|
5.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 60/62 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/315
tal-4 ta' Marzu 2016
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka persuni, entitajiet u korpi li, peress li ġew innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li, billi ma ġewx elenkati fl-Anness IV, ġew elenkati mill-Kunsill, u huma koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Fit-2 ta' Marzu 2016, il-KSNU ddeċieda li jżid 16-il persuna fiżika u 12-il entità mal-lista ta' persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi, u aġġorna l-informazzjoni ta' identifikazzjoni b'rabta ma' persuna waħda u żewġ entitajiet. L-Anness IV għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. L-Anness V għandu jiġi emendat peress li sebgħa mill-entitajiet u persuna waħda jidhru fuq din il-lista. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effikaċi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
|
2. |
L-Anness V huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS I
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin jiżdiedu mal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
|
|
(2) |
Id-dejta tal-identifikazzjoni għall-annotazzjoni “Ra Ky'ong-Su (magħruf bħala Ra Kyung-Su). Kariga: Ra Ky'ong-Su huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). Data tat-twelid: 4.6.1954. Nru tal-passaport: 645120196. Tagħrif ieħor: Sess: Raġel. Data tat-tismija: 22.1.2013.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija mibdula b'dan li ġej: “Ra Ky'ong-Su (magħruf bħala (a) Ra Kyung-Su, (b) Chang, Myong Ho). Data tat-twelid: 4.6.1954. Nru tal-passaport: 645120196. Tagħrif ieħor: (a) Ġeneru: Raġel, (b) Ra Ky'ong-Su huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċita, huwa ffaċilita tranżazzjonijiet għal TCB. Tanchon ġie magħżul mill-Kumitat f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija ta' RDPK responsabbli mill-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-montatura u l-manifattura ta' tali armi. Data tat-tismija: 22.1.2013 ” |
|
(3) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, entitajiet u gruppi”:
|
|
(4) |
Id-dejta tal-identifikazzjoni għall-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi” hija mibdula ma' dan li ġej:
|
ANNESS II
L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007, huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “B.Persuni ġuridiċi, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)” huma mħassra:
|
|
(2) |
L-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)” hija mħassra:
|
|
(3) |
L-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, entitatjiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)” huma mħassra:
|