|
8.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1413
tad-29 ta’ Ġunju 2020
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fiha valur żbaljat fl-ewwel u fit-tieni ringiela tal-Kategorija Kroniku 3, fil-punt (b)(iii) tat-Tabella 4.1.0 tal-Anness I. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħrajn mhumiex affettwati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN