|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/5 |
10.1.2025 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq: https://unece.org/status-1958-agreement-and-annexed-regulations
Ir-Regolament tan-NU Nru 155 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward taċ-ċibersigurtà u s-sistema tal-ġestjoni taċ-ċibersigurtà [2025/5]
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-supplement 3 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Data tad-dħul fis-seħħ: l-10 ta’ Jannar 2025
Dan id-dokument sar bil-ħsieb li jintuża purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-testi awtentiċi u legalment vinkolanti huma:
|
— |
ECE/TRANS/WP.29/2020/79 (kif emendat bi ECE/TRANS/WP.29/2020/94 u ECE/TRANS/WP.29/2020/97) |
|
— |
ECE/TRANS/WP.29/2022/54 |
|
— |
ECE/TRANS/WP.29/2023/70 u |
|
— |
ECE/TRANS/WP.29/2024/55 |
WERREJ
Regolament
|
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Markar |
|
5. |
Approvazzjoni |
|
6. |
Ċertifikat ta’ Konformità għas-Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà |
|
7. |
Speċifikazzjonijiet |
|
8. |
Modifika tat-tip ta’ vettura u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip |
|
9. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
11. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
12. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-test tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
Annessi
|
1 |
Dokument ta’ informazzjoni |
|
2 |
Komunikazzjoni |
|
3 |
Arranġament tal-marka ta’ approvazzjoni |
|
4 |
Mudell taċ-Ċertifikat ta’ Konformità għas-CSMS |
|
5 |
Lista ta’ theddid u mitigazzjonijiet korrispondenti |
1. Kamp ta’ applikazzjoni
|
1.1. |
Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi, fir-rigward taċ-ċibersigurtà, tal-Kategoriji L, M, N u O, jekk ikunu mgħammra b’mill-inqas unità ta’ kontroll elettroniku waħda. |
|
1.2. |
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal Regolamenti tan-NU, leġiżlazzjonijiet reġjonali jew nazzjonali oħra li jirregolaw l-aċċess minn partijiet awtorizzati għall-vettura, id-data, il-funzjonijiet u r-riżorsi tagħha, u l-kundizzjonijiet ta’ tali aċċess. Huwa wkoll mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u reġjonali dwar il-privatezza u l-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom. |
|
1.3. |
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal Regolamenti tan-NU, leġiżlazzjoni nazzjonali jew reġjonali oħra li jirregolaw l-iżvilupp u l-installazzjoni/l-integrazzjoni tas-sistema ta’ partijiet u komponenti ta’ rikambju, fiżiċi u diġitali, fir-rigward taċ-ċibersigurtà. |
2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
2.1. |
“Tip ta’ vettura” tfisser vetturi li mhumiex differenti f’minn tal-inqas l-aspetti essenzjali li ġejjin:
|
|
2.2. |
“Ċibersigurtà” tfisser il-kundizzjoni li fiha l-vetturi tat-triq u l-funzjonijiet tagħhom ikunu protetti minn theddid ċibernetiku għal komponenti elettriċi jew elettroniċi. |
|
2.3. |
“Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà (CSMS, Cyber Security Management System)” tfisser approċċ sistematiku bbażat fuq ir-riskju li jiddefinixxi l-proċessi organizzazzjonali, ir-responsabbiltajiet u l-governanza biex jiġi ttrattat ir-riskju assoċjat mat-theddid ċibernetiku għall-vetturi u biex dawn il-vetturi jiġu protetti minn attakki ċibernetiċi. |
|
2.4. |
“Sistema” tfisser sett ta’ komponenti u/jew subsistemi li jimplimentaw funzjoni jew funzjonijiet. |
|
2.5. |
“Fażi ta’ żvilupp” tfisser il-perjodu qabel ma tip ta’ vettura jiġi approvat għat-tip. |
|
2.6. |
“Fażi tal-produzzjoni” tirreferi għad-durata tal-produzzjoni ta’ tip ta’ vettura. |
|
2.7. |
“Fażi ta’ wara l-produzzjoni” tirreferi għall-perjodu li fih tip ta’ vettura ma jibqax jiġi prodott sa tmiem tal-ħajja tal-vetturi kollha li jaqgħu taħt it-tip ta’ vettura. Il-vetturi li jinkorporaw tip speċifiku ta’ vettura se jkunu operattivi matul din il-fażi iżda mhux se jibqgħu jiġu prodotti. Il-fażi tintemm meta ma jkun għad hemm l-ebda vettura operattiva ta’ tip speċifiku ta’ vettura. |
|
2.8. |
“Mitigazzjoni” tfisser miżura li qed tnaqqas ir-riskju. |
|
2.9. |
“Riskju” tfisser il-potenzjal li theddida partikolari tisfrutta l-vulnerabbiltajiet ta’ vettura u b’hekk tikkawża ħsara lill-organizzazzjoni jew lil individwu. |
|
2.10. |
“Valutazzjoni tar-Riskju” tfisser il-proċess globali tas-sejbien, tar-rikonoxximent u tad-deskrizzjoni tar-riskji (identifikazzjoni tar-riskju), biex tinftiehem in-natura tar-riskju u biex jiġi ddeterminat il-livell tar-riskju (analiżi tar-riskju), u tat-tqabbil tar-riżultati tal-analiżi tar-riskju mal-kriterji tar-riskju biex jiġi ddeterminat jekk ir-riskju u/jew id-daqs tiegħu huwiex aċċettabbli jew tollerabbli (evalwazzjoni tar-riskju). |
|
2.11. |
“Ġestjoni tar-Riskju” tfisser attivitajiet ikkoordinati biex jidderieġu u jikkontrollaw organizzazzjoni fir-rigward tar-riskju. |
|
2.12. |
“Theddida” tfisser kawża potenzjali ta’ inċident mhux mixtieq, li jista’ jirriżulta fi ħsara lil sistema, organizzazzjoni jew individwu. |
|
2.13. |
“Vulnerabbiltà” tfisser dgħufija ta’ kwalunkwe assi jew mitigazzjoni li tista’ tiġi sfruttata minn theddida waħda jew aktar. |
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward taċ-ċibersigurtà għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun akkreditat kif xieraq. |
|
3.2. |
Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt, fi tliet kopji, u mid-dettalji li ġejjin: |
|
3.2.1. |
Deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-punti msemmija fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.2.2. |
F’każijiet fejn jintwera li l-informazzjoni hija koperta minn drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew tikkostitwixxi għarfien espert speċifiku tal-manifattur jew tal-fornituri tiegħu, il-manifattur jew il-fornituri tiegħu għandhom jagħmlu disponibbli biżżejjed informazzjoni biex il-kontrolli msemmija f’dan ir-Regolament ikunu jistgħu jsiru kif suppost. Tali informazzjoni għandha tiġi ttrattata fuq bażi kunfidenzjali. |
|
3.2.3. |
Iċ-Ċertifikat ta’ Konformità għas-CSMS skont il-paragrafu 6 ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.3. |
Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli f’żewġ partijiet:
|
4. Markar
|
4.1. |
Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, b’mod li jolqot l-għajn u f’post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn: |
|
4.1.1. |
Ċirku madwar l-Ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni. |
|
4.1.2. |
In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.1.1. ta’ hawn fuq. |
|
4.2. |
Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont Regolament wieħed ieħor jew aktar anness(i) mal-Ftehim fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.1.1. ta’ hawn fuq m’hemmx għalfejn jiġi ripetut; f’dak il-każ, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni flimkien mas-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom ingħatat l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.1.1. ta’ hawn fuq. |
|
4.3. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. |
|
4.4. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed fuq jew qrib tal-plakka li turi d-data dwar il-vettura mwaħħla mill-Manifattur. |
|
4.5. |
Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni. |
5. Approvazzjoni
|
5.1. |
L-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni għandhom jagħtu, kif xieraq, l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward taċ-ċibersigurtà, unikament lil dawk it-tipi ta’ vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
|
5.1.1. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni jew is-Servizz Tekniku għandhom jivverifikaw permezz ta’ verifiki tad-dokumenti li l-manifattur tal-vettura ħa l-miżuri meħtieġa rilevanti għat-tip ta’ vettura biex:
|
|
5.1.2. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni jew is-Servizz Tekniku għandhom iwettqu verifiki billi jittestjaw vettura tat-tip ta’ vettura biex jivverifikaw li l-manifattur tal-vettura jkun implimenta l-miżuri taċ-ċibersigurtà li jkun iddokumenta. It-testijiet għandhom jitwettqu mill-Awtorità tal-Approvazzjoni jew mis-Servizz Tekniku nnifsu jew f’kollaborazzjoni mal-manifattur tal-vettura permezz ta’ kampjunar. Il-kampjunar għandu jkun iffukat iżda mhux limitat għal riskji li huma vvalutati bħala għoljin matul il-valutazzjoni tar-riskju. |
|
5.1.3. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni jew is-Servizz Tekniku għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward taċ-ċibersigurtà meta l-manifattur tal-vettura ma jkunx issodisfa wieħed jew aktar mir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 7.3, b’mod partikolari:
|
|
5.1.4. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni li tkun qed twettaq valutazzjoni għandha tirrifjuta wkoll li tagħti l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward taċ-ċibersigurtà meta l-Awtorità tal-Approvazzjoni jew is-Servizz Tekniku ma jkunux irċevew biżżejjed informazzjoni mingħand il-manifattur tal-vettura biex jivvalutaw iċ-ċibersigurtà tat-tip ta’ vettura. |
|
5.2. |
L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
|
5.3. |
L-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni ma għandhom jagħtu l-ebda approvazzjoni tat-tip mingħajr ma jivverifikaw li l-manifattur ikun implimenta arranġamenti u proċeduri sodisfaċenti għall-ġestjoni adegwata tal-aspetti taċ-ċibersigurtà kif koperti minn dan ir-Regolament. |
|
5.3.1. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni u s-Servizzi Tekniċi tagħha għandhom jiżguraw, minbarra l-kriterji stabbiliti fl-Iskeda 2 tal-Ftehim tal-1958 li għandhom:
|
|
5.3.2. |
Kull Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament għandha tinnotifika u tinforma, permezz tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tagħha lil Awtoritajiet tal-Approvazzjoni oħra tal-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU dwar il-metodu u l-kriterji meħuda bħala bażi mill-Awtorità ta’ notifika biex tivvaluta l-adegwatezza tal-miżuri meħuda f’konformità ma’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari mal-paragrafi 5.1., 7.2. u 7.3.
Din l-informazzjoni għandha tiġi kondiviża (a) biss qabel ma tingħata approvazzjoni skont dan ir-Regolament għall-ewwel darba u (b) kull darba li l-metodu jew il-kriterji għall-valutazzjoni jiġu aġġornati. Din l-informazzjoni hija maħsuba biex tiġi kondiviża għall-finijiet ta’ ġbir u analiżi tal-aħjar prattiki u bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni konverġenti ta’ dan ir-Regolament mill-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni kollha li japplikaw dan ir-Regolament. |
|
5.3.3. |
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.3.2 għandha tittella’ bl-Ingliż fil-bażi tad-data sigura “DETA” (2) fuq l-internet, stabbilita mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, fi żmien xieraq u mhux aktar tard minn 14-il jum qabel ma tingħata approvazzjoni għall-ewwel darba skont il-metodi u l-kriterji ta’ valutazzjoni kkonċernati. L-informazzjoni għandha tkun biżżejjed biex wieħed jifhem liema livelli minimi ta’ prestazzjoni adottat l-Awtorità tal-Approvazzjoni għal kull rekwiżit speċifiku msemmi fil-paragrafu 5.3.2 kif ukoll il-proċessi u l-miżuri li tapplika biex tivverifika li dawn il-livelli minimi ta’ prestazzjoni huma ssodisfati (3). |
|
5.3.4. |
L-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni li jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.3.2 jistgħu jressqu kummenti lill-Awtorità tal-Approvazzjoni notifikanti billi jtellgħuhom fid-DETA fi żmien 14-il jum wara l-jum tan-notifika. |
|
5.3.5. |
Jekk ma jkunx possibbli li l-Awtorità tal-Approvazzjoni tal-għoti tqis il-kummenti li tirċievi skont il-paragrafu 5.3.4., l-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni li jkunu bagħtu l-kummenti u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tal-għoti għandhom ifittxu kjarifika ulterjuri skont l-Iskeda 6 tal-Ftehim tal-1958. Il-Grupp ta’ Ħidma (4) sussidjarju rilevanti tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WP.29) għal dan ir-Regolament għandu jaqbel dwar interpretazzjoni komuni tal-metodi u l-kriterji ta’ valutazzjoni (5). Dik l-interpretazzjoni komuni għandha tiġi implimentata u l-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni kollha għandhom joħorġu approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament. |
|
5.3.6. |
Kull Awtorità tal-Approvazzjoni li tagħti approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament għandha tinnotifika lill-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni l-oħra dwar l-approvazzjoni mogħtija. L-approvazzjoni tat-tip flimkien mad-dokumentazzjoni supplimentari għandhom jittellgħu bl-Ingliż mill-Awtorità tal-Approvazzjoni fi żmien 14-il jum wara l-jum li fih tingħata l-approvazzjoni lid-DETA (6). |
|
5.3.7. |
Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jistudjaw l-approvazzjonijiet mogħtija abbażi tal-informazzjoni mtella’ skont il-paragrafu 5.3.6. F’każ ta’ opinjonijiet diverġenti bejn il-Partijiet Kontraenti dan għandu jiġi solvut skont l-Artikolu 10 u l-Iskeda 6 tal-Ftehim tal-1958. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinfurmaw ukoll lill-Grupp ta’ Ħidma sussidjarju rilevanti tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WP.29) bl-interpretazzjonijiet diverġenti skont it-tifsira tal-Iskeda 6 tal-Ftehim tal-1958. Il-Grupp ta’ Ħidma rilevanti għandu jappoġġja s-soluzzjoni għall-fehmiet diverġenti u jista’ jikkonsulta mad-WP.29 dwar dan jekk ikun meħtieġ. |
|
5.4. |
Għall-finijiet tal-paragrafu 7.2. ta’ dan ir-Regolament, il-manifattur għandu jiżgura li l-aspetti taċ-ċibersigurtà koperti minn dan ir-Regolament jiġu implimentati. |
6. Ċertifikat ta’ Konformità għas-Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà
|
6.1. |
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jaħtru Awtorità tal-Approvazzjoni biex twettaq il-valutazzjoni tal-manifattur u biex toħroġ Ċertifikat ta’ Konformità għas-CSMS. |
|
6.2. |
L-applikazzjoni għal Ċertifikat ta’ Konformità għas-Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun akkreditat kif xieraq. |
|
6.3. |
Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn ’l isfel, fi tliet kopji, u bid-dettall li ġej: |
|
6.3.1. |
Dokumenti li jiddeskrivu s-Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà. |
|
6.3.2. |
Dikjarazzjoni ffirmata bl-użu tal-mudell kif definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness 1. |
|
6.4. |
Fil-kuntest tal-valutazzjoni, il-manifattur għandu jiddikjara billi juża l-mudell kif definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness 1 u juri għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni jew tas-Servizz Tekniku tagħha li huwa għandu l-proċessi meħtieġa biex jikkonforma mar-rekwiżiti kollha għaċ-ċibersigurtà skont dan ir-Regolament. |
|
6.5. |
Meta din il-valutazzjoni tkun tlestiet b’mod sodisfaċenti u tkun irċeviet dikjarazzjoni ffirmata mill-manifattur skont il-mudell kif definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness 1, għandu jingħata ċertifikat imsemmi Ċertifikat ta’ Konformità għas-CSMS kif deskritt fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament (minn hawn’ il quddiem iċ-Ċertifikat ta’ Konformità għas-CSMS) lill-manifattur. |
|
6.6. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni jew is-Servizz Tekniku tagħha għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament għaċ-Ċertifikat ta’ Konformità għas-CSMS . |
|
6.7. |
Iċ-Ċertifikat ta’ Konformità għas-CSMS għandu jibqa’ validu għal massimu ta’ tliet snin mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat sakemm ma jiġix irtirat. |
|
6.8. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni li tkun tat iċ-Ċertifikat ta’ Konformità għas-CSMS tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika li r-rekwiżiti għalih ikomplu jiġu ssodisfati. L-Awtorità tal-Approvazzjoni għandha tirtira ċ-Ċertifikat ta’ Konformità għas-CSMS jekk ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jibqgħux jiġu ssodisfati. |
|
6.9. |
Il-manifattur għandu jinforma lill-Awtorità tal-Approvazzjoni jew lis-Servizz Tekniku tagħha bi kwalunkwe bidla li se taffettwa r-rilevanza taċ-Ċertifikat ta’ Konformità għas-CSMS. Wara konsultazzjoni mal-manifattur, l-Awtorità tal-Approvazzjoni jew is-Servizz Tekniku tagħha għandhom jiddeċiedu jekk humiex meħtieġa verifiki ġodda. |
|
6.10. |
Fi żmien debitu, li jippermetti lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tlesti l-valutazzjoni tagħha qabel tmiem il-perjodu ta’ validità taċ-Ċertifikat ta’ Konformità għas-CSMS, il-manifattur għandu japplika għal Ċertifikat ta’ Konformità ġdid jew għall-estensjoni taċ-Ċertifikat ta’ Konformità eżistenti għas-CSMS. L-Awtorità tal-Approvazzjoni għandha, soġġett għal valutazzjoni pożittiva, toħroġ Ċertifikat ta’ Konformità ġdid għas-CSMS jew testendi l-validità tiegħu għal perjodu ulterjuri ta’ tliet snin. L-Awtorità tal-Approvazzjoni għandha tivverifika li s-CSMS tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. L-Awtorità tal-Approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat ġdid f’każijiet fejn il-bidliet ikunu nġiebu għall-attenzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni jew tas-Servizz Tekniku tagħha u l-bidliet ikunu ġew ivvalutati mill-ġdid b’mod pożittiv. |
|
6.11. |
L-iskadenza jew l-irtirar taċ-Ċertifikat ta’ Konformità għas-CSMS tal-manifattur għandhom jiġu kkunsidrati, fir-rigward tat-tipi ta’ vetturi li għalihom is-CSMS ikkonċernata kienet rilevanti, bħala modifika tal-approvazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 8, li tista’ tinkludi l-irtirar tal-approvazzjoni jekk il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-approvazzjoni ma jibqgħux jiġu ssodisfati. |
7. Speċifikazzjonijiet
|
7.1. |
Speċifikazzjonijiet ġenerali |
|
7.1.1. |
Ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jirrestrinġu d-dispożizzjonijiet jew ir-rekwiżiti ta’ Regolamenti oħra tan-NU. |
|
7.2. |
Rekwiżiti għas-Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà. |
|
7.2.1. |
Għall-valutazzjoni, l-Awtorità tal-Approvazzjoni jew is-Servizz Tekniku tagħha għandhom jivverifikaw li l-manifattur tal-vettura għandu stabbilita Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà u għandhom jivverifikaw il-konformità tagħha ma’ dan ir-Regolament. |
|
7.2.2. |
Is-Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà għandha tkopri l-aspetti li ġejjin: |
|
7.2.2.1. |
Il-manifattur tal-vettura għandu juri lill-Awtorità tal-Approvazzjoni jew lis-Servizz Tekniku li s-Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà tagħhom tapplika għall-fażijiet li ġejjin:
|
|
7.2.2.2. |
Il-manifattur tal-vettura għandu juri li l-proċessi użati fis-Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà tiegħu jiżguraw li s-sigurtà titqies b’mod adegwat, inkluż ir-riskji u l-mitigazzjonijiet elenkati fl-Anness 5. Dan għandu jinkludi:
|
|
7.2.2.3. |
Il-manifattur tal-vettura għandu juri li l-proċessi użati fis-Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà tiegħu se jiżguraw li, abbażi tal-kategorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 7.2.2.2(c) u 7.2.2.2(g), it-theddid ċibernetiku u l-vulnerabbiltajiet li jirrikjedu rispons mill-manifattur tal-vettura jittaffew f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. |
|
7.2.2.4. |
Il-manifattur tal-vettura għandu juri li l-proċessi użati fis-Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà tiegħu se jiżguraw li l-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 7.2.2.2(g) jkun kontinwu. Dan għandu:
|
|
7.2.2.5. |
Il-manifattur tal-vettura għandu jkun meħtieġ juri kif is-Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà tiegħu se timmaniġġja d-dipendenzi li jistgħu jeżistu ma’ fornituri, fornituri ta’ servizzi jew suborganizzazzjonijiet tal-manifattur b’kuntratt, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.2.2.2. |
|
7.3. |
Rekwiżiti għat-tipi ta’ vetturi |
|
7.3.1. |
Il-manifattur għandu jkollu Ċertifikat ta’ Konformità validu għas-Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà rilevanti għat-tip ta’ vettura li tkun qed tiġi approvata. Madankollu, għall-approvazzjonijiet tat-tip ta’ vetturi tal-Kategoriji M, N u O maħruġa għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Lulju 2024, u għall-approvazzjonijiet tat-tip ta’ vetturi tal-Kategorija L maħruġa għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Lulju 2029, u għal kull estensjoni tagħhom, jekk il-manifattur tal-vettura jista’ juri li t-tip ta’ vettura ma setax jiġi żviluppat f’konformità mas-CSMS, il-manifattur tal-vettura għandu juri li ċ-ċibersigurtà ġiet ikkunsidrata b’mod adegwat matul il-fażi tal-iżvilupp tat-tip ta’ vettura kkonċernat. |
|
7.3.2. |
Il-manifattur tal-vettura għandu jidentifika u jimmaniġġja, għat-tip ta’ vettura li jkun qed jiġi approvat, ir-riskji relatati mal-fornitur. |
|
7.3.3. |
Il-manifattur tal-vettura għandu jidentifika l-elementi kritiċi tat-tip ta’ vettura u jwettaq valutazzjoni tar-riskju eżawrjenti għat-tip ta’ vettura u għandu jittratta/jimmaniġġja r-riskji identifikati b’mod xieraq. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis l-elementi individwali tat-tip ta’ vettura u l-interazzjonijiet tagħhom. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis ukoll l-interazzjonijiet ma’ kwalunkwe sistema esterna. Waqt il-valutazzjoni tar-riskji, il-manifattur tal-vettura għandu jqis ir-riskji relatati mat-theddid kollu msemmi fl-Anness 5, il-Parti A, kif ukoll kwalunkwe riskju rilevanti ieħor. |
|
7.3.4. |
Il-manifattur tal-vettura għandu jipproteġi t-tip ta’ vettura mir-riskji identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju tal-manifattur tal-vettura. Għandhom jiġu implimentati mitigazzjonijiet proporzjonati biex jiġi protett it-tip ta’ vettura. Il-mitigazzjonijiet implimentati għandhom jinkludu l-mitigazzjonijiet kollha msemmija fl-Anness 5, il-Parti B u C li huma rilevanti għar-riskji identifikati. Madankollu, jekk mitigazzjoni msemmija fl-Anness 5, il-Parti B jew C, ma tkunx rilevanti jew ma tkunx biżżejjed għar-riskju identifikat, il-manifattur tal-vettura għandu jiżgura li tiġi implimentata mitigazzjoni xierqa oħra.
B’mod partikolari, għall-approvazzjonijiet tat-tip ta’ vetturi tal-Kategoriji M, N u O maħruġa għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Lulju 2024, u għall-approvazzjonijiet tat-tip ta’ vetturi tal-Kategorija L maħruġa għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Lulju 2029, u għal kull estensjoni tagħhom, il-manifattur tal-vettura għandu jiżgura li tiġi implimentata mitigazzjoni xierqa oħra jekk miżura ta’ mitigazzjoni msemmija fl-Anness 5, il-Parti B jew C, ma tkunx teknikament fattibbli. Il-valutazzjoni rispettiva tal-fattibbiltà teknika għandha tiġi pprovduta mill-manifattur lill-awtorità tal-approvazzjoni. |
|
7.3.5. |
Il-manifattur tal-vettura għandu jimplimenta miżuri xierqa u proporzjonati biex jiġu żgurati ambjenti ddedikati fuq it-tip ta’ vettura (jekk ikunu pprovduti) għall-ħżin u l-eżekuzzjoni ta’ software, servizzi, applikazzjonijiet jew data tas-suq ta’ wara l-bejgħ. |
|
7.3.6. |
Il-manifattur tal-vettura għandu jwettaq, qabel l-approvazzjoni tat-tip, ittestjar xieraq u suffiċjenti biex jivverifika l-effettività tal-miżuri ta’ sigurtà implimentati. |
|
7.3.7. |
Il-manifattur tal-vettura għandu jimplimenta miżuri għat-tip ta’ vettura biex:
|
|
7.3.8. |
Il-moduli kriptografiċi użati għall-fini ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu konformi mal-istandards ta’ kunsens. Jekk il-moduli kriptografiċi użati ma jkunux konformi mal-istandards ta’ kunsens, il-manifattur tal-vettura għandu jiġġustifika l-użu tagħhom. |
|
7.4. |
Dispożizzjonijiet dwar ir-rapportar |
|
7.4.1. |
Il-manifattur tal-vettura għandu jirrapporta mill-inqas darba fis-sena, jew b’mod aktar frekwenti jekk rilevanti, lill-Awtorità tal-Approvazzjoni jew lis-Servizz Tekniku l-eżitu tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ tiegħu, kif definit fil-paragrafu 7.2.2.2(g), dan għandu jinkludi informazzjoni rilevanti dwar attakki ċibernetiċi ġodda. Il-manifattur ta’ vettura għandu jirrapporta u jikkonferma wkoll lill-Awtorità tal-Approvazzjoni jew lis-Servizz Tekniku li l-mitigazzjonijiet taċ-ċibersigurtà implimentati għat-tipi ta’ vetturi tagħhom għadhom effettivi u li ttieħdet kwalunkwe azzjoni addizzjonali. |
|
7.4.2. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni jew is-Servizz Tekniku għandhom jivverifikaw l-informazzjoni pprovduta u, jekk ikun meħtieġ, jirrikjedu lill-manifattur tal-vettura biex jirrimedja kwalunkwe ineffettività identifikata.
Jekk ir-rapportar jew it-tweġiba ma jkunux biżżejjed, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tista’ tiddeċiedi li tirtira s-CSMS f’konformità mal-paragrafu 6.8. |
8. Modifika tat-tip ta’ vettura u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip
|
8.1. |
Kull modifika tat-tip ta’ vettura li taffettwa l-prestazzjoni teknika tagħha fir-rigward taċ-ċibersigurtà u/jew id-dokumentazzjoni meħtieġa f’dan ir-Regolament għandha tiġi nnotifikata lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun approvat it-tip ta’ vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni mbagħad tista’ jew: |
|
8.1.1. |
Tqis li l-modifiki li saru għadhom konformi mar-rekwiżiti u d-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip eżistenti; jew |
|
8.1.2. |
Tipproċedi għal valutazzjoni komplementari meħtieġa skont il-paragrafu 5, u tirrikjedi, fejn rilevanti, rapport tat-test ulterjuri mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
|
8.1.3. |
Il-konferma jew l-estensjoni jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandhom jiġi kkomunikati permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. L-Awtorità tal-Approvazzjoni li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal tali estensjoni u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħrajn għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
9. Konformità tal-produzzjoni
|
9.1. |
Il-Proċeduri tal-Konformità tal-Produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim tal-1958, (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), bir-rekwiżiti li ġejjin: |
|
9.1.1. |
Id-detentur tal-approvazzjoni għandu jiżgura li r-riżultati tat-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni huma rreġistrati u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu ddeterminat fi ftehim mal-Awtorità tal-Approvazzjoni jew is-Servizz Tekniku tagħha. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż l-10 snin li jibdew jgħoddu miż-żmien meta l-produzzjoni titwaqqaf għalkollox; |
|
9.1.2. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi għall-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull tliet snin. |
10. Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni
|
10.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jew jekk il-vetturi tal-kampjun jonqsu milli jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
|
10.2. |
Jekk Awtorità tal-Approvazzjoni tirtira l-approvazzjoni li kienet tat qabel, għandha minnufih tavża b’dan lill-Partijiet Kontraenti li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
11. Produzzjoni mwaqqfa għalkollox
|
11.1. |
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar tagħha jkollha, b’ittri kbar, l-annotazzjoni “PRODUZZJONI MWAQQFA” iffirmata u datata. |
12. Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-test tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
|
12.1. |
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u lil min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni, jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra. |
(1) Eż. ISO 26262-2018, ISO/PAS 21448, ISO/SAE 21434.
(2) https://www.unece.org/trans/main/wp29/datasharing.html.
(3) Gwida għall-informazzjoni dettaljata (eż. metodu, kriterji, livell ta’ prestazzjoni) li għandha tittella’ u l-format għandha tingħata fid-dokument ta’ interpretazzjoni li qed jitħejja mit-Task Force dwar iċ-Ċibersigurtà u Kwistjonijiet “Over-the-Air” għas-seba’ sessjoni tal-GRVA.
(4) Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Vetturi Awtomatizzati/Awtonomi u Konnessi (GRVA, Groupe de Rapporteurs des véhicules automatisés/autonomes et connectés, Working Party on Automated/Autonomous and Connected Vehicles).
(5) Din l-interpretazzjoni għandha tkun riflessa fid-dokument ta’ interpretazzjoni msemmi fin-nota f’qiegħ il-paġna tal-paragrafu 5.3.3.
(6) Aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti minimi għall-pakkett ta’ dokumentazzjoni se tiġi żviluppata mill-GRVA matul is-seba’ sessjoni tiegħu.
ANNESS 1
Dokument ta’ informazzjoni
L-informazzjoni li ġejja, fejn applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4, jew fuq folder ta’ format A4. F’każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed.
|
1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):… |
|
2. |
Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali:… |
|
3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura:… |
|
4. |
Fejn tinsab dik il-marka:… |
|
5. |
Kategorija/kategoriji tal-vettura:… |
|
6. |
Isem u indirizz tal-manifattur / tar-rappreżentat tal-manifattur:… |
|
7. |
L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:… |
|
8. |
Ir-ritratt(i) u/jew id-disinn/disinji ta’ vettura rappreżentattiva:… |
|
9. |
Ċibersigurtà |
|
9.1. |
Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tat-tip ta’ vettura, inkluż:
|
|
9.2. |
Rappreżentazzjoni skematika tat-tip ta’ vettura |
|
9.3. |
In-numru taċ-Ċertifikat ta’ Konformità għas-CSMS:… |
|
9.4. |
Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu l-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju tagħha u r-riskji identifikati:… |
|
9.5. |
Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu l-mitigazzjonijiet li ġew implimentati fis-sistemi elenkati, jew għat-tip ta’ vettura, u kif dawn jindirizzaw ir-riskji ddikjarati:… |
|
9.6. |
Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu l-protezzjoni ta’ ambjenti ddedikati għal software, servizzi, applikazzjonijiet jew data tas-suq ta’ wara l-bejgħ:… |
|
9.7. |
Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu liema testijiet intużaw biex tiġi vverifikata ċ-ċibersigurtà tat-tip ta’ vettura u s-sistemi tagħha u l-eżitu ta’ dawk it-testijiet:… |
|
9.8. |
Deskrizzjoni tal-kunsiderazzjoni tal-katina tal-provvista fir-rigward taċ-ċibersigurtà:… |
Anness 1 — Appendiċi 1
Mudell tad-Dikjarazzjoni ta’ Konformità tal-Manifattur għas-CSMS
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti għas-Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà
Isem il-Manifattur:…
Indirizz tal-Manifattur:…
…(Manufacturer Name)
jafferma li l-proċessi meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti għas-Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà stabbiliti fil-paragrafu 7.2 tar-Regolament tan-NU 155 huma installati u se jinżammu.
Magħmul fi: … (post)
Data:…
Isem il-firmatarju:…
Funzjoni tal-firmatarju:…
(Timbru u firma tar-rappreżentant tal-manifattur)
ANNESS 2
Komunikazzjoni
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
|
maħruġ minn: |
Isem l-amministrazzjoni: … … … |
|
Li tikkonċerna (2): |
Approvazzjoni mogħtija Approvazzjoni estiża Approvazzjoni rtirata b’effett minn jj/xx/ssss Approvazzjoni rrifjutata Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
ta’ tip ta’ vettura, skont ir-Regolament tan-NU Nru 155 |
|
Nru tal-Approvazzjoni:…
Nru tal-Estensjoni:…
Raġuni għall-estensjoni:…
1.
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):…
2.
Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali…
3.
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura:…
3.1.
Fejn tinsab dik il-marka:…
4.
Kategorija/kategoriji tal-vettura:…
5.
Isem u indirizz tal-manifattur / tar-rappreżentat tal-manifattur:…
6.
L-Isem/Ismijiet u l-Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-produzzjoni…
7.
Numru taċ-ċertifikat ta’ konformità għas-sistema tal-ġestjoni taċ-ċibersigurtà:…
8.
Is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet:…
9.
Data tar-rapport tat-test:…
10.
Numru tar-rapport tat-test:…
11.
Rimarki: (jekk hemm).…
12.
Post:…
13.
Data:…
14.
Firma:…
15.
Il-werrej għall-pakkett tal-informazzjoni ppreżentat lill-Awtorità tal-Approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, jinsab mehmuż:
(1) In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni fir-Regolament).
(2) Ingassa dak li ma japplikax.
ANNESS 3
Arranġament tal-marka ta’ approvazzjoni
MUDELL A
(Ara l-paragrafu 4.2 ta’ dan ir-Regolament)
a = 8 mm min.
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ikkonċernat ta’ vettura tat-triq ġie approvat fin-Netherlands (E 4), skont ir-Regolament Nru 155, u bin-numru tal-approvazzjoni 001234. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni juru li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu (00).
ANNESS 4
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ GĦAS-CSMS
Ċertifikat ta’ konformità għas-sistema tal-ġestjoni taċ-ċibersigurtà
Flimkien mar-Regolament tan-NU Nru 155
Numru taċ-Ċertifikat [Numru ta’ Referenza]
[…… Awtorità tal-Approvazzjoni]
Jiċċertifika li
Manifattur: …
Indirizz tal-manifattur: …
jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.2 tar-Regolament Nru 155
Saru l-verifiki fuq: …
minn (isem u indirizz tal-Awtorità tal-Approvazzjoni jew tas-Servizz Tekniku): …
|
Numru tar-rapport:… |
|
|
|
Iċ-ċertifikat huwa validu sa [… Data] |
|
|
Magħmul fi [… Post] |
|
|
Fi [… Data] |
|
|
[… Firma] |
Hemżiet: deskrizzjoni tas-Sistema tal-Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà mill-manifattur.
ANNESS 5
Lista ta’ theddid u mitigazzjonijiet korrispondenti
1.
Dan l-Anness jikkonsisti minn tliet partijiet. Il-Parti A ta’ dan l-anness tiddeskrivi l-linja bażi għat-theddid, il-vulnerabbiltajiet u l-metodi ta’ attakk. Il-Parti B ta’ dan l-anness tiddeskrivi l-mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa maħsub għat-tipi ta’ vetturi. Il-Parti C tiddeskrivi l-mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa maħsub għall-oqsma barra l-vetturi, eż. fuq backends tal-IT.
2.
Il-Parti A, il-Parti B, u l-Parti C għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tar-riskju u għall-mitigazzjonijiet li għandhom jiġu implimentati mill-manifatturi tal-vetturi.
3.
Il-vulnerabbiltà ta’ livell għoli u l-eżempji korrispondenti tagħha ġew indiċjati fil-Parti A. L-istess indiċjar ġie referenzjat fit-tabelli fil-Partijiet B u C biex kull attakk/vulnerabbiltà jiġi marbut ma’ lista ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni korrispondenti.
4.
L-analiżi tat-theddid għandha tikkunsidra wkoll l-impatti possibbli ta’ attakk. Dawn jistgħu jgħinu biex tiġi aċċertata s-severità ta’ riskju u jidentifikaw riskji addizzjonali. L-impatti possibbli ta’ attakk jistgħu jinkludu:|
(a) |
Tħaddim sikur tal-vettura affettwata; |
|
(b) |
Il-funzjonijiet tal-vettura jieqfu jaħdmu; |
|
(c) |
Software modifikat, prestazzjoni mibdula; |
|
(d) |
Software mibdul iżda l-ebda effett operattiv; |
|
(e) |
Vjolazzjoni tal-integrità tad-data; |
|
(f) |
Vjolazzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data; |
|
(g) |
Telf tad-disponibbiltà tad-data; |
|
(h) |
Oħrajn, inkluża l-kriminalità. |
PARTI A
Vulnerabbiltà jew metodu ta’ attakk relatati mat-theddid
Deskrizzjonijiet ta’ livell għoli ta’ theddid u l-metodu relatat mal-vulnerabbiltà jew l-attakk huma elenkati fit-Tabella A1.
Tabella A1
Lista ta’ vulnerabbiltajiet jew metodi ta’ attakk relatati mat-theddid
|
Deskrizzjonijiet ta’ livell għoli u ta’ sottolivell ta’ vulnerabbiltà/theddida |
Eżempju ta’ vulnerabbiltà jew metodu ta’ attakk |
|||||
|
1 |
Servers back-end użati bħala mezz biex jattakkaw vettura jew jisiltu data |
1.1 |
Abbuż ta’ privileġġi mill-persunal (attakk minn ġewwa) |
||
|
1.2 |
Aċċess bl-internet mhux awtorizzat għas-server (attivat pereżempju permezz ta’ backdoors, vulnerabbiltajiet tas-software tas-sistema mhux kumpressat, attakki SQL jew mezzi oħra) |
|||||
|
1.3 |
Aċċess fiżiku mhux awtorizzat għas-server (imwettaq minn pereżempju USB sticks jew mezzi oħra konnessi mas-server) |
|||||
|
2 |
Interuzzjoni tas-servizzi minn server back-end, li taffettwa t-tħaddim ta’ vettura |
2.1 |
Attakk fuq server back-end li jwaqqfuh milli jiffunzjona, pereżempju ma jħallihx jinteraġixxi mal-vetturi u milli jipprovdi servizzi li jiddependu fuqhom |
|||
|
3 |
Data relatata mal-vettura miżmuma fuq servers back-end li tintilef jew tiġi kompromessa (“vjolazzjoni tad-data”) |
3.1 |
Abbuż ta’ privileġġi mill-persunal (attakk minn ġewwa) |
|||
|
3.2 |
Telf ta’ informazzjoni fil-cloud. Data sensittiva tista’ tintilef minħabba attakki jew inċidenti meta d-data tinħażen minn fornituri terzi tas-servizzi tal-cloud |
|||||
|
3.3 |
Aċċess bl-internet mhux awtorizzat għas-server (attivat pereżempju permezz ta’ backdoors, vulnerabbiltajiet tas-software tas-sistema mhux kumpressat, attakki SQL jew mezzi oħra) |
|||||
|
3.4 |
Aċċess fiżiku mhux awtorizzat għas-server (imwettaq pereżempju minn USB sticks jew mezzi oħra konnessi mas-server) |
|||||
|
3.5 |
Vjolazzjoni ta’ informazzjoni permezz ta’ kondiviżjoni mhux intenzjonata tad-data (eż. żbalji amministrattivi) |
|||||
|
4 |
Spoofing ta’ messaġġi jew ta’ data riċevuta mill-vettura |
4.1 |
Spoofing ta’ messaġġi permezz ta’ impersonazzjoni (eż. messaġġi V2X għas-sensibilizzazzjoni kooperattiva jew għall-koordinazzjoni tal-manuvri, messaġġi GNSS, eċċ.) |
||
|
4.2 |
Attakk Sybil (sabiex isir spoofing ta’ vetturi oħra daqslikieku hemm ħafna vetturi fit-triq) |
|||||
|
5 |
Il-kanali ta’ komunikazzjoni użati biex jitwettqu manipulazzjoni, tħassir jew emendi oħra mhux awtorizzati għall-kodiċi/id-data miżmuma mill-vettura |
5.1 |
Il-kanali ta’ komunikazzjoni jippermettu injezzjoni tal-kodiċi, pereżempju, il-binarju tas-software mbagħbas jista’ jiġi injettat fil-fluss tal-komunikazzjoni |
|||
|
5.2 |
Il-kanali ta’ komunikazzjoni jippermettu manipulazzjoni tad-data/kodiċi miżmuma mill-vettura |
|||||
|
5.3 |
Il-kanali ta’ komunikazzjoni jippermettu kitba fuq id-data/il-kodiċi miżmuma mill-vettura |
|||||
|
5.4 |
Il-kanali ta’ komunikazzjoni jippermettu t-tħassir ta’ data/kodiċi miżmuma mill-vettura |
|||||
|
5.5 |
Il-kanali ta’ komunikazzjoni jippermettu l-introduzzjoni ta’ data/kodiċi fil-vettura (kodiċi tad-data għall-ktib) |
|||||
|
6 |
Il-kanali ta’ komunikazzjoni jippermettu l-aċċettazzjoni ta’ messaġġi mhux fdati/mhux affidabbli jew li huma vulnerabbli għal attakki ta’ ħtif tas-sessjoni/replay |
6.1 |
Aċċettazzjoni ta’ informazzjoni minn sors mhux affidabbli jew mhux fdat |
|||
|
6.2 |
Attakk minn intermedjarju informatiku/ħtif tas-sessjoni |
|||||
|
6.3 |
Attakk replay, pereżempju attakk fuq gateway ta’ komunikazzjoni jippermetti lill-aggressur inaqqas il-grad tas-software ta’ ECU jew firmware tal-gateway |
|||||
|
7 |
L-informazzjoni tista’ tiġi żvelata faċilment. Pereżempju, permezz ta’ smigħ awdjo mhux awtorizzat dwar komunikazzjonijiet jew permess ta’ aċċess mhux awtorizzat għal fajls jew folders sensittivi |
7.1 |
Interċettazzjoni ta’ informazzjoni / radjazzjonijiet interferenti / monitoraġġ tal-komunikazzjonijiet |
|||
|
7.2 |
Ksib ta’ aċċess mhux awtorizzat għal fajls jew data |
|||||
|
8 |
Ċaħda ta’ attakki ta’ servizz permezz ta’ kanali ta’ komunikazzjoni biex ifixklu l-funzjonijiet tal-vetturi |
8.1 |
Il-bgħit ta’ għadd kbir ta’ data li ma tiswix lis-sistema ta’ informazzjoni ta’ vettura, sabiex din ma tkunx tista’ tipprovdi servizzi bil-mod normali |
|||
|
8.2 |
Attakk black hole, sabiex tiġi mfixkla l-komunikazzjoni bejn il-vetturi, l-aggressur jista’ jimblokka l-messaġġi bejn il-vetturi |
|||||
|
9 |
Utent mhux privileġġat jista’ jikseb aċċess privileġġat għas-sistemi tal-vettura |
9.1 |
Utent mhux privileġġat jista’ jikseb aċċess privileġġat, pereżempju aċċess tar-root |
|||
|
10 |
Il-viruses inkorporati fil-mezzi ta’ komunikazzjoni huma kapaċi jinfettaw is-sistemi tal-vettura |
10.1 |
Virus inkorporat fil-mezzi ta’ komunikazzjoni jinfetta s-sistemi tal-vettura |
|||
|
11 |
Messaġġi riċevuti mill-vettura (pereżempju X2V jew messaġġi dijanjostiċi), jew trażmessi fiha, fihom kontenut malizzjuż |
11.1 |
Messaġġi interni malizzjużi (eż. CAN) |
|||
|
11.2 |
Messaġġi V2X malizzjużi, eż. messaġġi mill-infrastruttura għall-vettura jew mill-vettura għall-vettura (eż. CAM, DENM) |
|||||
|
11.3 |
Messaġġi dijanjostiċi malizzjużi |
|||||
|
11.4 |
Messaġġi proprjetarji malizzjużi (eż. dawk normalment mibgħuta minn OEM jew fornitur ta’ komponent/sistema/funzjoni) |
|||||
|
12 |
Użu ħażin jew kompromess tal-proċeduri ta’ aġġornament |
12.1 |
Kompromess tal-proċeduri ta’ aġġornament tas-software “over the air”. Dan jinkludi l-fabbrikazzjoni tal-programm jew tal-firmware ta’ aġġornament tas-sistema |
||
|
12.2 |
Kompromess tal-proċeduri ta’ aġġornament ta’ software lokali/fiżiku. Dan jinkludi l-fabbrikazzjoni tal-programm jew tal-firmware ta’ aġġornament tas-sistema |
|||||
|
12.3 |
Is-software jiġi manipulat qabel il-proċess ta’ aġġornament (u għalhekk jiġi korrott), għalkemm il-proċess ta’ aġġornament huwa intatt |
|||||
|
12.4 |
Kompromess ta’ ċwievet kriptografiċi tal-fornitur tas-software biex jippermetti aġġornament invalidu |
|||||
|
13 |
Huwa possibbli li jiġu miċħuda aġġornamenti leġittimi |
13.1 |
Ċaħda ta’ attakk tas-Servizz fuq server jew network ta’ aġġornament biex jiġi evitat it-tifrix ta’ aġġornamenti kritiċi ta’ software u/jew il-ftuħ ta’ karatteristiċi speċifiċi għall-klijent |
|||
|
15 |
L-atturi leġittimi huma kapaċi jieħdu azzjonijiet li jiffaċilitaw attakk ċibernetiku mingħajr ma jkunu konxji |
15.1 |
Vittma innoċenti (eż. is-sid, l-operatur jew l-inġinier tal-manutenzjoni) tiġi mġiegħla tieħu azzjoni biex tillowdja malware b’mod mhux intenzjonat jew tippermetti attakk |
||
|
15.2 |
Proċeduri definiti ta’ sigurtà ma jiġux segwiti |
|||||
|
16 |
Il-manipulazzjoni tal-konnettività tal-funzjonijiet tal-vetturi tippermetti attakk ċibernetiku, dan jista’ jinkludi t-telematika; sistemi li jippermettu operazzjonijiet mill-bogħod; u sistemi li jużaw komunikazzjoni bla fili fuq medda qasira |
16.1 |
Manipulazzjoni ta’ funzjonijiet imfassla biex is-sistemi jitħaddmu mill-bogħod, bħal ċavetta għall-kontroll mill-bogħod, immobilizzatur, u punti għall-iċċarġjar |
||
|
16.2 |
Manipulazzjoni tat-telematika tal-vettura (eż. manipulazzjoni tal-kejl tat-temperatura ta’ oġġetti sensittivi, ftuħ mill-bogħod tal-bibien tal-merkanzija) |
|||||
|
16.3 |
Interferenza ma’ sistemi jew sensuri bla fili fuq medda qasira |
|||||
|
17 |
Software ta’ parti terza ospitat, eż. applikazzjonijiet ta’ divertiment, li jintużaw bħala mezz biex jiġu attakkati s-sistemi tal-vettura |
17.1 |
Applikazzjonijiet korrotti, jew dawk b’nuqqas ta’ sigurtà tas-software, li jintużaw bħala metodu biex jiġu attakkati s-sistemi tal-vetturi |
|||
|
18 |
Apparati konnessi ma’ interfaċċi esterni eż. ports USB, port tal-OBD, li jintużaw bħala mezz biex jiġu attakkati s-sistemi tal-vetturi |
18.1 |
Interfaċċi esterni bħal ports USB jew ports oħra li jintużaw bħala punt ta’ attakk, pereżempju permezz ta’ injezzjoni ta’ kodiċi |
|||
|
18.2 |
Mezzi infettati b’virus imqabbda ma’ sistema ta’ vettura |
|||||
|
18.3 |
Aċċess dijanjostiku (eż. dongles fil-port tal-OBD) li jintuża biex jiffaċilita attakk, eż. manipulazzjoni tal-parametri tal-vettura (direttament jew indirettament) |
|||||
|
19 |
Estrazzjoni tad-data/kodiċi tal-vettura |
19.1 |
Estrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur jew software proprjetarju minn sistemi ta’ vettura (piraterija ta’ prodotti) |
||
|
19.2 |
Aċċess mhux awtorizzat għall-informazzjoni dwar il-privatezza tas-sid bħall-identità personali, l-informazzjoni dwar il-kont tal-pagamenti, l-informazzjoni dwar il-ktieb tal-indirizzi, l-informazzjoni dwar il-post, l-ID elettronika tal-vettura, eċċ. |
|||||
|
19.3 |
Estrazzjoni ta’ ċwievet kriptografiċi |
|||||
|
20 |
Manipulazzjoni tad-data/il-kodiċi tal-vettura |
20.1 |
Bidliet illegali/mhux awtorizzati fl-ID elettronika tal-vettura |
|||
|
20.2 |
Frodi tal-identità. Pereżempju, jekk utent jixtieq juri identità oħra meta jikkomunika mas-sistemi ta’ pedaġġ, il-back-end tal-manifattur |
|||||
|
20.3 |
Azzjoni biex jiġu evitati s-sistemi ta’ monitoraġġ (eż. hacking/tbagħbis/imblukkar ta’ messaġġi bħad-data tat-Tracker tal-ODR, jew l-għadd ta’ sessjonijiet) |
|||||
|
20.4 |
Manipulazzjoni tad-data biex tiġi ffalsifikata d-data dwar is-sewqan tal-vettura (eż. kilometraġġ, veloċità tas-sewqan, direzzjonijiet tas-sewqan, eċċ.) |
|||||
|
20.5 |
Bidliet mhux awtorizzati fid-data dijanjostika tas-sistema |
|||||
|
21 |
Tħassir tad-data/tal-kodiċi |
21.1 |
Tħassir/manipulazzjoni mhux awtorizzati tar-reġistru tal-avvenimenti tas-sistema |
|||
|
22 |
Introduzzjoni ta’ malware |
22.2 |
Introduzzjoni ta’ software malizzjuż jew attività ta’ software malizzjuż |
|||
|
23 |
Introduzzjoni ta’ software ġdid jew kitba fuq software eżistenti |
23.1 |
Manifattura ta’ software tas-sistema ta’ kontroll tal-vettura jew tas-sistema ta’ informazzjoni |
|||
|
24 |
Tfixkil tas-sistemi jew l-operazzjonijiet |
24.1 |
Iċ-ċaħda tas-servizz, pereżempju dan jista’ jiġi attivat fuq in-network intern billi jsir flooding ta’ CAN bus, jew billi jiġu provokati ħsarat fuq ECU permezz ta’ rata għolja ta’ messaġġi |
|||
|
25 |
Manipulazzjoni tal-parametri tal-vettura |
25.1 |
Aċċess mhux awtorizzat jew falsifikazzjoni tal-parametri tal-konfigurazzjoni tal-funzjonijiet ewlenin tal-vettura, bħad-data dwar il-brejkijiet, il-limitu użat għall-airbag, eċċ. |
|||
|
25.2 |
Aċċess mhux awtorizzat jew falsifikazzjoni tal-parametri tal-iċċarġjar, bħall-vultaġġ tal-iċċarġjar, il-potenza tal-iċċarġjar, it-temperatura tal-batterija, eċċ. |
|||||
|
26 |
It-teknoloġiji kriptografiċi jistgħu jiġu kompromessi jew ma jiġux applikati biżżejjed |
26.1 |
Kombinament ta’ ċwievet kriptografiċi qosra u perjodu twil ta’ validità jippermetti lill-aggressur jiddeċifra l-kriptaġġ |
||
|
26.2 |
Użu insuffiċjenti ta’ algoritmi kriptografiċi għall-protezzjoni ta’ sistemi sensittivi |
|||||
|
26.3 |
Użu ta’ algoritmi kriptografiċi li ma għadhomx jintużaw jew li mhux se jibqgħu jintużaw daqt |
|||||
|
27 |
Partijiet jew provvisti jistgħu jiġu kompromessi u b’hekk jippermettu li l-vetturi jiġu attakkati |
27.1 |
Hardware jew software, maħduma biex jippermettu attakk jew jonqsu milli jissodisfaw il-kriterji tad-disinn biex iwaqqfu attakk |
|||
|
28 |
L-iżvilupp tas-software jew tal-hardware jippermetti vulnerabbiltajiet |
28.1 |
Bugs tas-software. Il-preżenza ta’ bugs tas-software tista’ tkun bażi għal vulnerabbiltajiet potenzjali li jistgħu jiġu sfruttati. Dan huwa partikolarment minnu jekk is-software ma jkunx ġie ttestjat biex jiġi vverifikat li ma jkunx hemm kodiċi ħażin/bugs magħrufa u jitnaqqas ir-riskju li jkun hemm kodiċi ħażin/bugs mhux magħrufa |
|||
|
28.2 |
L-użu ta’ dak li jifdal mill-iżvilupp (eż. ports tad-debugs, ports tal-JTAG, mikroproċessuri, ċertifikati tal-iżvilupp, passwords tal-iżviluppaturi, …) jista’ jippermetti l-aċċess għall-ECUs jew jippermetti lill-aggressuri jiksbu privileġġi ogħla |
|||||
|
29 |
Id-disinn tan-network jintroduċi vulnerabbiltajiet |
29.1 |
Ports superfluwi tal-internet li tħallew miftuħa, u b’hekk jipprovdu aċċess għas-sistemi tan-networks |
|||
|
29.2 |
Evitar tas-separazzjoni tan-network biex jinkiseb kontroll. Eżempju speċifiku huwa l-użu ta’ gateways mhux protetti, jew punti ta’ aċċess (bħal gateways tat-trakkijiet u t-trailers), biex jiġu evitati l-protezzjonijiet u jinkiseb aċċess għal segmenti oħra tan-network biex jitwettqu atti malizzjużi, bħall-bgħit ta’ messaġġi arbitrarji ta’ CAN bus |
|||||
|
31 |
Trasferiment mhux intenzjonat ta’ data jista’ jseħħ |
31.1 |
Vjolazzjoni ta’ informazzjoni. Id-data personali tista’ tiġi żvelata meta l-karozza tibdel l-utent (eż tinbiegħ jew tintuża bħala vettura tal-kiri minn kerrejja ġodda) |
|||
|
32 |
Il-manipulazzjoni fiżika tas-sistemi tista’ tippermetti attakk |
32.1 |
Manipulazzjoni ta’ hardware elettroniku, eż. hardware elettroniku mhux awtorizzat miżjud ma’ vettura biex jippermetti attakk “man-in-the-middle” Sostituzzjoni ta’ hardware elettroniku awtorizzat (eż. sensuri) b’hardware elettroniku mhux awtorizzat Manipulazzjoni tal-informazzjoni miġbura minn sensur (pereżempju, bl-użu ta’ kalamita għat-tbagħbis bis-senser tal-effett Hall imqabbad mal-gerboks) |
|||
PARTI B
Mitigazzjonijiet għat-theddid maħsub għall-vetturi
|
1. |
Mitigazzjonijiet għall-“Kanali ta’ komunikazzjoni tal-vettura”
Il-mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat mal-“Kanali ta’ komunikazzjoni tal-vettura” huma elenkati fit-Tabella B1. Tabella B1 Mitigazzjoni għat-theddid li huwa relatat mal-“Kanali ta’ komunikazzjoni tal-vettura”
|
|
2. |
Mitigazzjonijiet għall-“Proċess ta’ aġġornament”
Il-mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat mal-“Proċess ta’ aġġornament” huma elenkati fit-Tabella B2. Tabella B2 Mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat mal-“Proċess ta’ aġġornament”
|
|
3. |
Mitigazzjonijiet għall-“Azzjonijiet umani mhux intenzjonati li jiffaċilitaw attakk ċibernetiku”
Il-mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat mal-“Azzjonijiet umani mhux intenzjonati li jiffaċilitaw attakk ċibernetiku” huma elenkati fit-Tabella B3. Tabella B3 Mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat mal-“Azzjonijiet umani mhux intenzjonati li jiffaċilitaw attakk ċibernetiku”
|
|
4. |
Mitigazzjonijiet għall-“Konnettività u l-konnessjonijiet esterni”
Il-mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat mal-“konnettività u l-konnessjonijiet esterni” huma elenkati fit-Tabella B4. Tabella B4 Mitigazzjoni għat-theddid li huwa relatat ma’ “konnettività u konnessjonijiet esterni”
|
|
5. |
Mitigazzjonijiet għall-“Miri potenzjali ta’, jew motivazzjonijiet għal, attakk”
Il-mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat ma’ “Miri potenzjali ta’, jew motivazzjonijiet għal, attakk” huma elenkati fit-Tabella B5. Tabella B5 Mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat mal-“Miri potenzjali ta’, jew motivazzjonijiet għal, attakk”
|
|
6. |
Mitigazzjonijiet għall-“Vulnerabbiltajiet potenzjali li jistgħu jiġu sfruttati jekk ma jkunux protetti jew imsaħħa biżżejjed”
Il-mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat mal-“Vulnerabbiltajiet potenzjali li jistgħu jiġu sfruttati jekk ma jkunux protetti jew imsaħħa biżżejjed” huma elenkati fit-Tabella B6. Tabella B6 Mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat mal-“Vulnerabbiltajiet potenzjali li jistgħu jiġu sfruttati jekk ma jkunux protetti jew imsaħħa biżżejjed”
|
|
7. |
Mitigazzjonijiet għal “Telf tad-data/vjolazzjoni tad-data mill-vettura”
Il-mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat ma’ “Telf tad-data/vjolazzjoni tad-data mill-vettura” huma elenkati fit-Tabella B7. Tabella B7 Mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat ma’ “Telf tad-data/vjolazzjoni tad-data mill-vettura”
|
|
8. |
Mitigazzjonijiet għall-“Manipulazzjoni fiżika tas-sistemi li jippermettu attakk”
Il-mitigazzjoni għat-theddid li huwa relatat mal-“Manipulazzjoni fiżika tas-sistemi li jippermettu attakk” hija elenkata fit-Tabella B8. Tabella B8 Mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat mal-“Manipulazzjoni fiżika tas-sistemi li jippermettu attakk”
|
PARTI C
Mitigazzjonijiet għat-theddid minn barra l-vetturi
|
1. |
Mitigazzjonijiet għas-“Servers back-end”
Il-mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat mas-“Servers back-end” huma elenkati fit-Tabella C1. Tabella C1 Mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat mas-“Servers back-end”
|
|
2. |
Mitigazzjonijiet għall-“Azzjonijiet umani mhux intenzjonati”
Il-mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat mal-“Azzjonijiet umani mhux intenzjonati” huma elenkati fit-Tabella C2. Tabella C2 Mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat mal-“Azzjonijiet umani mhux intenzjonati”
|
|
3. |
Mitigazzjonijiet għat-“Telf fiżiku ta’ data”
Il-mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat mat-“Telf fiżiku tad-data ” huma elenkati fit-Tabella C3. Tabella C3 Mitigazzjonijiet għat-theddid li huwa relatat mat-“Telf fiżiku tat-telf tad-data”
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/5/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)