Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla), tal-21 ta’ Novembru 2007, Gargani vs Il-Parlament (T-94/06), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikors ippreżentat mill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew, intiż sabiex tiġi ddikjarata l-illegalità tad-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew li jiġu ppreżentati osservazzjonijiet bil-miktub f’isem il-Parlament, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta’ kawża għal deċiżjoni preliminari, adottata kontra l-parir tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u li tirrifjuta li l-kwistjoni titressaq quddiem is-seduta plenarja.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) G. Gargani huwa kkundannat għall-ispejjeż.