|
3.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/40 |
DIRETTIVA 2009/75/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2009
dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku)
(verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2)
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 79/622/KEE tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku) (3) ġiet emendata b’mod sostanzjali diversi drabi (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, id-Direttiva msemmija għandha tiġi kkodifikata. |
|
(2) |
Id-Direttiva 79/622/KEE hija waħda mid-Direttivi partikolari li għandhom x’jaqsmu mas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, kif sostitwita bid-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jingibed u li jista’ jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unijajiet separati teknici (5), u li stabbilietpreskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, fir-rigward tal-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib (kontroll statiku). Dawn il-preskrizzjonijet tekniċi ji jimmiraw lejn l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2003/37/KE, li għandha tkun applikata fir-rigward ta’ kull tip ta’ trattur. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/37/KE dwar sistemi tal-vetturi rigward tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jingibed u li jista’ jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati teknici japplikaw għal din id-Direttiva. |
|
(3) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi msemmija fl-Anness X, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Din id-Direttiva tapplika għat-tratturi kif definiti u fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2003/37/KE li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:
|
(a) |
spazju ħieles taħt il-fus ta’ wara ta’ mhux aktar minn 1 000 mm; |
|
(b) |
wisa’ fissa minima aġġustabbli tat-track ta’ waħda mill-fwies tas-sewqan ta’ 1 150 mm jew aktar; |
|
(c) |
possibilità li jitwaħħlilha strument għall-multipoint coupling għal għodda li jinqalgħu u żbarra għall-irmunkar; |
|
(d) |
massa ta’ 800 kg jew aktar, li tikkorrispondi mal-massa bla piż tat-trattur mhux mgħobbi kif definit fil-punt 2.1.1 tal-Anness I għad-Direttiva 2003/37/KE, li jinkludi l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib mgħammra skont din id-Direttiva u tyres tal-akbar daqs rakkomandat mill-manifattur. |
Artikolu 2
1. Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip KE għal komponent E għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur skont ir-rekwiżiti ta’ kostruzzjoni u kontroll stabbiliti fl-Annessi I sa V.
2. Stat Membru li ta approvazzjoni tat-tip KE għal komponentgħandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkontrolla, sa fejn hu neċessarju u jekk hemm bżonn b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra, li l-mudelli ta’ protezzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. Tali kontroll għandha tkun limitata għal kontrolli fuq il-post.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur approvati skont l-Artikolu 2, joħorġu lill-manifattur tat-trattur jew tal-struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib, jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent li tikkonforma mal-mudell esibit f’Anness VI.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jimpedixxu l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib li jkollhom l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent skont l-Artikolu 2 u tagħmir ieħor.
Artikolu 4
L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib jew it-twaħħil tagħhom fuq tratturi għal raġunijiet relatati mall-kostruzzjoni tagħhom jekk dawn ikollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent.
Madankollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib li għandhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent u li jonqsu konsistentement milli jikkkonformaw mat-tip approvat.
Dak l-Istat għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda, filwaqt li jispeċifika r-raġunijijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
Artikolu 5
L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jibagħtu fi żmien xahar lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, kopji taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent, li eżempju tagħhom huwa mogħti fl-Anness VII, kompluti għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li huma japprovaw jew li jirrifjutaw li japprovaw.
Artikolu 6
1. Jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent jsib li numru ta’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-tratturi li għandhom l-istess marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent ma jikkonformawx mat-tip li huwa jkun approva, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat.
L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk l-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda, li jistgħu jestendu għall-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent fejn ikun hemm nuqqas ta’ konformità serja u ripetuta.
L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jiġu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’dan in-nuqqas ta’ konformità.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar b’kull irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent u dwar ir-raġunijiet għat-teħid ta’ tali miżura.
Artikolu 7
Kull deċiżjoni meħuda skont id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, li tirrifjuta jew tirtira approvazzjoni tat-tip KE għal komponent, jew li tipprojbixxi t-tqegħid tagħhom fis-suq jew l-użu tagħhom, għandha tispeċifika fid-dettal ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata.
Tali deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tkun infurmata bir-rimedji ġudizzjarji disponibbli skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti ta’ żmien permess għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji.
Artikolu 8
1. L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip KE jew li joħorġu id-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u) tad-Direttiva 2003/37/KE jew li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur għal raġunijiet marbuta mal-istruttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I sa IX ġew sodisfatti.
2. L-Istati Membri ma jistgħux joħorġu d-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u), tad-Direttiva 2003/37/KE għal tip ta’ trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 9
L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni jew jipprojbixxu l-bejgħ, id-dħul fiċ-ċirkulazzjoni għall-ewwel darba jew l-użu ta’ tratturi għal raġunijiet marbuta mal-istruttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I sa XI ġew sodisfatti.
Artikolu 10
Għall-għanijiet ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE, kwalunkwe trattur li jirreferi għalih l-Artikolu 1 għandu jkun mgħammar bi struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li tissoddisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I sa IV.
Madankollu t-tratturi definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/57/KE tat-13 ta’ Lulju 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (6) jistgħu, għall-għanijiet ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE, jkunu mgħammra bi struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li tissoddisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I sa IV ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 11
L-emendi neċessarji biex ir-rekwiżiti fl-Annessi I sa IX jiġu adattati għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.
Artikolu 12
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 13
Id-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata mill-atti msemmija fl-Anness X, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi msemmija fl-Anness X, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XI.
Artikolu 14
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 15
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009
Għall-Parlament Ewropew
Il-president
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-president
E. ERLANDSSON
(1) ĠU C 211, 19.8.2008, p. 17.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2008 (għadha mhix ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2009.
(4) Anness X, Parti A.
(6) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
LISTA TA’ ANNESSI
|
ANNESS I |
Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent |
|
ANNESS II |
Rekwiżiti għall-kontroll tas-saħħa tal-istrutturi ta’ protezzjoni u tat-twaħħil tagħhom mat-tratturi |
|
ANNESS III |
Proċeduri għall -kontroll |
|
ANNESS IV |
Figuri |
|
ANNESS V |
Mudell tar-rapport tal-kontroll ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent ta’ struttura ta’ protezzjoni (qafas jew kabina tas-sigurtà) rigward is-saħħa tagħha kif ukoll is-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur |
|
ANNESS VI |
Marki |
|
ANNESS VII |
Mudell taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent |
|
ANNESS VIII |
Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip KE |
|
ANNESS IX |
Mudell ta’ Anness għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE għal tip ta’ trattur dwar is-saħħa tal-istrutturi ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħhom mat-trattur (kontrolli statiċi) |
|
ANNESS X |
Parti A: Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha Parti B: Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali |
|
ANNESS XI |
Tabella ta’ korrelazzjoni |
ANNESS I
Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent1.
1. DEFINIZZJONI
|
1.1. |
“Struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib” (safety cab jew qafas), minn issa ’il quddiem msejħa “struttura ta’ protezzjoni”, tfisser l-istruttura fuq trattur li l-iskop essenzjali tagħha huwa li jiġu evitati jew limitati riskji lis-sewwieq li jirriżultaw minn qlib tat-trattur waqt użu normali. |
|
1.2. |
L-istrutturi msemmija f’1.1 huma karatterizzati mill-fatt li waqt lil-kontrolli preskritti fl-Annessi II u III jiżguraw spazju mhux mfixkel ġewwa fihom kbir biżżejjed biex jipproteġi lis-sewwieq. |
2. REKWIŻITI ĠENERALI
|
2.1. |
Kull struttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha mat-trattur għandha tkun hekk disinjata u mibnija sabiex tilħaq l-għan ewlieni stabbilit fil-punt 1. |
|
2.2. |
Din il-kondizzjoni titqies milħuqa jekk ir-rekwiżiti tal-Annessi II u III jiġu sodisfatti. |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE GĦAL KOMPONENT
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent dwar is-saħħa ta’ struttura ta’ protezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħha ma’ trattur għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-trattur jew mill-manifattur tal-istruttura ta’ protezzjoni jew mir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu. |
|
3.2. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent għandha tiġi akkumpanjata mid-dokumenti msemmijin hawn taħt fit-tliet kopji u bil-partikolari li ġejjin:
|
|
3.3. |
Trattur li jirrapreżenta t-tip ta’ trattur li għalih huwa maħsub li l-istruttura ta’ protezzjoni li għandha tiġi approvata għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli biex imexxi l-kontrolli tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti. Dan it-trattur għandu jiġi mgħammar bl-istruttura ta’ protezzjoni. |
|
3.4. |
Min għandu approvazzjoni tat-tip KE għal komponent jista’ jitlob l-estensjoni tagħha għal tipi oħrajn ta’ tratturi. L-awtorità kompetenti li kienet tat l-approvazzjoni oriġinali tat-tip KE għal komponent għandha tagħti l-estensjoni jekk l-istruttura ta’ protezzjoni approvata u t-tip(i) ta’ trattur li għalihom tintalab l-estensjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
4. MARKI
|
4.1. |
Kull struttura ta’ protezzjoni li tikkonforma mat-tip approvat għandu jkollha l-marki li ġejjin:
|
|
4.2. |
Dawn il-partikolari kollha għandhom jidhru fuq plakka żgħira. |
|
4.3. |
Dawn il-marki għandhom ikunu viżibbli, li jistgħu jinqraw u ma jitħassrux. |
ANNESS II
Rekwiżiti għall-kontroll tas-saħħa tal-istrutturi ta’ protezzjoni u tat-twaħħil tagħhom mat-tratturi
1. REKWIŻITI ĠENERALI
1.1. Għanijiet tal-kontroll
Kontrolli li jsiru bl-użu ta’ riggijiet speċjali huma maħsuba li jissimulaw tali tagħbijiet bħalma jiġu imposti fuq struttura ta’ protezzjoni meta jinqaleb it-trattur. Dawn -il-kontrolli, deskritti fl-Anness III, jippermettu li jsiru osservazzjonijiet dwar is-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni u kwalunkwe saljatura mwaħħla mat-trattur u kwalunkwe parti tat-trattur li titrasmetti l-forza tal-kontroll.
1.2. Preparazzjoni għall-kontroll
1.2.1. L-istruttura ta’ protezzjoni għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni tas-serje. Għandha tiġi mwaħħla skont il-metodu tat-twaħħil dikjarat mill-manifattur ma’ waħda mit-tratturi li ġiet disinjata għaliha. Mhux meħtieġ trattur komplet għall-kontroll; madankollu l-istruttura ta’ protezzjoni u partijiet tat-trattur li jitwaħħal fuqhom-għall-kontrolli għandhom jirrapreżentaw stallazzjoni li topera, minn hawn ‘il quddiem se tiġi msejjħa bħala “l-assemblea”.
1.2.2. L-assemblea għandha titwaħħal mal-bedplate biex il-membri li jgħaqqdu l-assemblea u l-bedplate ma jitgħawġux b’mod sinjifikanti b’relazzjoni mal-istruttura ta’ protezzjoni taħt tagħbija. Il-metodu ta’ twaħħil tal-assemblea mal-bedplate ma jistax minnu nnifsu jimmodifika s-saħħa tal-assemblea.
1.2.3. L-assemblea għandha tiġi miżmuma u mwaħħla jew tiġi modifikata sabiex l-enerġija kollha tal-kontroll tiġi assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha mal-komponenti riġidi tat-trattur.
1.2.3.1. Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ punt 1.2.3, il-modifikazzjoni għandha ssakkar kwalunkwe sospensjoni tar-rikba tat-trattur sabiex jiġi żgurat li ma jassorbi l-ebda enerġija tal-kontroll.
1.2.4. Għall-kontroll it-trattur għandu jiġi mgħammar bil-komponenti strutturali kollha tal-produzzjoni tas-serje li tista’ tinfluwenza s-saħħa tal-istruttura tal-protezzjoni jew li tista’ tkun meħtieġa għall-kontroll tas-saħħa.
Komponenti li jistgħu jikkrejaw riskju fiż-żona ħielsa għandhom wkoll jiġu mgħammra sabiex ikunu jistgħu jiġu eżaminati biex jiġi kontrollat jekk ġewx milħuqa r-rekwiżiti tal-punt 4.
Kull komponent li s-sewwieq stess jista’ jneħħi għandhom jitneħħew meta jsiru l-kontrolli. Jekk huwa possibbli li l-bibien u t-twieqi jinżammu miftuħin jew li jitneħħew meta t-trattur jkun qiegħed jintuża, iridu jinżammu miftuħin jew jitneħħew waqt li jsiru l-kontrolli, sabiex ma tiżdiedx is-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib. Jekk, f’din il-pożizzjoni, jikkostitwixxu perikolu lis-sewwieq jekk it-trattur jinqaleb, ir-rapport tal-kontroll irid jirreferi għal dan il-fatt.
1.3. Massa tat-trattur
Il-massa ta’ referenza mt, tintuża fil-formoli (ara Anness III) biex jiġu kkalkolati l-enerġiji u l-forza ta’ tgħaffiġ, għandha tkun għall-anqas dik definita fil-punt 2.1.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2003/37/KE (i.e. teskludi aċċessjori mhux obbligatorji imma tinkludi coolant, żjut, karburanti, għodda u s-sewwieq) kif ukoll l-istruttura ta’ protezzjoni u jitnaqqsu 75 kg.
Mhumiex inklużi tagħbiiet mhux obbligatorji fuq quddiem jew wara, saborra tat-tyre, implementi mwaħħlin, tagħmir armat jew kwalunkwe komponenti speċjaliżżati.
2. APPARAT U TAGĦMIR
2.1. Kontrolli għal tagħbija orizzontali (ġenb u lonġitudinali)
2.1.1. Materjal, tagħmir u mezzi biex jorbtu l-isfel li huma xierqa biex jiżguraw li l-assemblea hija mwaħħla sew mal-bedplate, independentement mit-tyre jekk preżenti.
2.1.2. Mezzi biex tiġi applikata forza orizzontali fuq l-istruttura ta’ protezzjoni bi travu iebes kif muri fil-Figuri 1 u 2 tal-Anness IV.
2.1.2.1. It-travu iebes għandu jkollu dimensjoni tal-wiċċ vertikali ta’ 150 mm.
2.1.2.2. Għandha issir disposizzjoni sabiex it-tagħbija jista’ jiġi distribwit uniformament għad-direzzjoni tat-tagħbija u ma’ travu li huwa ta’ tul ta’ wieħed mill-multipli eżatti ta’ 50 bejn 250 u 700 mm.
2.1.2.3. It-trufijiet tat-travu f’kuntatt mal-istruttura ta’ protezzjoni għandha tkun mgħawwġa fit-tond b’radius massimu ta’ 50 mm.
2.1.2.4. Ġunti universali – jew l-ekwivalenti – għandhom jiġu inkorporati biex jiġi żgurat li l-attrezzatura tat-tagħbija ma tkaxkarx l-istruttura fit-tidwir jew fiċ-ċaqliq f’kwalunkwe direzzjoni minbarra d-direzzjoni tat-tagħbija.
2.1.2.5. Fejn it-tul orizzontali tal-istruttura ta’ protezzjoni li għaliha għandha tiġi applikata t-tagħbija ma tikkostitwix linja dritta normali għad-direzzjoni tal-applikazzjoni tat-tagħbija, l-ispazju għandu jiġi mimli sabiex it-tagħbija tiġi distribwita ma’ dan it-tul.
2.1.3. Tagħmir għall-kejl, sa fejn teknikament possibbli, tal-enerġija assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni u l-partijiet riġidi tat-trattur li magħha hija mwaħħla, per eżempju billi tkejjel il-forza applikata matul id-direzzjoni tal-applikazzjoni tagħha u t-tagħwiġa relativa li tikkorrispondi mall-punt fuq ix-chassis tat-trattur.
2.1.4. Mezzi biex jiġi ppruvat li ma kienx hemm dħul mill-istruttura ta’ protezzjoni fiż-żona ta’ spazju matul il-kontroll. Rig skont il-figuri 6 ta’l-Anness IV jista’ jintuża.
2.2. Kontrolli ta’ tgħaffiġ (wara u quddiem)
2.2.1. Materjal, tagħmir u mezzi biex jorbtu l-isfel li huma xierqa biex jiżguraw li t-trattur huwa mwaħħal sew mal-bedplate, indipendentement mit-tyres.
2.2.2. Mezzi biex tiġi applikata forza vertikali għall-istruttura ta’ protezzjoni, bħalma huwa muri fil-figura 3 tal-Anness IV, inkluż travu iebes li jgħaffeġ li huwa wiesa’ 250 mm.
2.2.3. Tagħmir biex titkejjel il-forza vertikali totali applikata.
2.2.4. Mezzi biex jiġi ppruvat li ma kienx hemm dħul mill-istruttura ta’ protezzjoni fiż-żona ta’ spazju matul il-kontroll. Rig skont il-figuri 6 ta’l-Anness IV jista’ jintuża.
2.3. Tolleranza fil-kejl
2.3.1. Dimensjonijiet: ± 3 mm.
2.3.2. Tagħwiġa: ± 3 mm.
2.3.3. Massa tat-trattur ± 20 kg.
2.3.4. Tagħbijiet u forzi: ± 2 %.
2.3.5. Direzzjoni tat-tagħbija: devjazzjoni mid-direzzjonijiet orizzontali u vertikali speċifikati fl-Anness III:
|
— |
mill-bidu tal-kontroll, taħt tagħbija żero: ± 2°, |
|
— |
waqt il-kontroll, taħt tagħbija: 10° fuq u 20° taħt l-orizzontali. Dawn il-varjazzjonijiet għandhom jinżammu fil-minimu. |
3. KONTROLL
3.1. Rekwiżiti ġenerali
3.1.1. Sekwenza tal-kontroll
3.1.1.1. Is-sekwenza tal-kontroll għandha tkun kif ġej:
|
3.1.1.1.1. |
Tagħbija lonġitudinali (Anness III, 1.2) Għal tratturi b’min tal-anqas 50 % tal-massa kif definita fil-punt 1.3 fuq ir-roti ta’ wara t-tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn wara (każ 1). Għal tratturi oħra t-tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn quddiem (każ 2). |
|
3.1.1.1.2. |
L-ewwel kontroll ta’ tgħaffiġ: L-ewwel kontroll ta’ tgħaffiġ għandu jiġi applikat fl-istess tarf tal-istruttura ta’ protezzjoni bħat-tagħbija lonġitudinali. i.e.:
|
|
3.1.1.1.3. |
Tagħbija mill-ġenb (Anness III, punt 1.3) |
|
3.1.1.1.4. |
It-tieni kontroll ta’ tgħaffiġ: It-tieni kontroll ta’ tgħaffiġ għandu jiġi applikat fit-tarf oppost minn dak tal-istruttura ta’ protezzjoni għat-tagħbija lonġitudinali. i.e.:
|
|
3.1.1.1.5. |
It-tieni tagħbija lonġitudinali (Anness III, punt 1.7): It-tieni tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata għal tratturi li huma mgħammra bi struttura ta’ protezzjoni disinjata biex titmejjel meta d-direzzjoni tal-applikazzjoni ta’ tagħbija lonġitudinali (ara punt 3.1.1.1.1) ma tkunx mejlet l-istruttura ta’ protezzjoni. |
3.1.1.2. Jekk, waqt il-kontroll, tinkiser jew tiċċaqlaq kwalunkwe parti mit-tagħmir li jrażżan, il-kontroll għandu jinbeda mill-ġdid.
3.1.1.3. Ma jistgħu jsiru l-ebda tiswijiet jew aġġustamenti lit-trattur jew lill-istruttura ta’ protezzjoni waqt il-kontrolli.
3.1.2. Wisa’ tas-serbut tar-roti
Ir-roti għandhom jitneħħew jew jiġu ffissati f’wisa’ tas-serbut li jiżgura li ma tista’ ssir l-ebda interferenza mal-istruttura ta’ protezzjoni waqt il-kontrolli.
3.1.3. Tneħħija tal-komponenti li ma joħolqux periklu
Il-komponenti kollha tat-trattur u l-istruttura ta’ protezzjoni li, bħala unitajiet kompleti, jikkostitwixxu protezzjoni għas-sewwieq – inkluża protezzjoni tat-temp – għandhom jiġu pprovduti kompleti fuq trattur għall-ispezzjoni.
L-istruttura ta’ protezzjoni li tiġi kontrollata ma’ għandhiex għalfejn tiġi mgħammra bi twieqi ta’ quddiem, tal-ġenb jew ta’ wara bil-ħġieġ tas-sigurtà jew material simili, jew bi kwalunkwe pannell, tagħmir u aċċessorji li ma’ għandhomx funzjoni ta’ saħħa strutturali u li ma jistax joħloq periklu fil-każ ta’ qlib.
3.1.4. Strumentazzjoni
L-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi strumentata bit-tagħmir meħtieġ biex tiġi akkwistata l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi mpinġi d-dijagramma tad-tagħwiġa tal-forza (ara figura 4 tal-Anness IV). Tagħwiġa totali u permanenti tal-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi mkejjla u nnotata għal kull stadju tal-kontroll (ara figura 5 tal-Anness IV)
3.1.5. Direzzjoni tat-tagħbija
F’każ ta’ trattur li fih s-sedil mhux fuq il-pjan medju tat-trattur u/jew saħħa mhux simmetrika tal-istruttura, it-tagħbija fuq il-ġenb tkun fuq it-trattur li x’aktarx l-aktar iwassal għal vjolazzjoni taż-żona ta’ spazju waqt il-kontrolli (ara wkoll Anness III, punt 1.3).
4. REKWIŻITI TAL-AĊĊETTAZZJONI
4.1. Struttura ta’ protezzjoni sottomessa għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent għandha titqies li ssodisfat ir-rekwiżiti tas-saħħa jekk wara l-kontrolli tissoddisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
|
4.1.1. |
L-istruttuta tal-protezzjoni ma tkunx daħlet fl-ebda parti miż-żona ta’ spazju ħieles kif deskritta fil-punt 3.2 tal-Anness III jew dejjem ħarset iż-żona ħielsa matul il-kontrolli speċifikati fil-punti 1.2, 1.3, 1.5, 1.6 u, fejn addattat, 1.7 tal-Anness III. Jekk ikun sar kontroll ta’ tagħbija eċċessiva, il-forza applikata meta l-enerġija speċifikata hija assorbita għandha tkun akbar minn 0.8 tal-forza massima li jkun hemm kemm matul il-kontroll prinċipali u kemm matul il-kontroll ta’ tagħbija eċċessiva kkonċernati (ara l-figuri 4b u 4c tal-Anness IV). |
|
4.1.2. |
Waqt il-kontrolli l-istruttura ta’ protezzjoni ma’ għandiex timponi pressjoni fuq l-istruttura tas-sedil. |
|
4.1.3. |
Fil-punt meta l-livell ta’ enerġija mitluba jintlaħaq f’kull waħda mill-kontrolli speċifikati ta’ tagħbija orizzontali, l-forza għandha taqbeż 0.8 tal-forza massimas. |
4.2. Addizzjonalment, ma’ għandu jkun hemm l-ebda karatteristika li tippreżenta periklu partikolari lis-sewwieq, e.g. nuqqas ta’ kuttunament fis-saqaf jew kull post ieħor fejn tista’ tintlaqat ras is-sewwieq.
5. RAPPORT TAL-KONTROLL
5.1. Ir-rapport tal-kontroll għandu jitwaħħal maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent msemmi fl-Anness VII. Il-presentazzjoni tar-rapport għandha tkun kif muri fl-Anness V. Għandu jinkludi:
|
5.1.1. |
deskrizzjoni ġenerali tal-forma u l-kostruzzjoni tal-istruttura ta’ protezzjoni (ara Anness V għad-dimensjonijiet obbligatorji), li jinkludu d-disposizzjonijiet għall-entratura, ħruġ normali u ħruġ ta’ emerġenza; id-disposizzjonijiet għas-sistemi ta’ sħana u ta’ ventilazzjoni, u aċċessorji oħra fejn dawn huma disponibbli u fejn jistgħu jaffettwaw iż-żona ta’ spazju ħieles jew jistgħu joħolqu periklu. |
|
5.1.2. |
Dettalji ta’ karatteristiċi speċjali bħal strumenti biex jipprevenu t-tgerbib kontinwu tat-trattur. |
|
5.1.3. |
Deskrizzjoni qasira ta’ kuxxinament interjuri. |
|
5.1.4. |
Dikjarazzjoni tat-tip tal-windscreen u glazing użat u ta’ marki ta’ approvazzjoni KE jew oħrajn inkorporati. |
5.2. Jekk l-approvazzjoni tat-tip KE qed tiġi estiża għal tipi oħra ta’ tratturi, ir-rapport għandu jinkludi r-referenza eżatta tar-rapport tal-approvazzjoni oriġinali tat-tip KE għal komponent kif ukoll indikazzjonijiet preċiżi dwar ir-rekwiżiti stabbiliti fis-sezzjoni 3.4 tal-Anness I.
5.3. Ir-rapport għandu jidentifika biċ-ċar it-tip ta’ trattur (ditta, tip u deskrizzjoni kummerċjali, eċċ) użat għall-kontroll u t-tipi li għalihom l-istruttura ta’ protezzjoni hija maħsuba.
6. SIMBOLI
|
mt |
= |
massa ta’ riferenza ta’ trattur (kg) kif definit fil-punt 1.3. |
|
D |
= |
tagħwiġa (mm) ta’l-istruttura fil-punt ta’ u f’linja mal-applikazzjoni tat-tagħbija. |
|
D’ |
= |
tagħwiġa (mm) tal-istruttura għall-enerġija kkalkulata mitluba. |
|
F |
= |
forza ta’ tagħbija statika (N:newtons). |
|
Fmax |
= |
forza statika ta’ -tagħbija massima li ssir waqt tagħbija, (N) ħlief għal tagħbija żejda. |
|
F’ |
= |
il-forza tal-enerġija kkalkulata mitluba. |
|
F-D |
= |
kurva ta’ forza/tagħwiġa. |
|
Eis |
= |
penetrazzjoni ta’ enerġija li jiġi assorbit waqt tagħbija mill-ġenb (J:joules). |
|
Eil 1 |
= |
penetrazzjoni ta’ enerġija li jiġi assorbit waqt tagħbija lonġitudinali (J). |
|
Eil 2 |
= |
il-penetrazzjoni ta’ enerġija li trid tiġi assorbita matul l-applikazzjoni tat-tieni tagħbija lonġitudinali (J). |
|
Fr |
= |
forza applikata fuq wara fil-kontroll tat-tgħaffiġ (N). |
|
Ff |
= |
forza applikata fuq quddiem fil-kontroll tat-tgħaffiġ (N). |
ANNESS III
PROĊEDURA TAL-KONTROLL
1. KONTROLL GĦAT-TAGĦBIJA ORIZZONTALI U TGĦAFFIĠ
1.1. Dispożizzjonijiet ġenerali għal kontrolli ta’ tagħbija orizzontali
1.1.1. It-tagħbijiet applikati lill-istruttura ta’ protezzjoni għandhom jiġu distribwiti permezz ta’ travu iebes, li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.1.2 tal-Anness II, mqiegħda normali għad-direzzjoni tal-applikazzjoni ta’ tagħbija; it-travu iebes jista’ jkun mgħammar b’mezzi li jiprevenu iċ-ċaqliq tagħha lejn il-ġenb. Ir-rata ta’ tagħwiġa taħt tagħbija ma’ għandhiex tkun akbar minn 5 mm/s. Waqt li tiġi applikata it-tagħbija, il-valuri F u D għandhom jiġu rreġistrati simultanjament f’żidiet ta’ tagħwiġa ta’ 15-il mm jew inqas, biex tiġi żgurata l-preċiżjoni. Ladarba tkun bdiet l-applikazzjoni inizzjali, it-tagħbija ma għandhiex titnaqqas sakemm jitlesta l-kontroll; imma huwa permess li ma tiżdiedx aktar it-tagħbija jekk mixtieq, e.g. biex jiġi reġistrat il-kejl.
1.1.2. Jekk il-membru strutturali li għalih tiġi applikata it-tagħbija huwa kkurvat, għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.1.2.5 tal-Anness II. L-applikazzjoni ta’ tagħbija għandha, madankollu, tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sezzjoni 1.1.1 fuq u s-sezzjoni 2.1.2 tal-Anness II.
1.1.3. Jekk ma jeżisti l-ebda membru strutturali msallab fil-punt tal-applikazzjoni, travu sostitut għall-kontroll li ma jżidx saħħa mal-istruttura jista’ jintuża għall-proċedura tal-kontroll.
1.1.4. L-istruttura għandha tiġi viżwalment ikkontrollata meta t-tagħbija titneħħa wara li kull tagħbija tkun kompluta. Jekk saru tixqiq jew tqattigħ waqt tagħbija, il-kontroll ta’ tagħbija żejda speċifikat f’1.4 hawn taħt għandu jsir qabel ma wieħed jgħaddi għat-tagħbija li jmiss fis-sekwenza mogħtija fis-sezzjoni 3.1.1.1 tal-Anness II.
1.2. Tagħbija lonġitudinali (ara l-Figura 2 tal-Anness IV)
L-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tkun orizzontali u parallela mal-pjan medjan vertikali tat-trattur.
Għal tratturi li għandhom mill-anqas 50 % tal-massa tagħhom, kif definita fil-punt 1.3 tal-Anness II, fuq ir-roti ta’ wara, it-tagħbija lonġitudinali ta’ wara u t-tagħbija laterali għandha tiġi applikata fuq naħat differenti tal-pjan lonġitudinali medjan tal-istruttura ta’ protezzjoni. Għal tratturi li għandhom mill-anqas 50 % tal-massa tagħhom fuq ir-roti ta’ quddiem, it-tagħbija lonġitudinali ta’ quddiem għandha tkun fuq l-istess naħa tal-pjan lonġitudinali medjan tal-istruttura ta’ protezzjoni bħat-tagħbija laterali.
Għandha tiġi applikata fuq il-parti strutturali trasversali l-aktar ‘il fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni (jiġifieri, l-parti li x’aktarx tolqot l-art l-ewwel fil-każ ta’ qlib).
Il-punt ta’ applikazzjoni tat-tagħbija għandu jkun mqiegħed f’distanza ta’ wieħed minn sitta tal-wisa’ tan-naħa ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni “l ġewwa mill-kantuniera ta’ barra. Il-wisa” tal-istruttura ta’ protezzjoni għandha tittieħed bħala d-distanza ta’ bejn iż-żewġ linji paralleli mal-pjan medjan vertikali tat-trattur li jmiss l-estremitajiet ta’ barra tal-istruttura ta’ protezzjoni fi pjan orizzontali li jmiss in-naħa ta’ fuq tal-membri strutturali trasversali l-aktar ‘il fuq.
It-tul tat-travu ma’ għandux ikun inqas minn terz tal-wisa’ tal-istruttura ta’ protezzjoni (kif deskritt qabel) u mhux aktar minn 49 mm akbar minn dan il-minimu.
It-tagħbija lonġitudinali hija applikata minn wara jew minn quddiem, kif definit fil-punt 3.1.1.1 tal-Anness II.
Il-kontroll għandu jitwaqqaf kull meta:
|
(a) |
l-enerġija tat-tensjoni assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni hija ugwali għal jew akbar mid-penetrazzjonital-enerġija meħtieġa Eil 1 (fejn Eil 1 = 1,4 mt); |
|
(b) |
l-istruttura tidħol fiż-żona ta’ spazju ħieles jew tħalli liż-żona ta’ spazju ħieles mingħajr protezzjoni. |
1.3. Tagħbija mill-ġenb (ara Figura 1 tal-Anness IV)
It-tagħbija għandha tiġi applikata orizzontalment 90° mall-pjan medju vertikali tat-trattur. Għandha tiġi applikata għall-estremità l-aktar ‘il fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni f’punt ta’ 300 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil, bis-sedil fil-pożizzjoni l-aktar lura kif definita fit-taqsima 2.3.1. hawn taħt. Jekk l-istruttura ta’ protezzjoni għandha xi proġezzjoni fil-ġenb li żgur tiġi l-ewwel f’kuntatt mal-art waqt qlib lejn il-ġenb, it-tagħbija għandha tiġi applikata f’dak il-punt. Fil-każ ta’ trattur b’pożizzjoni riversibbli, it-tagħbija għandha tiġi applikata fuq in-naħa ta’ fuqnett tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fin-nofs bejn iż-żewġ punti ta’ referenza tas-sedil.
It-travu għandu jkun twil kemm huwa prattikabbli, iżda mhux itwal minn 700 mm.
Il-kontroll għandu jitwaqqaf kull meta:
|
(a) |
l-enerġija ta’ sforz assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni hija daqs jew aktar mill-penetrazzjoni tal-enerġija meħtieġa Eis (fejn Eis = 1,75 mt); jew |
|
(b) |
l-istruttura ta’ protezzjoni tikser iż-żona ta’ spazju jew tħalli ż-żona ta’ spazju mingħajr protezzjoni. |
1.4. Kontroll ta’ tagħbija żejda (ara Figuri 4a, 4b u 4ċ f’Anness IV)
1.4.1. Il-kontroll ta’ tagħbija żejda għandu jitwettaq jekk il-forza tonqos b’aktar mit-3 % waqt l-aħħar 5 % tat-tagħwiġa miksuba, fejn l-enerġija meħtieġa tinxtorob mill-istruttura (ara Figura 4b).
1.4.2. Il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija jinvolvi ż-żieda gradwali tat-tagħbija orizzontali b’żidiet ta’ 5 % tal-enerġija inizzjali mitluba sa massimu ta’ 20 % ta’ enerġija miżjuda (ara l-figura 4 c).
1.4.2.1. Il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija huwa sodisfaċenti jekk, wara kull żieda b’5 %, 10 % jew 15 % f’enerġija mitluba, il-forza tonqos b’anqas minn 3 % għal żieda ta’ 5 % u tibqa’ aktar minn 0.8 Fmass.
1.4.2.2. Il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija huwa sodisfaċenti jekk, wara li l-istruttura tkun assorbiet 20 % ta’ enerġija miżjuda, il-forza taqbeż 0.8 Fmass.
1.4.2.3. Matul il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija huma permessi xquq jew tiċritiet addizzjonali u/jew il-penetrazzjoni fi jew in-nuqqas ta’ protezzjoni taż-żona ta’ spazju ħieles minħabba diformazzjoni elastika. Madankollu, wara t-tneħħija tat-tagħbija, l-istruttura ma’ għandhiex tidħol fiż-żona ta’ spazju ħieles, li għandha tkun protetta kompletament.
1.5. Tgħaffiġ fuq wara
It-travu għandu jiġi posizzjonat fuq il-membri strutturali ta’ wara l-aktar ‘il fuq u r-riżultanti tal-forzi li jgħaffġu għandhom jinsabu fil-pjan vertikali lonġitudinali referut. Għandha tiġi applikata forza Fr = 20 mt.
Fejn il-parti ta’ wara tas-saqaf tal-istruttura ta’ protezzjoni ma jreġġix il-forza kollha li tgħaffeġ, il-forza għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf jiġi defless biex imiss mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni ma’ dik il-parti ta’ wara tat-trattur li kapaċi treġġi l-massa tal-vettura meta tinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa, u t-trattur jew il-forza ta’ tagħbija tiġi posizzjonata mill-ġdid sabiex it-travu jiġi fuq dak il-punt tal-istruttura ta’ protezzjoni li tkun tista’ imbagħad treġġi l-istruttura ta’ protezzjoni meta tinqaleb kompletament. Imbagħad għandha tiġi applikata l-forza Fr.
Il-forza Fr għandha tiġi applikata għal minimu ta’ ħames sekondi wara l-waqfa tat- tagħwiġa li tidher viżibbilment.
Il-kontroll għandu jitwaqqaf jekk l-istruttura tikser ż-żona ta’ spazju jew tħalli ż-żona ta’ spazju mingħajr protezzjoni.
1.6. Tgħaffiġ fuq quddiem
It-travu għandu jiġi posizzjonat fuq il-membri strutturali ta’ quddiem l-aktar ‘il fuq u r-riżultanti tal-forzi li jgħaffġu għandhom ikunu lokati fil-pjan vertikali lonġitudinali ta’ referenza. Għandha tiġi applikata forza Ff = 20 mt.
Fejn il-parti ta’ quddiem tas-saqaf tal-istruttura ta’ protezzjoni ma jreġġix il-forza li tgħaffeġ kollha, il-forza għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf jiġi mgħawweġ biex imiss mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni ma’ dik il-parti ta’ quddiem tat-trattur li kapaċi treġġi l-massa tal-vettura meta tinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa, u t-trattur jew il-forza ta’ tagħbija tiġi posizzjonata mill-ġdid sabiex it-travu jiġi fuq dak il-punt tal-istruttura ta’ protezzjoni li treġġi l-istruttura ta’ protezzjoni meta tinqaleb kompletament. Għandha imbagħad tiġi applikata l-forza Ff.
Il-forza Ff għandha tiġi applikata għal minimu ta’ ħames sekondi wara l-waqfa tat- tagħwiġa li tidher viżibbilment.
Waqqaf il-kontroll jekk l-istruttura tidħol fiż-żona ta’ spazju ħieles jew tħalli ż-żona ta’ spazju ħieles mingħajr protezzjoni.
1.7. It-tieni tagħbija lonġitudinali
L-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tkun orizzontalment parallela mal-pjan medju vertikali tat-trattur.
It-tieni tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn wara jew minn quddiem kif definit fil-punt 3.1.1.1 tal-Anness II.
Għandha tkun applikata fid-direzzjoni opposta għal u fil-kantuniera l-iżjed ‘il bogħod mit-tagħbija lonġitudinali fis-sezzjoni 1.2.
Għandha tiġi applikata fuq il-membru strutturali trasvers l-aktar ‘il fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni (i.e. dik il-parti li x’aktarx tmiss l-art f’inċident ta’ qlib).
Il-punt ta’ applikazzjoni tat-tagħbija għandu jkun f’distanza ta’ wieħed minn sitta mill-wisa’ ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni “l ġewwa mill-kantuniera ta’ barra. Il-wisa” tal-istruttura ta’ protezzjoni titqies bħala d-distanza bejn żewġ linji paralleli mal-pjan medju vertikali tat-trattur li tmiss l-estremitajiet fuq barra tal-istruttura ta’ protezzjoni fil-pjan orizzontali li jmiss fuq tal-membri strutturali trasversi l-aktar ‘il fuq.
It-tul tat-travu m’għandux ikun inqas minn terz tal-wisa’ tal-istruttura ta’ protezzjoni (kif deskritta qabel) u mhux aktar minn 49 mm aktar minn dan il-minimu.
Il-kontroll għandu jitwaqqaf kull meta:
|
(a) |
l-enerġija ta’ sforz assorbita mill-istruttura hija daqs jew akbar mill-penetrazzjonital-enerġija meħtieġa Eil2 (fejn Eil2 = 0.35 mt); jew |
|
(b) |
l-istruttura tidħol fiż-żona ta’ spazju jew tħalli ż-żona ta’ spazju mingħajr protezzjoni. |
2. ŻONA TA’ SPAZJU
2.1. Iż-żona ta’ spazju hija murija fil-figura 6 tal-Anness IV u definita f’relazzjoni mal-pjan ta’ referenza vertikali ġeneralment lonġitudinali għat-trattur u li tgħaddi minn punt ta’ referenza tas-sedil, deskritt fis-sezzjoni 2.3, u ċ-ċentru tal-isteering wheel. Il-pjan ta’ referenza għandu jiġi assunt li jiċċaqlaq orizzontalment mas-sedil u l-isteering wheel waqt l-applikazzjoni tat-tagħbija iżda li jibqa’ perpendikolari mal-art tat-trattur jew tal-istruttura ta’ protezzjoni jekk dan jiġi armat kif kien.
Fejn l-isteering wheel huwa aġġustabli, il-pożizzjoni tiegħu għandha tkun dik għal sewqan normali bilqiegħda.
2.2. Il-limiti taż-żona għandhom jittieħdu bħala:
2.2.1. pjani vertikali ta’ 250 mm fuq kull naħa tal-pjan ta’ referenza li jestendi ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil għal 300 mm;
2.2.2. pjanijiet paralleli li jestendu mit-tarf l-aktar fil-għoli tal-pjan 2.2.1 sa għoli massimu ta’ 900 mm fuq il-punt ta’ referenza tas-sedil u mmejjel b’tali mod li t-tarf ta’ fuq tal-pjan fil-ġenb li minnu t-tagħbija tiġi applikata huwa għall-inqas 100 mm mill-pjan ta’ referenza;
2.2.3. pjan orizzontali 900 mm ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil;
2.2.4. pjan immejjel perpendikolari għall-pjan ta’ referenza u li jinkludi punt 900 mm direttament ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil l-aktar fil-għoli u l-punt l-aktar lura tad-dahar tas-sedil;
2.2.5. wiċċ, jekk meħtieġ kurvat, b’serje ta’ linji dritti perpendikolari għall-pjan ta’ referenza li jestendi l-isfel mill-punt l-aktar lura tas-sedil f’kuntatt mad-dahar tas-sedil mat-tul tiegħu kollu;
2.2.6. wiċċ kurvilineari, perpendikolari għall-pjan ta’ referenza, f’radius ta’ 120 mm tanġent mal-pjanijiet 2.2.3 u 2.2.4;
2.2.7. wiċċ kurvilineari, perpendikolari għall-pjan ta’ referenza, b’radius ta’ 900 mm li jestendi ‘l quddiem għal 400 mm minn u tanġent mall-pjan 2.2.3 f’punt 150 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil;
2.2.8. pjan immejjel perpendikolari għall-pjan ta’ referenza, li jingħaqad mal-wiċċ 2.2.7 fit-tarf ta’ quddiem u li jgħaddi 40 mm mill-isteering wheel. F’każ ta’ pożizzjoni għolja ta’ isteering, dan il-pjan jiġi sostitwit minn pjan li jmiss il-wiċċ fit-tarf 2.2.7;
2.2.9. pjan vertikali, perpendikolari għall-pjan ta’ referenza, 40 mm ‘il quddiem mill-isteering wheel;
2.2.10. pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt ta’ referenza tas-sedil;
2.2.11. fil-każ ta’ trattur bil-pożizzjoni tas-sewqan riversibbli, l-ispazju ħieles għandu jkun taħlita taż-żewġ spazji stabbiliti miż-żewġ pożizzjonijiet tal-isteering wheel u s-sedil;
2.2.12. fil-każ ta’ trattur li jista’ jkun mgħammar b’sedili mhux obbligatorji, il-kontrolli għandhom ikunu bażati fuq l-ispazju magħqud kif definit mill-punti ta’ referenza għal kull għażla possibbli. L-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tistax tidħol fl-ispazju ħieles magħqud magħmul mill-varji punti ta’ referenza tas-sedili;
2.2.13. fejn sedil ġdid jiġi propost wara li jkun twettaq il-kontroll, irid ikun hemm kalkolu li jiddetermina jekk l-ispazju ħieles il-ġdid madwar il-punt ta’ referenza tal-post ġdid jinsab kompletament fl-ispazju ħieles diġa stabbilit. Jekk dan ma jkunx il-każ, għandu jsir kontroll ġdid.
2.3. Lokazzjoni tas-sedil u punt ta’ referenza tas-sedil
2.3.1. Għall-għanijiet tad-definizzjoni taż-żona ta’ spazju f’punt 2.1, is-sedil għandu jkun fil-punt l-aktar lura ta’ kwalunkwe medda ta’ aġġustament orizzontali. Għandu jitqiegħed fl-ogħla punt tal-medda ta’ aġġustament orizzontali fejn dan hu independenti mill-aġġustament tal-pożizzjoni orizzontali tiegħu.
Il-punt ta’ referenza għandu jiġi stabbilit bl-użu tal-apparat illustrat f’figuri 7 u 8 tal-Anness IV biex tiġi simulata tagħbija minn okkupant bniedem. L-apparat għandu jikkonsisti f’pan board tas-sedil u għuda għas-serħan tad-dahar. L-għuda għas-serħan tad-dahar għandu jiġi nperjat fir-reġjun tal-ħotbiet tal-ġenbejn (A) u ġenbejn (B), bil-ġonta (B) jkollha l-għoli aġġustabbli.
2.3.2. Il-punt ta’ referenza huwa definit bħala l-punt fil-pjan medju lonġitudinali tas-sedil fejn il-pjan tanġent mal-għuda tas-serħan t’isfel tad-dahar u l-pjan orizzontali jiltaqgħu. Dan il-pjan orizzontali jaqtal-wiċċ ta’ isfel tal-pan board tas-sedil 150 mm quddiem it-tanġent hawn fuq imsemmi.
2.3.3. Fejn sedil jinkorpora ċaqliq b’sospensjoni mqabbża liberalment, kemm jekk dan jista’ jiġi aġġustat għat-toqol tas-sewwieq jew le, is-sedil għandu jitqiegħed fil-punt nofsani ta’ dan iċ-ċaqliq.
L-apparat għandu jiġi posizzjonat fuq is-sedil. Imbagħad għandu jitgħabba b’forza ta’ 550N f’ punt 50 mm ‘l quddiem mill-ġonta (A), u ż-żewġ partijiet tal-għuda għas-serħan tad-dahar għandhom jingħafsu ħafif b’tanġent mad-dahar.
2.3.4. Jekk mhuwiex possibbli li jiġu determinati tanġenti definiti għal kull żona tas-serħan tad-dahar (taħt u fuq ir-reġjun lumbar) għandu jsir dan li ġej:
|
2.3.4.1. |
fejn l-ebda tanġent għaż-żona t’isfel mhux possibbli, il-parti t’isfel tal-għuda għas-serħan tad-dahar tingħafas mad-dahar vertikalment; |
|
2.3.4.2. |
fejn l-ebda tanġent għaż-żona ta’ fuq mhux possibbli, il-ġonta (B) titwaħħal f’għoli li hu 230 mm ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil, jekk il-parti ta’ isfel tas-serħan tad-dahar hija vertikali. Imbagħad iż-żewġ partijiet tal-għuda għas-serħan tad-dahar jingħafsu ħafif mad-dahar. |
3. KONTROLLI U KEJL LI GĦANDUU JSIRU
3.1. Żona ta’ spazju ħieles
Waqt kull kontroll, l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi eżaminata biex jiġi verifikat jekk parti mill-istruttura ta’ protezzjoni daħlitx f’żona ta’ spazju ħieles madwar is-sedil tas-sewwieq kif definit fil-punt 2.1. Addizzjonalment, l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi eżaminata biex jiġi determinat jekk xi parti miż-żona ta’ spazju ħieles hiex barra mill-protezzjoni tal-istruttura ta’ protezzjoni. Għal dan il-għan, għandha titqies barra mill-protezzjoni tal-istruttura ta’ protezzjoni jekk xi parti minnha tkun ġiet f’kuntatt mal-art ċatta jekk it-trattur jinqaleb lejn id-direzzjoni li minnha kienet applikata t-tagħbija. Għal dan il-għan, it-tyre u s-settjar tas-sriebet għandhom jitqiesu li huma l-iżgħar speċifikati mill-manifattur.
3.2. Tagħwiġa permanenti finali
Wara l-kontrolli, it-tagħwiġa permanenti finali tal-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi rreġistrata. Għal dan il-għan, qabel il-bidu tal-kontroll, il-pożizzjoni tal-membri ewlenija tal-istruttura ta’ protezzjoni f’relazzjoni mal-punt ta’ referenza tas-sedil għandhom jiġu rreġistrati.
ANNESS IV
FIGURI
|
Figura 1 |
: |
Il-punt ta’ applikazzjoni ta’ tagħbija laterali |
|
Figura 2 |
: |
Il-punt ta’ applikazzjoni ta’ tagħbija lonġitudinali minn wara |
|
Figura 3 |
: |
Eżempju ta’ arranġament għal kontroll ta’ tkissir |
|
Figura 4a |
: |
Kurva forza/tagħwiġa - kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija mhux meħtieġ |
|
Figura 4b |
: |
Kurva forza/tagħwiġa - kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija meħtieġ |
|
Figura 4ċ |
: |
Kurva forza/tagħwiġa - il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija għandu jitkompla |
|
Figura 5 |
: |
Illustrazzjoni tat-termini tagħwiġa permanenti, tagħwiġa elastika u tagħwiġa totali |
|
Figura 6a |
: |
Veduta mill-ġenb taż-żona ta’ spazju ħieles |
|
Figura 6b |
: |
Veduta minn quddiem/minn wara taż-żona ta’ spazju ħieles |
|
Figura 6ċ |
: |
Veduta isometrika |
|
Figura 7 |
: |
Apparat għad-determinazzjoni tal-punt ta’ referenza tas-sedil |
|
Figura 8 |
: |
Metodu ta’ kif jiġi ddeterminat il-punt ta’ referenza tas-sedil. |
ANNESS VI
MARKI
Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KE għandha tikkonsisti f’rettangolu li ddawwar f’ittri żgħar l-ittra “e” segwita mill-ittra jew ittri distintivi tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti:
1. għall-Ġermanja
2. għall-Franza
3. għall-Italja
4. għall-Olanda
5. għall-Isvezja
6. għall-Belġju
7. għall-Ungerija
8. għar-Repubblika Ċeka
9. għal Spanja
11. għar-Renju Unit
12. għall-Awstrija
13. għal-Lussemburgu
17. għall-Finlandja
18. għad-Danimarka
19. għar-Rumanija
20. għall-Polonja
21. għall-Portugall
23. għall-Greċja
24. għall-Irlanda
26. għas-Slovenja
27. għas-Slovakkja.
29. għall-Estonja
32. għal-Latvja
34. għall-Bulgarija
36. għal-Litwanja
49. għal Ċipru
50. għal Malta.
Għandu jinkludi wkoll fil-qrib tar-rettangolu in-numru tal-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent li jikkorrispondi man-numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent maħruġ rigward is-saħħa tat-tip tal-istruttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha fuq it-trattur.
Eżempju ta’ marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent
Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent għandha tiġi supplementata mis-simoblu addizzjonali “S”
ANNESS VIII
Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip KE
|
1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ trattur, rigward is-saħħa ta’ struttura ta’ protezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur, għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-trattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
|
2. |
Trattur li jirrappreżenta t-tip ta’ trattur għall-approvazzjoni, li fuqu struttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha, debitament approvati, jiġu armati, għandhom jiġu sottomessi lis-servizzi tekniċi responsabbli biex imexxu l-kontrolli tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
3. |
Is-servizz tekniku responsabbli biex imexxi l-kontrolli għall-approvazzjoni tat-tip għandu jikkontrolla jekk it-tip approvat tal-istruttura ta’ protezzjoni hijiex maħsuba li tiġi armata fuq it-tip ta’ trattur li għaliha tintalab l-approvazzjoni tat-tip. Partikolarment, għandha taċċerta li t-twaħħil tal-istruttura ta’ protezzjoni tikkorrespondi ma’ dak li ġie tkontrollat meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE. |
|
4. |
Min għandu approvazzjoni tat-tip KE jista’ jitlob li tiġi estiża għal tipi oħra ta’ strutturi ta’ protezzjoni. |
|
5. |
L-awtoritaijet kompententi għandom jagħtu tali estensjonijiet fuq il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
6. |
Għandu jiġi anness ċertifikat, li l-mudell tiegħu jidher fl-Anness IX, maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal kull approvazzjoni tat-tip jew estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip li ngħatat jew ġiet rifjutata. |
|
7. |
Jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ tip ta’ trattur tiġi introdotta fl-istess ħin ma’ talba għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE għal tip ta’ struttura ta’ protezzjoni li hija maħsuba li tintrama’ fuq it-tip ta’ trattur li għaliha ntalbet l-approvazzjoni tat-tip KE, ma jsirux il-kontrolli msemmija f’2 u 3. |
ANNESS X
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 13)
|
Direttiva tal-Kunsill 79/622/KEE |
|
|
Direttiva tal-Kummissjoni 82/953/KEE |
|
|
Punt IX.A.15.h) tal-Anness I tal-Att ta’ Adeżjoni 1985 |
|
|
Direttiva tal-Kunsill 87/354/KEE |
Biss għal dak li għandu x’jaqsam mar-referenzi fl-Artikolu 1 u Anness punt 9(h) għad-Direttiva 79/622/KEE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 88/413/KEE |
|
|
Punti XI.C.II.4 tal-Anness I tal-Att ta’ Adeżjoni 1994 |
|
|
Direttiva tal-Kummissjoni 1999/40/KE |
|
|
Punt I. A.29 tal-Anness II tal-Att ta’ Adeżjoni 2003 |
|
|
Direttiva 2006/96/CE tal-Kunsill |
Biss għal dak li għandu x’jaqsam mar-referenzi fl-Artikolu 1 għad-Direttiva 79/622/CEE, u l-Anness, punt A.28 |
PARTI B
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmi fl-Artikolu 13)
|
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
|
79/622/KEE |
fis-27 ta’ Diċembru 1980. |
|
82/953/KEE |
30 ta’ Settembru 1983 (1) |
|
87/354/KEE |
fil-31 ta’ Diċembru 1987. |
|
88/413/KEE |
30 ta’ Settembru 1988 (2) |
|
1999/40/KE |
30 ta’ Ġunju 2000 (3) |
|
2006/96/KE |
fil-31 ta’ Diċembru 2006. |
(1) Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 82/953/KEE:
“1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1983, l-ebda Stat Membru ma jista’:
|
— |
jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokumenti msemmija fl-aħħar inċiż tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali, rigward tip ta’ trattur, jew |
|
— |
jipprojbixxi l-d-dħul fis-servizz ta’ tratturi, |
jekk l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ dan it-tip ta’ trattur jew ta’ dawn it-tratturi tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1984, Stat Membru:
|
— |
m’ għandux joħroġ aktar id-dokument msemmi fl-aħħar inċiż tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għal tip ta’ trattur li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, |
|
— |
jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward tip ta’ trattur li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. |
3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1985, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ trattuti li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
4. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/536/KEE.”
(2) Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 88/413/KEE:
“1. Mill-1 ta’ Ottubru 1988 l-ebda Stat Membru ma jista’:
|
— |
jirrifjuta, fir-rigward tat-tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni ta’ tip KEE, li joħroġ id-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; jew |
|
— |
jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ tratturi; |
jekk l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib fuq dawn it-tip ta’ tratturi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;
2. Mill-1 ta’ Ottubru 1989 l-Istati Membri:
|
— |
ma għandhomx joħorġu d-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż tad-Direttiva 74/150/KEE fir-rigward tat-tip ta’ trattur li l-istrument ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma jħarisx id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, |
|
— |
jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ trattur li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tħarisx id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.” |
(3) Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/40/KE:
“1. Mill-1 ta’ Lulju 2000, l-Istati Membri ma jistgħux:
|
— |
jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, biex joħorġu d-dokument li hemm ipprovdut għalih fit-tielet inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, rigward tip ta’ trattur, jew |
|
— |
jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ tratturi, |
jekk it-tratturi involuti jħarsu l-ħtiġijiet tad-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.
2. Mill-1 ta’ Jannar 2001, l-Istati Membri:
|
— |
ma għandhomx joħorġu aktar id-dokument stipulat fit-tielet inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għal kwalunkwe tip ta’ trattur li ma jħarisx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, |
|
— |
jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward kull tip ta’ trattur li ma jħarisx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.” |
ANNESS XI
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Direttiva 79/622/KEE |
Direttiva 1999/40/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikoli 1 u 2 |
|
Artikoli 2 u 3 |
|
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 4, l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 3(2) |
|
Artikolu 4, it-tieni u t-tielet paragrafu |
|
Artikoli 4 u 5 |
|
Artikoli 5 u 6 |
|
Artikolu 6, l-ewwel sentenza |
|
Artikoli 7, l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 6, it-tieni sentenza |
|
Artikoli 7, it-tieni paragrafu |
|
|
Artikolu 2 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 8 |
|
Artikolu 9 |
|
Artikoli 9, frażi tal-bidu |
|
Artikolu 1, frażi tal-bidu |
|
Artikolu 9, l-ewwel inċiż |
|
Artikolu 1, punt (a) |
|
Artikolu 9, it-tieni inċiż |
|
Artikolu 1, punt (b) |
|
Artikolu 9, it-tielet inċiż |
|
Artikolu 1, punt (c) |
|
Artikolu 9, ir-raba’ inċiż |
|
Artikolu 1, punt (d) |
|
Artikoli 10 u 11 |
|
Artikoli 10 u 11 |
|
Artikolu 12(1) |
|
— |
|
Artikolu 12(2) |
|
Artikolu 12 |
|
— |
|
Artikoli 13 u 14 |
|
Artikolu 13 |
|
Artikolu 15 |
|
Annessi I - IX |
|
Annessi I - IX |
|
— |
|
Anness X |
|
— |
|
Anness XI |