-Digriet Irjali Leġiżlattiv 1/2007), tas-<DATE ISO="20071116">16 ta’ Novembru 2007</DATE> (BOE n<HT TYPE="SUP">o</HT> 287, tat-<DATE ISO="20071130">30 ta’ Novembru 2007</DATE>, p. 49181, iktar’ il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>LGDCU<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-istipulazzjonijiet kollha li ma jkunux ġew innegozjati individwalment u l-prattiki kollha li għalihom ma jkunx ingħata kunsens espress li, kuntrarjament għar-rekwiżit ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fides</HT>, jikkawżaw żbilanċ sinjifikattiv fid-drittijiet u fl-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur u għall-utent, għandhom jitqiesu li huma klawżoli inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 85(6) tal-LGDCU jipprevedi li huma abbużivi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>il-klawżoli li jimponu fuq il-konsumatur u utent li ma jwettaqx l-obbligi tiegħu, kumpens f’ammont sproporzjonalment għoli<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Din id-dispożizzjoni tittrasponi d-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 3(1) u (3) kif ukoll tal-punt 1(e) tal-Anness tad-Direttiva 93/13, filwaqt li tippreċiża li, fid-dritt Spanjol, it-tip ta’ klawżola msemmi fl-imsemmi punt 1(e) għandha dejjem titqies bħala inġusta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja)</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C‑94/17 jirriżulta li, fis-sentenzi tagħha Nru 265/2015, tat-<DATE ISO="20150422">22 ta’ April 2015</DATE>, Nru 470/2015, tas-<DATE ISO="20150907">7 ta’ Settembru 2015</DATE> u Nru 469/2015, tat-<DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE> (iktar ’il quddiem is-“sentenzi tat-22 ta’ April, tas-7 u tat-<DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE>), it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ikkonstatat li, fin-nuqqas ta’ kriterji legali li minnhom jirriżultaw regoli ċari għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-karattru inġust tal-klawżoli li ma ġewx innegozjati li jiddefinixxu r-rata tal-interessi moratorji fil-kuntratti ta’ self personali konklużi mal-konsumaturi, il-qrati Spanjoli tal-ewwel istanza u tal-appell kienu japplikaw kriterji differenti. Dan kien iwassal għal inċertezza legali kbira u differenza arbitrarja fit-trattament bejn il-konsumaturi skont il-qorti adita bil-kawża. Jeżistu wkoll differenzi importanti fid-determinazzjoni tal-konsegwenzi tal-karattru possibbilment inġust ta’ dawn il-klawżoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Konsegwentement, sabiex titwaqqaf din is-sitwazzjoni ta’ inċertezza legali u dawn id-differenzi, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) qieset li kien meħtieġ li tiddefinixxi l-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-karattru inġust tal-imsemmija klawżoli u li tiddetermina dawn il-konsegwenzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) iddeċidiet, minn naħa, li, skont l-Artikolu 85(6) tal-LGDCU, huma inġusti l-klawżoli li jimponu fuq il-konsumatur li ma jwettaqx l-obbligi tiegħu kumpens f’ammont sproporzjonalment għoli. Min-naħa l-oħra, din analizzat id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli f’każ ta’ ħlas tard mid-debitur fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-partijiet f’diversi oqsma kif ukoll ir-rati tal-interessi moratorji ġeneralment previsti fil-kuntratti ta’ self li ġew innegozjati individwalment mal-konsumatur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Minn din l-analiżi hija kkonkludiet li kellhom jiġu ddikjarati inġusti l-klawżoli li ma ġewx innegozjati tal-kuntratti ta’ self personali mal-konsumatur relattivi għall-interessi moratorji li jissodisfaw il-kriterju li jgħid li r-rata ta’ dawn l-interessi għandha taqbeż b’iktar minn żewġ punti perċentwali dik tal-interessi ordinarji miftiehma bejn il-partijiet fil-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) spjegat li l-iffissar ta’ tali rata ta’ interessi moratorji twassal għal differenza inġustifikata meta mqabbla mal-perċentwali previsti mid-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli fir-rigward tad-dewmien fil-ħlas mid-debitur imsemmija fil-punt 17 ta’ din is-sentenza u li professjonist ma setax raġonevolment iqis li, billi jittratta lill-konsumatur b’mod ġust, dan tal-aħħar jaċċetta, fil-kuntest ta’ negozjati individwali, klawżola li tistabbilixxi interessi ta’ tali rata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-konsegwenzi tal-karattru inġust tal-klawżoli inkwistjoni, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ikkonstatat li, fil-kawżi li kienet adita bihom, ir-rata tal-interessi moratorji ffissati minn dawn il-klawżoli kienet tikkonsisti f’żieda fir-rata tal-interessi ordinarji b’ċertu numru ta’ punti perċentwali. Minn dan hija ddeduċiet li, fl-ipoteżi fejn l-imsemmija klawżoli jiġu ddikjarati inġusti, ikollha titneħħa kompletament iż-żieda li l-interessi moratorji jirrappreżentaw fil-konfront tal-interessi ordinarji, b’mod li huma biss dawn tal-aħħar li jibqgħu jiddekorru. Min-naħa l-oħra, din qieset li ma kienx hemm lok li jitneħħew ukoll l-imsemmija interessi ordinarji, li jżommu l-funzjoni tagħhom ta’ remunerazzjoni għat-tqegħid għad-disponibbiltà ta’ flus mislufin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Is-soluzzjoni adottata fis-sentenzi tat-22 ta’ April, tas-7 u tat-<DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE> ġiet estiża għall-kuntratti ta’ self ipotekarju mis-sentenzi Nru 705/2015 tat-<DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE>, Nru 79/2016 tat-<DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE> u Nru 364/2016 tat-<DATE ISO="20160603">3 ta’ Ġunju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑96/16</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20091102">2 ta’ Novembru 2009</DATE> u fit-<DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>, M. Demba u M. Godoy Bonet ikkonkludew żewġ kuntratti ta’ self mal-istabbiliment bankarju Banco Santander SA, rispettivament, għal ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">30750</FT> bi skadenza fit-<DATE ISO="20141102">2 ta’ Novembru 2014</DATE> fir-rigward tal-ewwel wieħed u għal ammont ta’ EUR 32 153.63 bi skadenza fit-<DATE ISO="20190922">22 ta’ Settembru 2019</DATE> fir-rigward tat-tieni wieħed. Skont il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ dawn il-kuntratti, ir-rati tal-interessi ordinarji u moratorji applikabbli kienu ta’ 8.50 % u ta’ 18.50 % għall-ewwel kuntratt, u ta’ 11.20 % u ta’ 23.70 % għat-tieni kuntratt, rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Peress li M. Demba u M. Godoy Bonet waqfu jħallsu lil Banco Santander il-ħlasijiet mensili previsti mill-imsemmija kuntratti, dan tal-aħħar iddikjara l-iskadenza antiċipata tagħhom u adixxa lill-qorti tar-rinviju, jiġifieri l-Juzgado de Primera Instancia Nru 38 de Barcelona (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 38 ta’ Barcelona, Spanja), b’talba għall-eżekuzzjoni tal-krediti miżmuma fir-rigward ta’ M. Demba u ta’ M. Godoy Bonet għal ammont totali ta’ EUR 53 664.14.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għalkemm din il-possibbiltà ma hijiex prevista mill-kuntratti inkwistjoni, fis-<DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE>, Banco Santander ittrasferixxa dawn il-krediti permezz ta’ att awtentiku lil terz għal ammont stmat għal EUR 3 215.72, billi bbaża ruħu fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi Ċivili. Dan it-terz għalhekk talab li jissostitwixxi ruħu għal Banco Santander fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni mressqa minn dan tal-aħħar quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Din il-qorti tistaqsi ruħha dwar id-dritt eventwali ta’ M. Demba u ta’ M. Godoy Bonet li jifdu d-dejn tagħhom u, b’hekk, li jaqtugħ billi jħallsu lura lill-imsemmi terz l-ammont li dan ħallas għat-trasferiment inkwistjoni, flimkien mal-interessi, mal-infiq u mal-ispejjeż applikabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din tenfasizza li, filwaqt li jipprevedi tali dritt ta’ fidi, l-Artikolu 1535 tal-Kodiċi Ċivili madankollu jillimita dan id-dritt għall-krediti msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jiġifieri għal dawk li jkunu s-suġġett ta’ kontestazzjoni fuq il-mertu fil-kuntest ta’ proċedura dikjaratorja. Għaldaqstant, dan l-artikolu ma jipprevedix il-possibbiltà għad-debitur li jinvoka dan id-dritt fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni tal-kreditu, bħall-proċedura fil-kawżi prinċipali, jew ta’ trasferiment extraġudizzjarju, ħaġa li, skont il-qorti tar-rinviju, ma tiggarantixxix protezzjoni suffiċjenti tal-interessi tal-konsumaturi. Il-qorti msemmija żżid li tali protezzjoni lanqas ma hija żgurata permezz tal-Artikoli 17 u 540 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, li jirregolaw is-sostituzzjoni taċ-ċedent biċ-ċessjonarju fil-proċeduri pendenti, b’mod partikolari peress li dawn id-dispożizzjonijiet ma jsemmux id-dritt tad-debitur li jifdi d-dejn tiegħu previst fl-Artikolu 1535 tal-Kodiċi Ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji dwar il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mad-Direttiva 93/13, ta’ prattika li tikkonsisti għal professjonist, fl-assenza ta’ klawżola kuntrattwali speċifika f’dan is-sens, f’li jittrasferixxi jew jixtri kreditu bi prezz baxx, mingħajr ma d-debitur jiġi informat minn qabel b’dan it-trasferiment jew mingħajr ma jagħti l-kunsens tiegħu għalih u mingħajr ma tingħatalu l-possibbiltà li jifdi d-dejn tiegħu, u b’hekk li jaqtgħu, billi jirrimborsa liċ-ċessjonarju l-ammont li dan tal-aħħar ikun ħallas għall-imsemmi trasferiment, flimkien mal-ispejjeż, interessi u infiq applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din il-qorti tistaqsi dwar l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-eżami tal-karattru eventwalment inġust tal-klawżoli tal-kuntratti inkwistjoni fil-kawżi prinċipali li jiffissaw ir-rata tal-interessi moratorji applikabbli u dwar il-konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn tali karattru. F’dan il-kuntest, hija għandha dubji dwar il-kompatibbiltà mad-Direttiva 93/13 tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tat-22 ta’ April, tas-7 u tat-<DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Juzgado de Primera Instancia n<HT TYPE="SUP">o</HT> 38 de Barcelona (il-Qorti tal-Ewwel Istanza nru 38 ta’ Barcelona, Spanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>[ a)]</NO.P><TXT>Il-prattika tan-negozju ta’ trasferiment jew xiri tal-krediti mingħajr ma tingħata l-possibbiltà lill-konsumatur li jaqta’ d-dejn billi jħallas il-prezz, l-interessi u l-ispejjeż tal-proċess liċ-ċessjonarju, hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari mal-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, […] u mal-Artikoli 4(2), 12 u 169(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>[b])</NO.P><TXT> L-imsemmija prattika tan-negozju ta’ xiri tad-dejn tal-konsumatur għal prezz baxx mingħajr il-kunsens jew għarfien tiegħu, mingħajr ma tiġi inkluża bħala kundizzjoni ġenerali jew klawżola inġusta imposta fil-kuntratt, u mingħajr ma jingħata l-possibbiltà li jipparteċipa f’dik it-tranżazzjoni billi jixtri u b’hekk jaqta’ d-dejn, hija kompatibbli mal-prinċipji msemmija fid-Direttiva [93/13] u, b’estensjoni, mal-prinċipju ta’ effettività u mal-Artikoli 3(1) u 7 tagħha?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>[2)</NO.P><TXT><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>a)]</NO.P><TXT>Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti u l-ġurisprudenza komunitarja li tiżviluppahom, huwa konfomi mad-dritt tal-Unjoni, mad-[Direttiva 93/13] u b’mod partikolari mal-Artikoli 6(1) u 7(1) tagħha, li jiġi stabbilit bħala kriterju inekwivoku li, fi ftehimiet ta’ self mhux iggarantit konklużi ma’ konsumaturi, klawżola mhux innegozjata li tistabbilixxi rata ta’ interessi moratorji li teċċedi r-rata ta’ interessi [ordinarji] miftiehma b’iktar minn żewġ punti perċentwali, hija inġusta?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>[b)]</NO.P><TXT>Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti u l-ġurisprudenza komunitarja li tiżviluppahom, huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni, mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal <DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur u b’mod partikolari mal-Artikoli 6(1) u 7(1) tagħha, li jiġi stabbilit, konsegwentement, li interessi ordinarji jibqgħu jakkumulaw sakemm id-dejn ikun tħallas fit-totalità tiegħu?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑94/17</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="19990111">11 ta’ Jannar 1999</DATE>, R. R. Escobedo Cortés ikkonkluda ma’ Caja de Ahorros del Mediterrráneo, li sar Banco de Sabadell, kuntratt ta’ self ipotekarju f’ammont ta’ EUR 17 633.70, rimborsabbli permezz ta’ pagamenti mensili. Il-klawżoli 3 u 3a ta’ dan il-kuntratt kienu jipprevedu rata ta’ interessi ordinarji ta’ 5.5 % fis-sena, bla ħsara għal varjazzjoni b’effett mill-ewwel sena. Fil-mument meta seħħew il-fatti rilevanti fil-kawżi prinċipali, din ir-rata kienet tammonta għal 4.75 % fis-sena. Il-klawżola 6 tal-imsemmi kuntratt kienet tistipula li r-rata ta’ interessi moratorji kienet ta’ 25 % fis-sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>R. R. Escobedo Cortés, li kien moruż fil-ħlas, ippreżenta rikors quddiem il-Juzgado de Primera Instancia (il-Qorti tal-Ewwel Istanza, Spanja) kontra Banco de Sabadell għall-annullament, b’mod partikolari, ta’ din l-aħħar klawżola, għar-raġuni li din kellha karattru inġust.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Din il-qorti ddikjarat li din il-klawżola kienet inġusta u, konsegwentement, qieset li r-rata tal-interessi moratorji applikabbli kellha titnaqqas sal-limitu stabbilit fl-Artikolu 114(3) tal-Ley Hipotecaria (il-Liġi dwar l-Ipoteki), kif emendata bil-Ley 1/2013 de medidas para reforzar li protección a los deudores hipotecarios, reestructuración de deuda y alquiler social (il-Liġi 1/2013, dwar miżuri intiżi sabiex isaħħu l-protezzjoni tad-debituri ipotekarji, ir-ristrutturazzjoni tad-dejn u tal-kera soċjali), tal-<DATE ISO="20130514">14 ta’ Mejju 2013</DATE> (BOE Nru 116, tal-<DATE ISO="20130515">15 ta’ Mejju 2013</DATE>, p. 36373), li jikkorrispondi għal rata tliet darbiet ogħla mir-rata ta’ interessi legali. Din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata fl-appell permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20140918">18 ta’ Settembru 2014</DATE> tal-Audiencia Provincial de Alicante (il-Qorti Provinċjali ta’ Alicante, Spanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>R. R. Escobedo Cortés ippreżenta appell fil-kassazzjoni kontra din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, jiġifieri t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), għar-raġuni li din tikser l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13. Fil-fatt, fil-fehma tiegħu, peress li l-klawżola tal-kuntratt ta’ self inkwistjoni fil-kawżi prinċipali li tiffissa r-rata tal-interessi moratorji kienet ġiet iddikjarata inġusta, dan il-kuntratt ma għandux jibqa’ jipproduċi interessi moratorji u lanqas interessi ordinarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, dan l-appell iqajjem dubji fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ diversi dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, li l-applikazzjoni tagħhom hija indispensabbli sabiex din it-tilwima tiġi deċiża, f’dak li jikkonċerna l-konstatazzjoni tal-karattru inġust ta’ din il-klawżola u l-konsegwenzi ta’ dan il-karattru. B’mod partikolari, jeżistu inċertezzi dwar il-kompatibbiltà tal-ġurisprudenza tagħha li tirriżulta mis-sentenzi tat-22 ta’ April, tas-7 u tat-<DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE> kif ukoll mis-sentenzi tat-<DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE>, tat-<DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE> u tat-<DATE ISO="20160603">3 ta’ Ġunju 2016</DATE>, imsemmija fil-punt 21 ta’ din is-sentenza, mad-direttiva msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3, moqri flimkien mal-punt 1(e) tal-Anness u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva [93/13], jipprekludu interpretazzjoni ġurisprudenzjali li tiddikjara li l-klawżola ta’ kuntratt ta’ self li tistabbilixxi rata ta’ interessi moratorji li tirrappreżenta żieda ta’ iktar minn żewġ punti perċentwali fuq ir-rata ta’ interessi remuneratorji annwali stabbilita fil-kuntratt tikkostitwixxi kumpens sproporzjonalment għoli impost fuq il-konsumatur li jkun baqa’ inadempjenti fil-ħlas u hija, konsegwentement, inġusta?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3, moqri flimkien mal-punt 1(e) tal-Anness, l-Artikoli 4(1), 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE, jipprekludu interpretazzjoni ġurisprudenzjali li, sabiex tiġi deċiża n-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt ta’ self li jistabbilixxi r-rata ta’ interessi moratorji, tidentifika bħala suġġett tal-istħarriġ tan-natura inġusta l-ispiża addizzjonali li din ir-rata tirrappreżenta meta mqabbla mar-rata ta’ interessi remuneratorji, sa fejn din tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>kumpens sproporzjonalment għoli impost fuq il-konsumatur li ma jwettaqx l-obbligi tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u li tistabbilixxi li l-konsegwenza<?PAGE NO="8"?> tal-konstatazzjoni ta’ din in-natura inġusta għandha tkun it-tħassir totali ta’ din l-ispiża addizzjonali, b’tali mod li huma biss l-interessi remuneratorji li għandhom jibqgħu jiddekorru sar-rimbors tas-self?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta pożittiva għat-tieni domanda, l-annullament ta’ klawżola li tistabbilixxi r-rata ta’ interessi moratorji minħabba n-nautra inġusta tagħha għandu jkollha effetti oħra sabiex tkun kompatibbli mad-Direttiva 93/13/KEE, bħal pereżempju t-tħassir tal-maturazzjoni tal-interessi kollha, kemm remuneratorji kif ukoll moratorji, meta l-persuna li tissellef tibqa’ inadempjenti fl-obbligu tagħha li tirrimborsa s-self fl-iskadenzi previsti fil-kuntratt jew inkella il-maturazzjoni tal-interessi legali?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tad-digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20160713">13 ta’ Lulju 2016</DATE> u tal-<DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE>, it-talbiet rispettivi tal-Juzgado de Primera Instancia n<HT TYPE="SUP">o</HT> 38 de Barcelona (il-Qorti tal-Ewwel Istanza nru 38 ta’ Barcelona, Spanja) u tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), intiżi sabiex il-Kawżi C‑96/16 u C‑94/17 ikunu suġġetti għall-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 23a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja ġew miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20171121">21 ta’ Novembru 2017</DATE>, dawn iż-żewġ kawżi ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-paragrafi (a) u (b) tal-ewwel domanda fil-Kawża C‑96/16</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tal-paragrafi (a) u (b) tal-ewwel domanda tagħha fil-Kawża C‑96/16, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 93/13 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi prassi ta’ professjonist li tikkonsisti fit-trasferiment jew fix-xiri ta’ dejn miżmum fil-konfront ta’ konsumatur, mingħajr ma l-possibbiltà ta’ tali trasferiment tkun prevista mill-kuntratt ta’ self konkluż ma’ dan il-konsumatur, mingħajr ma dan tal-aħħar jiġi informat minn qabel dwar dan it-trasferiment jew mingħajr ma jagħti l-kunsens tiegħu u mingħajr ma tiġi offruta lilu l-possibbiltà li jifdi d-dejn tiegħu, u b’hekk jaqtgħu, billi jirrimborsa liċ-ċessjonarju l-prezz li dan ħallas skont l-imsemmi trasferiment, flimkien mal-ispejjeż, l-interessi u l-infiq applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 43 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-kliem tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 kif ukoll mill-istruttura ġenerali tagħha jirriżulta li din id-direttiva tapplika biss għall-klawżoli kuntrattwali, bl-esklużjoni tal-prattiki sempliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li ebda klawżola kuntrattwali fil-kawżi prinċipali ma tipprevedi u lanqas tinkludi l-possibbiltà għal Banco Santander li jittrasferixxi lil terzi il-kreditu li jkollu fir-rigward tad-debituri fil-kawżi prinċipali kif ukoll id-dritt eventwali ta’ dawn tal-aħħar li jifdu dejn tagħhom mingħand dan it-terz. B’hekk, dan it-trasferiment sar abbażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi Ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-imsemmija direttiva ma tapplikax għal prattiki msemmija fil-paragrafi (a) u (b) tal-ewwel domanda fil-Kawża C‑96/16, fin-nuqqas ta’ kull klawżola kuntrattwali f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Sa fejn, permezz ta’ dawn id-domandi, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk id-Direttiva 93/13 tipprekludix id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw it-trasferiment ta’ dejn kif ukoll is-sostituzzjoni taċ-ċessjonarju minflok iċ-ċedent fil-proċeduri pendenti, li jinsabu fl-Artikolu 1535 tal-Kodiċi Ċivili kif<?PAGE NO="9"?> ukoll l-Artikoli 17 u 540 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, għar-raġuni li dawn id-dispożizzjonijiet ma jiggarantixxux protezzjoni suffiċjenti tal-interessi tal-konsumaturi għar-raġunijiet imfakkra fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, il-klawżoli kuntrattwali li jirriflettu dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji imperattivi ma għandhomx ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-direttiva msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hekk kif jirriżulta mit-tlettax-il premessa tad-Direttiva 93/13, l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva prevista fl-imsemmi Artikolu 1(2), testendi għad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li japplikaw bejn il-partijiet kontraenti indipendentement mill-għażla tagħhom u għal dawk li huma applikabbli awtomatikament, jiġifieri fl-assenza ta’ arranġament differenti mill-partijiet f’dan ir-rigward. Din l-esklużjoni hija ġġustifikata mill-fatt li huwa leġittimu li jiġi preżunt li l-leġiżlatur nazzjonali stabbilixxa ekwilibriju bejn id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-partijiet f’ċerti kuntratti, liema ekwilibriju l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jippreżerva b’mod espliċitu (ara, f’dan is-sens, id-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Woonhaven Antwerpen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑446/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:954">EU:C:2017:954</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Essenzjalment, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-esklużjoni msemmija tkopri d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolatorji imperattivi differenti minn dawk relatati mal-kontroll tal-klawżoli inġusti, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-portata tas-setgħat tal-qorti nazzjonali sabiex tevalwa l-karattru inġust ta’ klawżola kuntrattwali (ara, f’dan is-sens, id-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Woonhaven Antwerpen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑446/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:954">EU:C:2017:954</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160705">5 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Banco Popular Español u PL Salvador</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑7/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:523">EU:C:2016:523</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, li l-esklużjoni prevista fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 kienet tkopri dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 1535 tal-Kodiċi Ċivili peress li dan l-artikolu kien jikkostitwixxi dispożizzjoni imperattiva u li ma kienx jikkonċerna l-portata tas-setgħat tal-qorti nazzjonali għall-evalwazzjoni tal-karattru inġust ta’ klawżola kuntrattwali. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, għandu jingħad ukoll, b’mod iktar ġenerali, li l-imsemmi Artikolu 1535 ma jidhirx li jirrigwarda l-kontroll tal-klawżoli inġusti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-informazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni tar-rinviju, jidher li l-istess jgħodd fir-rigward tal-Artikoli 17 u 540 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, li madankollu huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-paragrafi (a) u (b) tal-ewwel domanda fil-Kawża C‑96/16 għandha tkun, minn naħa, li d-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tapplikax għal prassi ta’ professjonist li tikkonsisti fit-trasferiment jew fix-xiri ta’ dejn miżmum fil-konfront ta’ konsumatur, mingħajr ma l-possibbiltà ta’ tali trasferiment tkun prevista mill-kuntratt ta’ self konkluż ma’ dan il-konsumatur, mingħajr ma dan tal-aħħar jiġi informat minn qabel dwar dan it-trasferiment jew mingħajr ma jagħti l-kunsens tiegħu u mingħajr ma tiġi offruta lilu l-possibbiltà li jifdi d-dejn tiegħu, u b’hekk jaqtgħu, billi jirrimborsa liċ-ċessjonarju l-prezz li dan ħallas skont l-imsemmi trasferiment, flimkien mal-ispejjeż, l-interessi u l-infiq applikabbli. Min-naħa l-oħra, din id-direttiva lanqas ma tapplika għal dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 1535 tal-Kodiċi Ċivili kif ukoll fl-Artikoli 17 u 540 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, li jipprevedu tali possibbiltà ta’ fidi u li jirregolaw is-sostituzzjoni taċ-ċedent biċ-ċessjonarju fil-proċeduri pendenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-paragrafu (a) tat-tieni domanda fil-Kawża C‑96/16 u l-ewwel domanda fil-Kawża C‑94/17</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tal-paragrafu (a) tat-tieni domanda fil-Kawża C‑96/16 u tal-ewwel domanda fil-Kawża C‑94/17, il-qrati tar-rinviju essenzjalment jistaqsu jekk id-Direttiva 93/13 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi ġurisprudenza nazzjonali, bħal dik tat-Tribunal Supremo (qorti suprema)<?PAGE NO="10"?> inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tgħid li klawżola mhux innegozjata ta’ kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumatur li tiffissa r-rata tal-interessi moratorji applikabbli tkun inġusta, minħabba li timponi li l-konsumatur li jinsab lura fil-ħlasijiet iħallas kumpens f’ammont sproporzjonalment għoli, meta din ir-rata taqbeż b’iktar minn żewġ punti perċentwali dik tal-interessi ordinarji previsti minn dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Kemm Banco Santander u l-Gvern Spanjol, fil-Kawża C‑96/16, kif ukoll Banco de Sabadell, fil-Kawża C‑94/17, isostnu li d-domandi msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza huma inammissibbli peress li dawn iqajmu kwistjoni purament ipotetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 267 TFUE, ibbażata fuq separazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, hija biss il-qorti nazzjonali, li hija adita bil-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li din tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Peress li dawn id-domandi jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tagħti deċiżjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Andriciuc <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑186/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:703">EU:C:2017:703</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali domandi jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Huwa biss possibbli għall-Qorti tal-Ġustizzja li tirrifjuta li tiddeċiedi dwarhom meta, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti rigward il-kontenut tat-talba għal deċiżjoni preliminari li jinsabu fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jiġux osservati, meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni jew l-evalwazzjoni tal-validità ta’ regola tal-Unjoni, mitluba mill-qorti nazzjonali, ma jkollhom ebda rabta mal-fatti jew mas-suġġett tal-kawżi prinċipali jew meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Andriciuc <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑186/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:703">EU:C:2017:703</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, fl-ewwel lok, fir-rigward tal-paragrafu (a) tat-tieni domanda fil-Kawża C‑96/16, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta f’din il-kawża jirriżulta li l-qorti tar-rinviju għadha ma ddeċidietx b’mod definittiv dwar il-karattru inġust tal-klawżoli tal-kuntratti inkwistjoni fil-kawżi prinċipali li jiffissaw ir-rata tal-interessi moratorji. Barra minn hekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 53 tal-konklużjonijiet tiegħu, minn din l-istess deċiżjoni jirriżulta li, permezz ta’ din id-domanda, din il-qorti essenzjalment tistaqsi jekk il-kriterju stabbilit mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), kif imfakkar fil-punt 18 ta’ din is-sentenza, huwiex kompatibbli mas-sistema ta’ protezzjoni tal-konsumaturi stabbilita mid-Direttiva 93/13 sa fejn din tapplika b’mod oġġettiv u awtomatiku, mingħajr ma tippermetti li l-qorti nazzjonali adita tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ. Risposta għal din id-domanda tkun utli għall-qorti msemmija, b’mod partikolari sabiex tiddetermina l-elementi li fuqhom din għandha tibbaża l-verifika tal-karattru inġust tal-klawżoli prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-ewwel domanda fil-Kawża C‑94/17, lanqas ma jidher b’mod manifest li din id-domanda ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawżi prinċipali, jew li l-problema hija ta’ natura purament ipotetika. Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 54 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-qorti tar-rinviju indikat, essenzjalment, li l-appell li hija adita bih, għalkemm jirrigwarda konkretament il-konsegwenzi tal-karattru inġust tal-klawżola inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, iqajjem ukoll dubji dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13 relatati mal-konstatazzjoni ta’ dan il-karattru. Barra minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li, konformement mal-liġi Spanjola, din il-qorti tista’ jew għandha teżamina mill-ġdid <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-imsemmi karattru fil-kuntest tal-appell pendenti quddiemha u, b’mod iktar partikolari, il-kriterji li fid-dawl tagħhom dan il-karattru għandu jiġi stabbilit — punt li jidher li din għadha ma ddeċidietx b’mod definittiv — u dan peress li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kwistjoni dwar jekk klawżola<?PAGE NO="11"?> kuntrattwali għandhiex tiġi ddikjarata inġusta għandha tiġi ttrattata bħala kwistjoni ta’ ordni pubbliku, fejn il-qorti nazzjonali hija marbuta, meta jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi ta’ dritt u ta’ fatt neċessarji għal dan il-għan, li tevalwa <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-karattru inġust ta’ klawżola kuntrattwali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Asbeek Brusse u de Man Garabito</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑488/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:341">EU:C:2013:341</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-paragrafu (a) tat-tieni domanda fil-Kawża C‑96/16 u l-ewwel domanda fil-Kawża C‑94/17 huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Banco Santander kif ukoll Banco de Sabadell isostnu li l-kriterju stabbilit fil-ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li jissemma fil-punt 18 ta’ din is-sentenza, ma huwiex vinkolanti. B’hekk, skont dawn l-istituzzjonijiet bankarji, għalkemm il-qrati Spanjoli jidhru, fil-fatt, li applikaw b’mod awtomatiku dan il-kriterju, il-qorti nazzjonali tista’ dejjem, jekk dan ikun iġġustifikat miċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, tinjorah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Gvern Spanjol sostna li l-ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) hija kumplimentari għas-sistema legali nazzjonali sa fejn din tiżgura interpretazzjoni uniformi tal-liġi mill-qrati nazzjonali. Madankollu, skont dan il-gvern, din il-ġurisprudenza ma għandhiex valur vinkolanti jew obbligatorju, fis-sens li hija nieqsa minn karattru normattiv <HT TYPE="ITALIC">erga omnes</HT>, ma għandhiex is-saħħa ta’ liġi u ma hijiex sors tal-liġi f’dan l-ordinament ġuridiku. B’hekk, il-qrati inferjuri jistgħu jinjorawha u jipprovaw iwasslu lit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) biex ibiddilha. Il-gvern imsemmi żied li l-ġurisprudenza msemmija għandha madankollu saħħa ta’ eżemplarità, fis-sens li d-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali inferjuri jistgħu jiġu annullati mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) jekk dawn jitbiegħdu minn din l-istess ġurisprudenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, f’dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ordinament ġuridiku nazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala regola, marbuta li tibbaża ruħha fuq il-kriterji li jirriżultaw mid-deċiżjoni tar-rinviju. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dritt intern ta’ Stat Membru (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Agro Foreign Trade &amp; Agency</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑507/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:129">EU:C:2017:129</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 65 sa 67 tal-konklużjonijiet tiegħu, mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jirriżulta li, skont il-qrati tar-rinviju, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), fil-ġurisprudenza inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, stabbilixxiet preżunzjoni inkonfutabbli li tgħid li klawżola li tissodisfa l-kriterju msemmi fil-punt 18 ta’ din is-sentenza hija inġusta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, essenzjalment, minn dawn id-deċiżjonijiet kif ukoll mill-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punt 56 ta’ din is-sentenza jirriżulta wkoll li n-natura vinkolanti ta’ din il-ġurisprudenza fir-rigward tal-qrati inferjuri Spanjoli ma tistax tiġi eskluża, fis-sens li dawn huma marbuta, taħt piena ta’ kritika min-naħa tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), adita fl-appell, li jiddikjaraw tal-klawżola bħala inġusta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi għad-domandi magħmula billi tibbaża ruħha fuq il-premessi esposti fiż-żewġ punti preċedenti ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm mill-ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) inkwistjoni fil-kawżi prinċipali jirriżulta li kull klawżola li tissodisfa l-kriterju msemmi fil-punt 18 ta’ din is-sentenza hija preżunta li hija inġusta, min-naħa l-oħra, din il-ġurisprudenza ma tidhirx li ċċaħħad lill-qorti nazzjonali mill-possibbiltà li tqis li klawżola ta’ kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumatur li ma tissodisfax dan il-kriterju, jiġifieri klawżola li tistabbilixxi rata ta’ interessi moratorji li ma taqbiżx b’iktar minn żewġ punti perċentwali dik tal-interessi ordinarji previsti mill-kuntratt, tkun madankollu inġusta u, jekk ikun il-każ, li tinjoraha, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-risposta għall-paragrafu (a) tat-tieni domanda fil-Kawża C‑96/16 u l-ewwel domanda fil-Kawża C‑94/17</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domandi magħmula, għandu qabel kollox jiġi rrilevat, mingħajr preġudizzju għall-verifiki li għandhom jitwettqu mill-qrati tar-rinviju, li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tidher li bbażat ruħha, biex tiddefinixxi l-kriterju msemmi fil-punt 18 ta’ din is-sentenza, fuq il-linji gwida stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-karattru eventwalment inġusta ta’ klawżola kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 17 sa 19 ta’ din is-sentenza kif ukoll mill-proċess li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) eżaminat, għal dan il-għan, ir-regoli nazzjonali applikabbli f’diversi oqsma tad-dritt u pprovat tiddetermina l-livell tar-rata ta’ interessi moratorji li tista’ tiġi raġonevolment aċċettata minn konsumatur ttrattat b’mod leali u ġust fl-aħħar tal-innegozjar individwali, filwaqt li ħarset b’mod partikolari li tinżamm il-funzjoni ta’ dawn l-interessi, li b’mod partikolari hija li tiskoraġġixxi d-dewmien fil-ħlas u l-kumpens proporzjonat lill-kreditur f’każ ta’ tali dewmien. Għalhekk jidher li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ikkonformat ruħha mar-rekwiżiti mfakkra b’mod partikolari fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-kwistjoni jekk id-Direttiva 93/13 tipprekludix l-applikazzjoni ta’ kriterju ġurisprudenzjali, bħal dak imsemmi fil-punt 18 ta’ din is-sentenza, sa fejn minnu jirriżulta li kull klawżola kuntrattwali li tissodisfah hija preżunta, b’mod inkonfutabbli, abbużiva, għandu jitfakkar li din id-direttiva hija bbażata fuq il-premessa li tgħid li l-konsumatur jinsab f’sitwazzjoni ta’ inferjorità fil-konfront tal-professjonist fir-rigward kemm tas-setgħa ta’ negozjar kif ukoll tal-livell ta’ informazzjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Biuro podróży <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Partner<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑119/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:987">EU:C:2016:987</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ tali sitwazzjoni ta’ inferjorità, id-direttiva msemmija tipprovdi, fl-Artikolu 3(1) tagħha, il-projbizzjoni ta’ klawżoli standardizzati li, minkejja r-rekwiżit ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, toħloq għad-dannu tal-konsumatur nuqqas’ ta’ ekwilibriju sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>RWE Vertrieb</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑92/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:180">EU:C:2013:180</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk il-klawżoli kuntrattwali li tressqu quddiemha għandhomx jiġu kkwalifikati bħala inġusti, filwaqt li, fil-prinċipju, skont l-Artikolu 4(1) ta’ din l-istess direttiva, jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Essenzjalment, minn dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll mill-Artikolu 6(1) u mill-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet li din tipprekludi t-tfassil ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tiddefinixxi kriterju li minnu għandu jiġi evalwat il-karattru inġust ta’ klawżola kuntrattwali, fil-każ fejn din il-leġiżlazzjoni tipprekludi lill-qorti nazzjonali aditi bi klawżola li ma tissodisfax dan il-kriterju milli teżamina dan il-karattru u, jekk ikun il-każ, milli tiddikjara lil din il-klawżola bħala inġusta u teskludiha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150121">21 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Unicaja<?PAGE NO="13"?> Banco u Caixabank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/13, C‑484/13, C‑485/13 u C‑487/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:21">EU:C:2015:21</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, kif ġie espost fil-punt 61 ta’ din is-sentenza, ma jidhirx li dan huwa l-effett tal-ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) inkwistjoni fil-kawżi prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif irrileva l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 60 tal-konklużjonijiet tiegħu, ma jistax jiġi eskluż li, fir-rwol tagħhom ta’ armonizzazzjoni fl-interpretazzjoni tad-dritt u fl-interess taċ-ċertezza legali, il-qrati supremi ta’ Stat Membru, bħat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), jistgħu, fl-osservanza tad-Direttiva 93/13, jistabbilixxu xi kriterji li fid-dawl tagħhom il-qrati inferjuri għandhom jeżaminaw il-karattru inġust tal-klawżoli kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, għalkemm il-ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) inkwistjoni fil-kawżi prinċipali ċertament ma tidhirx li hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet iktar stretti li jistgħu jiġu adottati mill-Istati Membri sabiex jiżguraw livell ta’ protezzjoni ogħla lill-konsumatur, skont l-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari peress li, kif espona l-Gvern Spanjol waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, din il-ġurisprudenza ma tidhirx li għandha s-saħħa ta’ liġi u lanqas ma tikkostitwixxi sors ta’ liġi fis-sistema legali Spanjola, xorta jibqa’ l-fatt li l-istabbiliment ta’ kriterju ġurisprudenzjali, bħal dak stabbilit f’dan il-każ mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), jifforma parti mill-għan ta’ protezzjoni tal-konsumaturi mfittex minn din id-direttiva. Fil-fatt, mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, kif ukoll mill-istruttura ġenerali tagħha jirriżulta li din id-direttiva hija intiża mhux biex tiżgura bilanċ kuntrattwali globali bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet fil-kuntratt, iżda biex tevita li jinħoloq żbilanċ bejn dawn id-drittijiet u dawn l-obbligi għad-detriment tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-imsemmija direttiva ma tipprekludix l-istabbiliment ta’ tali kriterju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta għall-paragrafu (a) tat-tieni domanda fil-Kawża C‑96/16 u għall-ewwel domanda fil-Kawża C‑94/17 għandha tkun li d-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix ġurisprudenza nazzjonali, bħal dik tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tgħid li klawżola mhux innegozjata ta’ kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumatur li tiffissa r-rata tal-interessi moratorji applikabbli tkun inġusta, minħabba li din timponi li l-konsumatur li jinsab lura fil-ħlasijiet iħallas kumpens f’ammont sproporzjonalment għoli, meta din ir-rata taqbeż b’iktar minn żewġ punti perċentwali dik tal-interessi ordinarji previsti minn dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-paragrafu (b) tat-tieni domanda fil-Kawża C‑96/16 u t-tieni domanda fil-Kawża C‑94/17</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Permezz tal-paragrafu (b) tat-tieni domanda fil-Kawża C‑96/16 u tat-tieni domanda fil-Kawża C‑94/17, il-qrati tar-rinviju jistaqsu, essenzjalment, jekk id-Direttiva 93/13 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi ġurisprudenza nazzjonali, bħal dik tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tgħid li l-konsegwenza tal-karattru inġust ta’ klawżola mhux innegozjata ta’ kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumatur li tiffissa r-rata tal-interessi moratorji tikkonsisti fl-eliminazzjoni totali ta’ dawn l-interessi, fejn jibqgħu jiddekorru l-interessi ordinarji previsti minn dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal dawn id-domandi, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, il-qorti nazzjonali adita bi klawżola kuntrattwali inġusta għandha biss tinjora l-applikazzjoni tagħha sabiex ma tipproduċix effetti vinkolanti fil-konfront tal-konsumatur, mingħajr ma hija awtorizzata tirrevedi l-kontenut ta’ din il-klawżola. Fil-fatt, dan il-kuntratt għandu jissussisti, fil-prinċipju, mingħajr ebda modifika oħra għajr dik li tirriżulta mit-tħassir tal-klawżola msemmija, sa fejn tali persistenza tal-kuntratt tkun ġuridikament possibbli b’mod konformi mar-regoli tad-dritt nazzjonali (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Banco Primus</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑421/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:60">EU:C:2017:60</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet il-possibbiltà għall-qorti nazzjonali li tissostitwixxi klawżola inġusta b’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li din il-possibbiltà hija limitata għall-każijiet fejn l-invalidità ta’ din il-klawżola tobbliga lill-qorti tannulla l-kuntratt fl-intier tiegħu, u b’hekk tesponi lill-konsumatur għal konsegwenzi tali li dan tal-aħħar ikun ippenalizzat. F’dan ir-rigward, kif il-Qorti tal-Ġustizzja kienet essenzjalment iddeċidiet, l-annullament ta’ klawżola ta’ kuntratt ta’ self li tiffissa r-rata tal-interessi moratorji applikabbli ma jistax ikollu konsegwenzi negattivi għall-konsumatur ikkonċernat sa fejn l-ammonti li jistgħu jintalbu mingħand dan tal-aħħar mill-kreditur ikunu neċessarjament inqas fl-assenza ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-interessi moratorji (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150121">21 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Unicaja Banco u Caixabank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/13, C‑484/13, C‑485/13 u C‑487/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:21">EU:C:2015:21</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-Direttiva 93/13 ma teħtieġx li l-qorti nazzjonali teskludi, minbarra l-klawżola ddikjarata inġusta, lil dawk li ma ġewx ikklassifikati bħala tali. Fil-fatt, l-għan ta’ din id-direttiva huwa li tipproteġi lill-konsumatur u terġa’ tistabbilixxi bilanċ bejn il-partijiet billi tiġi eliminata l-applikazzjoni tal-klawżoli meqjusa inġusti, filwaqt li tinżamm, fil-prinċipju, il-validità tal-klawżoli l-oħra tal-kuntratt inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Jőrös</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑397/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:340">EU:C:2013:340</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sziber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑483/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:367">EU:C:2018:367</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>B’mod partikolari, minn din id-direttiva ma jirriżultax li l-eliminazzjoni jew it-tħassir tal-klawżola ta’ kuntratt ta’ self li tiffissa r-rata tal-interessi moratorji, minħabba l-karattru inġust tagħha, għandha twassal ukoll għall-eliminazzjoni jew għat-tħassir tal-klawżola tal-kuntratt li tiffissa r-rata tal-interessi ordinarji u dan peress li dawn il-klawżoli għandhom jiġu sseparati b’mod ċar. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, għandu fil-fatt jiġi rrilevat li, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C‑94/17, l-interessi moratorji huma intiżi sabiex jippenalizzaw in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni mid-debitur tal-obbligi li jwettaq il-ħlasijiet tas-self fl-iskadenzi miftiehma kuntrattwalment, biex jiskoraġġixxu lil dan id-debitur milli jdum fl-eżekuzzjoni tal-obbligi tiegħu u, jekk ikun il-każ, biex il-kreditur jiġi kkumpensat għad-dannu subit minħabba l-ħlas tard. Min-naħa l-oħra, l-interessi ordinarji għandhom funzjoni ta’ ħlas għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ somma flus mill-kreditur sad-data tar-rimbors tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 90 tal-konklużjonijiet tiegħu, dawn il-kunsiderazzjonijiet japplikaw irrispettivament minn kif inhuma fformulati l-klawżola kuntrattwali li tistabbilixxi r-rata tal-interessi moratorji u dik li tiffissa r-rata tal-interessi ordinarji. B’mod partikolari, dawn japplikaw mhux biss meta r-rata tal-interessi moratorji tkun iddefinita indipendentement mir-rata tal-interessi ordinarji, fi klawżola distinta, iżda wkoll meta r-rata tal-interessi moratorji tkun iddeterminat taħt forma ta’ żieda fir-rata tal-interessi ordinarji minn ċertu numru ta’ punti perċentwali. F’dan l-aħħar każ, peress li l-klawżola inġusta tikkonsisti f’din iż-żieda, id-Direttiva 93/13 teżiġi biss li l-imsemmija żieda tiġi annullata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mingħajr preġudizzju għall-verifiki li għandhom jitwettqu mill-qrati tar-rinviju, mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jirriżulta li s-soluzzjoni adottata fil-ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) inkwistjoni fil-kawżi prinċipali timplika li l-qorti nazzjonali, li tkun ikkonstatat il-karattru inġust tal-klawżola ta’ kuntratt ta’ self li tiffissa r-rata tal-interessi moratorji, teskludi purament u sempliċement l-applikazzjoni ta’ din il-klawżola jew taż-żieda li jirrappreżentaw dawn l-interessi meta mqabbla mal-interessi ordinarji, mingħajr ma tista’ tissostitwixxi lil dik il-klawżola b’dispożizzjonijiet leġiżlattivi supplimentari jew tirrevedi l-klawżola inkwistjoni, filwaqt li żżomm il-validità tal-klawżoli l-oħra tal-kuntratt, b’mod partikolari dik relatata mal-interessi ordinarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-paragrafu (b) tat-tieni domanda fil-Kawża C‑96/16 u għat-tieni domanda fil-Kawża C‑94/17 għandha tkun li d-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix ġurisprudenza nazzjonali, bħal dik tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tgħid li l-konsegwenza tal-karattru inġust ta’<?PAGE NO="15"?> klawżola mhux innegozjata ta’ kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumatur li tiffissa r-rata tal-interessi moratorji tikkonsisti fl-eliminazzjoni totali ta’ dawn l-interessi, fejn jibqgħu jiddekorru l-interessi ordinarji previsti minn dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda fil-Kawża C‑94/17</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta fin-negattiv mogħtija għat-tieni domanda fil-Kawża C‑94/17, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tielet domanda f’dik il-kawża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawżi prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandha tiġi interpretata fis-sens, minn naħa, li din ma tapplikax għal prassi ta’ professjonist li tikkonsisti fit-trasferiment jew fix-xiri ta’ dejn miżmum fil-konfront ta’ konsumatur, mingħajr ma l-possibbiltà ta’ tali trasferiment tkun prevista mill-kuntratt ta’ self konkluż ma’ dan il-konsumatur, mingħajr ma dan tal-aħħar jiġi informat minn qabel dwar dan it-trasferiment jew mingħajr ma jagħti l-kunsens tiegħu u mingħajr ma tiġi offruta lilu l-possibbiltà li jifdi d-dejn tiegħu, u b’hekk jaqtgħu, billi jirrimborsa liċ-ċessjonarju l-prezz li dan ħallas skont l-imsemmi trasferiment, flimkien mal-ispejjeż, l-interessi u l-infiq applikabbli. Min-naħa l-oħra, din id-Direttiva lanqas ma tapplika għal dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 1535 tal-Código Civil (il-Kodiċi Ċivili) kif ukoll fl-Artikoli 17 u 540 tal-Ley 1/2000 de Enjuiciamiento Civil (il-Liġi 1/2000 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, tas-<DATE ISO="20000107">7 ta’ Jannar 2000</DATE>, li jipprevedu tali possibbiltà ta’ fidi u li jirregolaw is-sostituzzjoni taċ-ċedent biċ-ċessjonarju fil-proċeduri pendenti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix ġurisprudenza nazzjonali, bħal dik tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tgħid li klawżola mhux innegozjata ta’ kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumatur li tiffissa r-rata tal-interessi moratorji applikabbli tkun inġusta, minħabba li din timponi li l-konsumatur li jinsab lura fil-ħlasijiet iħallas kumpens f’ammont sproporzjonalment għoli, meta din ir-rata taqbeż b’iktar minn żewġ punti perċentwali dik tal-interessi ordinarji previsti minn dan il-kuntratt.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix ġurisprudenza nazzjonali, bħal dik tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tgħid li l-konsegwenza tal-karattru inġust ta’ klawżola mhux innegozjata ta’ kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumatur li tiffissa r-rata tal-interessi moratorji tikkonsisti fl-eliminazzjoni totali ta’ dawn l-interessi, fejn jibqgħu jiddekorru l-interessi ordinarji previsti minn dan il-kuntratt.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>