27.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/102


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9453 — Phillips 66/Fortress Investment Group/United Pacific)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 323/08)

1.   

Fid-19 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Phillips 66 (l-Istati Uniti),

—

Fortress Investment Group LLC (“Fortress”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn SoftBank Group Corp. (“Sofbank”, il-Ġappun),

—

CF United LLC (“United Pacific”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn Fortress.

Phillips 66 u Fortress jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ United Pacific kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni qed isseħħ permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Għal Phillips 66: kumpanija multinazzjonali tal-enerġija b’portafoll ta’ negozji integrati midstream, kimiċi, tar-raffinar u kummerċjalizzazzjoni. Phillips 66 tipproċessa, tittrasporta, taħżen u tikkummerċjalizza fjuwils u prodotti mad-dinja kollha,

—   Għal Fortress: ditta tal-investiment alternattiv u tal-immaniġġjar tal-assi. Fortress timmaniġġja l-kapital għal grupp divers ta’ investituri inklużi fondi tal-pensjonijiet, dotazzjonijiet u fondazzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji, fondi ta’ fondi u individwi b’valur nett għoli,

—   Għal United Pacific: sid u operatur indipendenti ta’ pompi tal-petrol u ħwienet lokali fil-Kosta tal-Punent tal-Istati Uniti u tbigħ fjuwil tal-karozzi u oġġetti tal-konsum ta’ kuljum.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Għandha dejjem tiġi speċifikata r-referenza li ġejja:

M.9453 — Phillips 66/Fortress Investment Group/United Pacific

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.