European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2610

2.10.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2610

tat-30 ta’ Settembru 2024

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Iżrael u l-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew minn kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li trid tinżamm il-konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u tal-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

L-Iżrael huwa elenkat għad-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet kollha tal-pollam li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 u d-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet rilevanti tal-pollam li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Annessi V u XIV ġie sospiż minħabba tifqigħat tal-marda ta’ Newcastle jew tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, Highly Pathogenic Avian Influenza). Il-kundizzjonijiet speċjali “P2” jew “P1” fil-kolonna 4 tat-tabella fit-Taqsima B, il-Parti 1 tal-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jirriflettu, rispettivament, li s-sospensjoni ta’ żoni speċifiċi fl-Iżrael hija dovuta għat-tifqigħa/tifqigħat tal-marda ta’ Newcastle jew it-tifqigħa/tifqigħat tal-HPAI.

(6)

Fl-4 ta’ Settembru 2024, l-Iżrael informa lill-Kummissjoni dwar il-konferma ta’ tifqigħa tas-sottotip H5N1 tal-HPAI fi stabbiliment tal-pollam bid-dundjani fid-Distrett tat-Tramuntana.

(7)

Biex tirrifletti dik it-tifqigħa riċenti tal-HPAI fid-Distrett tat-Tramuntana fl-Iżrael, jenħtieġ li tiżdied il-kundizzjoni speċifika “P1” fil-kolonna 4 tat-tabella fit-Taqsima B, il-Parti 1 tal-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 għaż-żoni rilevanti fl-Iżrael.

(8)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fl-istat ta’ California u Florida, li ġew ikkonfermati fit-18 ta’ Settembru 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(9)

Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti stabbiliet żoni ristretti ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentat politika tal-qerda biex tikkontrolla l-preżenza tal-HPAI u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda.

(10)

L-Istati Uniti ppreżentaw l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri li ħadu biex jipprevjenu aktar tixrid tal-HPAI bħala segwitu għat-tifqigħat riċenti fl-Istati ta’ California u Florida.

(11)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni ristretti stabbilita mill-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti, jenħtieġ li jiġi sospiż id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni ristretti fl-istati ta’ California u ta’ Florida, biex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(12)

Barra minn hekk, l-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Dik l-informazzjoni aġġornata kkonċernat is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ 15-il tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ Colorado (1), Florida (3), Iowa (2), Michigan (2), Minnesota (5) u New Mexico (2), li ġew ikkonfermati bejn it-12 ta’ April 2024 u d-19 ta’ Lulju 2024 b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(13)

L-Istati Uniti ssottomettew ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jipprevjenu aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara dawn it-tifqigħat tal-HPAI, l-Istati Uniti implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll lestew ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati.

(14)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Istati Uniti, u jidhrilha li dawn ipprovdew garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti fl-Unjoni miż-żoni kkonċernati, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex ta’ theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni kkonċernati tal-Istati Uniti, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fl-Iżrael u fl-Istati Uniti.

(16)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Iżrael u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Iżrael u mal-Istati Uniti, jenħtieġ li l-emendi li għandhom isiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament isiru effettivi bħala kwistjoni ta’ urġenza.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-Iżrael hija sostitwita b’dan li ġej:

“IL

Iżrael

IL-0

BPP, BPR, DOC, DOR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

P1, P2

 

28.1.2017

 

SP

P1, P2

 

18.4.2015

 

SPF”

 

 

 

 

(ii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.641 hija sostitwita b’li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.641

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

12.4.2024

30.8.2024”

(iii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.643 hija sostitwita b’li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2. 643

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

17.4.2024

30.8.2024”

(iv)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.645 hija sostitwita b’li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.645

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

26.4.2024

11.8.2024”

(v)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.647 hija sostitwita b’li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.647

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

2.5.2024

11.8.2024”

(vi)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.655 hija sostitwita b’li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.655

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

21.5.2024

9.8.2024”

(vii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.657 hija sostitwita b’li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.657

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

3.6.2024

1.9.2024”

(viii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.660 u US-2.661 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.660

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

12.6.2024

16.8.2024

US-2.661

N, P1

 

13.6.2024

2.9.2024”

(ix)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.663, US-2.664 u US-2.665 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.663

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

18.6.2024

10.8.2024

US-.664

N, P1

 

21.6.2024

31.8.2024

US-2.665

N, P1

 

27.6.2024

25.8.2024”

(x)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.671 hija sostitwita b’li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.671

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

16.7.2024

2.9.2024”

(xi)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.673, US-2.674 u US-2.675 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.673

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

19.7.2024

23.8.2024

US-2.674

N, P1

 

19.7.2024

23.8.2024

US-2.675

N, P1

 

19.7.2024

23.8.2024”

(xii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.678 sa US-2.679 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.677:

“US

L-Istati Uniti

US-2.678

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

18.9.2024

 

US-2.679

N, P1

 

18.9.2024”

 

(b)

fil-Parti 2, fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.678 sa US-2.679 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.677:

“L-Istati Uniti

US-2.678

State of California

Merced 12

Merced County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 120.7901850°W 37.4445084°N)

US-2.679

State of Florida

Orange 01

Orange County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 81.2745525°W 28.6759464°N)’

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Iżrael hija sostitwita b’dan li ġej:

“IL

Iżrael

IL-0

RAT

P1, P2

 

28.1.2017

 

 

GBM

P1, P2

 

18.4.2015

 

IL-1

POU

N, P1

 

24.4.2019

 

IL-2

POU

P1, P2

 

21.1.2017”

 

(b)

fl-entrata għall-Istati Uniti:

(i)

ir-ringieli għaż-żona US-2.641 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.641

POU, RAT

N, P1

 

12.4.2024

30.8.2024

GBM

P1

 

12.4.2024

30.8.2024”

(ii)

ir-ringieli għaż-żona US-2.643 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.643

POU, RAT

N, P1

 

17.4.2024

30.8.2024

GBM

P1

 

17.4.2024

30.8.2024”

(iii)

ir-ringieli għaż-żona US-2.645 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.645

POU, RAT

N, P1

 

26.4.2024

11.8.2024

GBM

P1

 

26.4.2024

11.8.2024”

(iv)

ir-ringieli għaż-żona US-2.647 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.647

POU, RAT

N, P1

 

2.5.2024

11.8.2024

GBM

P1

 

2.5.2024

11.8.2024”

(v)

ir-ringieli għaż-żona US-2.655 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.655

POU, RAT

N, P1

 

21.5.2024

9.8.2024

GBM

P1

 

21.5.2024

9.8.2024”

(vi)

ir-ringieli għaż-żona US-2.657 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.657

POU, RAT

N, P1

 

3.6.2024

1.9.2024

GBM

P1

 

3.6.2024

1.9.2024”

(vii)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.660 u US-2.661 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.660

POU, RAT

N, P1

 

12.6.2024

16.8.2024

GBM

P1

 

12.6.2024

16.8.2024

US-2.661

POU, RAT

N, P1

 

13.6.2024

2.9.2024

GBM

P1

 

13.6.2024

2.9.2024”

(viii)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.663, US-2.664 u US-2.665 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.663

POU, RAT

N, P1

 

18.6.2024

10.8.2024

GBM

P1

 

18.6.2024

10.8.2024

US-2.664

POU, RAT

N, P1

 

21.6.2024

31.8.2024

GBM

P1

 

21.6.2024

31.8.2024

US-2.665

POU, RAT

N, P1

 

27.6.2024

25.8.2024

GBM

P1

 

27.6.2024

25.8.2024”

(ix)

ir-ringieli għaż-żona US-2.671 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.671

POU, RAT

N, P1

 

16.7.2024

2.9.2024

GBM

P1

 

16.7.2024

2.9.2024”

(x)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.673, US-2.674 u US-2.675 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.673

POU, RAT

N, P1

 

19.7.2024

23.8.2024

GBM

P1

 

19.7.2024

23.8.2024

US-2.674

POU, RAT

N, P1

 

19.7.2024

23.8.2024

GBM

P1

 

19.7.2024

23.8.2024

US-2.675

POU, RAT

N, P1

 

19.7.2024

23.8.2024

GBM

P1

 

19.7.2024

23.8.2024”

(xi)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.678 u US-2.679 wara r-ringieli għaż-żona US-2.677:

“US

L-Istati Uniti

US-2.678

POU, RAT

N, P1

 

18.9.2024

 

GBM

P1

 

18.9.2024

 

US-2.679

POU, RAT

N, P1

 

18.9.2024

 

GBM

P1

 

18.9.2024”.

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2610/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)