|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6143 |
10.10.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11755 – ENBRIDGE / MPLX / ISQ / DBR)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6143)
1.
Fit-3 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Enbridge Inc. (“Enbridge”, il-Kanada), |
|
— |
MPLX LP (“MPLX”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Marathon Petroleum Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
I Squared Capital Advisors (l-Istati Uniti tal-Amerka), LLC (“ISQ”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Delaware Basin Residue, LLC (“DBR”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn ISQ. |
Enbridge, MPLX u ISQ jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ DBR.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Enbridge hija kumpanija tal-infrastruttura tal-enerġija attiva primarjament fit-trasport, il-ħżin u d-distribuzzjoni taż-żejt grezz u tal-gass naturali fl-Amerka ta’ Fuq. Enbridge hija attiva wkoll fl-enerġiji rinnovabbli fl-Amerika ta’ Fuq u fl-Ewropa, |
|
— |
MPLX tippossjedi u topera infrastruttura tal-enerġija midstream u assi loġistiċi u tipprovdi servizzi ta’ distribuzzjoni tal-fjuwils, |
|
— |
ISQ hija ditta ta’ ekwità privata li tiffoka fuq l-enerġija, l-utilitajiet, it-telekomunikazzjoni, il-kura tas-saħħa u t-trasport fl-Amerka ta’ Fuq, fl-Ewropa, f’ġeografiji oħra, |
|
— |
DBR hija s-sid ta’ pipelines tal-gass naturali f’Texas u fi New Mexico (l-Istati Uniti tal-Amerka), billi hija attiva fit-trażmissjoni u l-ħażna tal-gass naturali fl-Istati Uniti tal-Amerka. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11755 – ENBRIDGE / MPLX / ISQ / DBR
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6143/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)