26.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 287/2014

tat-12 ta’ Diċembru 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2015/2154]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 598/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 598/2014 iħassar, b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2016, id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li għalhekk, bħala konsegwenza, għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2016.

(3)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 66f (id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi ssostitwit, b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2016, bis-segwenti:

“ 32014 R 0598: Ir-Regolament (UE) Nru 598/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 65).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 598/2014 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 135/2014 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tas-27 ta’ Ġunju 2014 (3), skont liema data tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 65.

(2)   ĠU L 85, 28.3.2002, p. 40.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(3)   ĠU L 342, 27.11.2014, p. 42.