|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1483 |
24.5.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1483
tal-21 ta’ Mejju 2024
li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Ellenika, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Grieg,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
|
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Dimitra ANGELAKI, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Il-Gvern Grieg ippropona lis-Sur Ioannis KOURAKIS, rappreżentant ta’ korp lokali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, εκπρόσωπος του Δήμου Μαλεβιζίου για ό,τι αφορά τα Ευρωπαϊκά ζητήματα και πολιτικά υπεύθυνος ενώπιον του δημοτικού συμβουλίου του Δήμου Μαλεβιζίου (Rappreżentant tal-Muniċipalità ta’ Malevizi għall-Affarijiet Ewropej u politikament responsabbli quddiem il-Kunsill Muniċipali, il-Muniċipalità ta’ Malevizi), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Ioannis KOURAKIS, rappreżentant ta’ korp lokali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, εκπρόσωπος του Δήμου Μαλεβιζίου για ό,τι αφορά τα Ευρωπαϊκά ζητήματα και πολιτικά υπεύθυνος ενώπιον του δημοτικού συμβουλίου του Δήμου Μαλεβιζίου (Rappreżentant tal-Muniċipalità ta’ Malevizi għall-Affarijiet Ewropej u politikament responsabbli quddiem il-Kunsill Muniċipali, il-Muniċipalità ta’ Malevizi) (bidla fil-mandat) huwa b’dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/mt.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/102/mt).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1483/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)