Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Settembru 2005, Ricosmos BV vs Il-Kummissjoni (T-53/02), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (REM 09/00), tas-16 ta’ Novembru 2001, li tindika lill-awtoritajiet Olandiżi li m’għandhiex tingħata remissjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni fir-rigward ta’ kunsinna ta’ sigaretti ddestinata għar-Repubblika Ċeka, peress li frodi magħmula minn terzi persuni fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ tranżitu Komunitarju estern ma tikkostitwixxix sitwazzjoni partikolari li tiġġustifika r-remissjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni.
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) Ricosmos BV hija kkundannata tbati l-ispejjeż.