European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1207

3.6.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1207

tat-2 ta' Ġunju 2026

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1), l-Artikolu 232(1), il-punt (b), u l-Artikolu 232(3), il-punt (b), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-pajjiżi terzi jew it-territorji kkonċernati jiġu elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jikkonformaw magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Fil-21 ta’ Mejju 2026 u fit-22 ta’ Mejju 2026, il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat ġodda tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fil-provinċji ta’ Saskatchewan u Alberta, li ġew ikkonfermati fit-12 ta’ Mejju 2026 u fid-19 ta’ Mejju 2026, rispettivament, permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Fil-21 ta’ Mejju 2026, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar total ta’ sitt tifqigħat ġodda tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ Indiana u Minnesota, li ġew ikkonfermati bejn il-15 ta’ Mejju 2026 u l-20 ta’ Mejju 2026 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

Wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti nnotifikaw l-istabbiliment taż-żoni ristretti ta’ mqar 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u l-implimentazzjoni ta’ politika tal-qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(8)

Il-Kanada u l-Istati Uniti ppreżentaw aktar informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji rispettivi tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI.

(9)

L-informazzjoni pprovduta mill-Kanada u mill-Istati Uniti ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti, jixraq li jiġi sospiż id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat il-ġodda f’dawk il-pajjiżi terzi, biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu d-dati meta ġew ikkonfermati t-tifqigħat. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati għall-Kanada u għall-Istati Uniti fit-tabelli stabbiliti fil-Parti 1, it-Taqsima B, u fl-Anness V, il-Parti 2 u fit-tabella stabbilita fl-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati kif xieraq.

(10)

Barra minn hekk, ir-Renju Unit ipprovda informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu fir-rigward tat-tifqigħat preċedenti tal-HPAI li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, kif stabbilit fit-tabella fl-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B, u fit-tabella tal-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(11)

B’mod partikolari, fil-21 ta’ Mejju 2026 u fit-28 ta’ Mejju 2026, ir-Renju Unit ippreżenta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li kien ħa fir-rigward ta’ erba’ tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fil-kontej ta’ Cambridgeshire u Lincolnshire, fl-Ingilterra, li ġew ikkonfermati fil-11 ta’ April 2026 u fis-17 ta’ April 2026 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(12)

Ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni li wara dawk it-tifqigħat preċedenti tal-HPAI, implimenta politika ta’ qerda sabiex jikkontrolla u jillimita t-tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll lesta t-tindif u d-diżinfezzjoni meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettat.

(13)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni ppreżentata mir-Renju Unit f’dak ir-rigward, u jidhrilha li ta garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li kienet wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa fl-Unjoni miż-żoni affettwati, kif stabbilit fit-tabella fl-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B, u fit-tabella tal-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni affettwati tar-Renju Unit, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. Għalhekk, l-entrati għar-Renju Unit f’dawk it-tabelli f’dawk l-Annessi jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(14)

Filwaqt li jitqies li t-tifqigħat il-ġodda tal-HPAI fil-Kanada u fl-Istati Uniti, u biex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mar-Renju Unit, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’mod urġenti.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta' Ġunju 2026

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.337 u CA-2.338 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.336:

“CA

il-Kanada

CA-2.337

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

12.5.2026

 

CA-2.338

N, P1

 

19.5.2026”;

 

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.467 sa GB-2.470 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.467

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

11.4.2026

27.5.2026

GB-2.468

N, P1

 

14.4.2026

21.5.2026

GB-2.469

N, P1

 

14.4.2026

21.5.2026

GB-2.470

N, P1

 

17.4.2026

21.5.2026”;

(iii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1380 sa US-2.1385 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1379:

“US

l-Istati Uniti

US-2.1380

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

15.5.2026

 

US-2.1381

N, P1

 

15.5.2026

 

US-2.1382

N, P1

 

20.5.2026

 

US-2.1383

N, P1

 

18.5.2026

 

US-2.1384

N, P1

 

18.5.2026

 

US-2.1385

N, P1

 

19.5.2026”;

 

(b)

il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni CA-2.337 u CA-2.338 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona CA-2.336:

“il-Kanada

CA-2.337

Saskatchewan – Latitude 50.0, Longitude -104.52

The municipalities involved are:

3km PZ: Caledonia No. 99, Corinne, and Milestone

10km SZ: Bratt’s Lake, Caledonia No. 99, Corinne, Milestone, and Wilcox

CA-2.338

Alberta – Latitude 51.67, Longitude -112.34

The municipalities involved are:

3km PZ: Craigmyle and Starland

10km SZ: Craigmyle, Special Area No. 2, and Starland”;

(ii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.1380 sa US-2.1385 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.1379:

“l-Istati Uniti

US-2.1380

State of Minnesota

Becker 12

Becker County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 95.4102666°W 46.8812624°N)

US-2.1381

State of Minnesota

Becker 13

Becker County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 95.3845299°W 46.8727923°N)

US-2.1382

State of Minnesota

Becker 14

Becker County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 95.3962366°W 46.8758123°N)

US-2.1383

State of Indiana

Elkhart 43

Elkhart County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6982159°W 41.6528338°N)

US-2.1384

State of Indiana

LaGrange 91

LaGrange County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.4574597°W 41.6544568°N)

US-2.1385

State of Indiana

LaGrange 92

LaGrange County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.5057809°W 41.7636505°N)”;

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.337 u CA-2.338 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.336:

“CA

il-Kanada

CA-2.337

POU, RAT

N, P1

 

12.5.2026

 

GBM

P1

 

12.5.2026

 

CA-2.338

POU, RAT

N, P1

 

19.5.2026

 

GBM

P1

 

19.5.2026”;

 

(b)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żoni GB-2.467 sa GB-2.470 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.467

POU, RAT

N, P1

 

11.4.2026

27.5.2026

GBM

P1

 

11.4.2026

27.5.2026

GB-2.468

POU, RAT

N, P1

 

14.4.2026

21.5.2026

GBM

P1

 

14.4.2026

21.5.2026

GB-2.469

POU, RAT

N, P1

 

14.4.2026

21.5.2026

GBM

P1

 

14.4.2026

21.5.2026

GB-2.470

POU, RAT

N, P1

 

17.4.2026

21.5.2026

GBM

P1

 

17.4.2026

21.5.2026”;

(c)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1380 sa US-2.1385 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1379:

“US

l-Istati Uniti

US-2.1380

POU, RAT

N, P1

 

15.5.2026

 

GBM

P1

 

15.5.2026

 

US-2.1381

POU, RAT

N, P1

 

15.5.2026

 

GBM

P1

 

15.5.2026

 

US-2.1382

POU, RAT

N, P1

 

20.5.2026

 

GBM

P1

 

20.5.2026

 

US-2.1383

POU, RAT

N, P1

 

18.5.2026

 

GBM

P1

 

18.5.2026

 

US-2.1384

POU, RAT

N, P1

 

18.5.2026

 

GBM

P1

 

18.5.2026

 

US-2.1385

POU, RAT

N, P1

 

19.5.2026

 

GBM

P1

 

19.5.2026”.

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1207/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)