|
8.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 327/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1410
tal-25 ta’ Settembru 2020
dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fis-66 sessjoni tal-Kumitat tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali fir-rigward tal-adozzjoni maħsuba ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata jew pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata, u ta’ rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata taħt il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31, l-Artikolu 43(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE (1) l-Unjoni approvat il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija (2) flimkien mal-Protokoll ta’ Emendament tagħha (3) (il-Konvenzjoni SA), li stabbilixxiet il-Kumitat tas-Sistema Armonizzata (HSC, Harmonized System Committee). |
|
(2) |
Skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(1) tal-Konvenzjoni SA, l-HSC huwa, fost l-oħrajn, responsabbli għat-tħejjija ta’ Noti ta’ Spjegazzjoni, ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, ta’ pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u għat-tħejjija ta’ rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tas-Sistema Armonizzata. |
|
(3) |
Fis-sessjoni tiegħu ta’ Settembru 2020, l-HSC huwa mistenni jiddeċiedi dwar Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni jew pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u jiddeċiedi dwar rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata taħt il-Konvenzjoni SA. |
|
(4) |
Importanti li jiġi mfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-interessi taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-verifika, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tal-oġġetti għal skopijiet doganali għandu, b’mod ġenerali, jitfittex fil-karatteristiċi oġġettivi u l-proprjetajiet tagħhom kif definiti fit-test tal-intestatura rilevanti tan-nomenklatura doganali u fin-noti rilevanti tat-taqsimiet u l-kapitoli. |
|
(5) |
Fid-dawl tal-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, tad-deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, tal-emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni u ta’ pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata, u ta’ rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata taħt il-Konvenzjoni, jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni, għaliex, ladarba jiġu aċċettati, dawk l-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, u uħud minn dawk id-deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni u emendi jiġu ppubblikati f’Komunikazzjoni tal-Kummissjoni taħt il-punt (a)(iii) tal-Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u jsiru applikabbli għall-Istati Membri. Il-pożizzjoni se tiġi espressa fl-HSC, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li trid tittieħed, f’isem l-Unjoni, fis-66 sessjoni tal-Kumitat tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali dwar l-approvazzjoni ta’ Noti ta’ Spjegazzjoni, Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni u pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u ta’ rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata taħt il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata, hija stabbilita fl-Anness.
Artikolu 2
Jista’ jintlaħaq qbil mir-rappreżentanti tal-Unjoni dwar tibdiliet tekniċi minuri għall-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 mingħajr il-ħtieġa ta’ deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta’ April 1987 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha (ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1).
(2) ĠU L 198, 20.7.1987, p. 3.
(3) Il-Protokoll ta’ Emendament tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti (ĠU L 198, 20.7.1987, p. 11).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
ANNESS
IV. RAPPORT TAS-SOTTOKUMITAT XJENTIFIKU: Dok. NS0456Eb (SSC/35 - rapport)
|
(1) |
Kwistjonijiet għal deċiżjoni (dok. NC2708Ea)
L-Unjoni għandha taqbel mal-klassifikazzjonijiet kollha proposti peress li huma konformi mal-politika ta' klassifikazzjoni attwali fl-Unjoni. |
|
(2) |
L-emenda possibbli għan-Noti ta' Spjegazzjoni tal-Kapitolu 29 fir-rigward tal-lista ta' drogi narkotiċi, sustanzi psikotropiċi u prekursuri Dok. NC2738Ea
L-Unjoni għandha taqbel mal-proposta li tiġi emendata n-NSSA tal-Kapitolu 29, f'konformità mal-parir tas-Sottokumitat Xjentifiku. |
V. RAPPORT TAS-SOTTOKUMITAT DWAR IR-RIEŻAMI TAS-SA (Dok. NR1403E)
|
(1) |
Kwistjonijiet għal deċiżjoni (Dok. NC2709Ea)
L-Unjoni għandha taqbel mal-emendi kollha proposti fid-dokumenti peress li jirriflettu l-politika ta' klassifikazzjoni attwali fl-Unjoni. |
|
(2) |
Il-klassifikazzjoni fis-SA 2022 ta' ċerti vaporizzaturi elettriċi personali li jintremew wara l-użu jew rikarikabbli (Talba mis-Segretarjat) Dok. NC2710Eb
L-Unjoni tikklassifika l-prodott 1 fis-subintestatura 8 543,70 tas-SA 2017 u fis-subintestatura 8 543,40 tas-SA 2022. Il-prodott 2 għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 24.04 tas-SA2022 bl-użu ta' GIR 3(b), abbażi tal-karattru essenzjali mogħti mil-likwidu elettroniku. |
|
(3) |
Il-klassifikazzjoni fis-SA 2022 ta' ċerti kollezzjonijiet u biċċiet tal-kollezzjoni ta' interess numismatiku (Talba mis-Segretarjat) Dok. NC2711Ea
L-Unjoni għandha tesprimi l-bżonn għal informazzjoni addizzjonali dwar il-prodotti biex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni. L-Unjoni ma għandhiex taqbel mal-proposta li tiġi emendata n-NSSA, sakemm ma jkunx hemm kjarifika u gwida dwar kif issir distinzjoni bejn is-subintestaturi l-ġodda taħt l-intestatura 97.05. |
|
(4) |
Il-klassifikazzjoni fis-SA 2022 ta' ċerti cartridges għall-istampaturi 3D (Talba mis-Segretarjat) Dok. NC2712Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodotti fil-Kapitolu 39 skont il-materjal kostitwenti, f'konformità mad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-276/00. Hemm bżonn informazzjoni addizzjonali biex jiġu kklassifikati l-prodotti fil-livell tas-subintestatura. L-emenda proposta għan-NSSA ma għandhiex tiġi appoġġata, peress li l-prattika attwali fl-Unjoni hija li l-cartridges tal-istampaturi ma jiġux ikklassifikati bħala partijiet mill-istampaturi. |
|
(5) |
Il-klassifikazzjoni fis-SA 2022 ta' magna tal-laminazzjoni tal-folji għall-manifattura addittiva Dok. NC2744Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 84.85 (l-għażla II). |
VI. RAPPORT TAL-GRUPP TA' ĦIDMA PRESESSJONALI Dok. NC2714Ea u l-Annessi A sa T
L-Unjoni għandha tadotta t-test ippreżentat fl-Annessi A sa T, soġġett għal xi suġġerimenti editorjali, bir-rimarki li ġejjin:
|
(1) |
L-emenda għall-Ġabra ta' Opinjonijiet ta' Klassifikazzjoni biex tiġi riflessa d-deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni ta' prodott fl-intestatura 18.06 (subintestatura 1 806,32) L-Unjoni għandha tissuġġerixxi li titħassar il-lista ta' ingredjenti li mhumiex meħtieġa għall-finijiet ta' klassifikazzjoni. |
|
(2) |
L-emenda għall-Ġabra ta' Opinjonijiet ta' Klassifikazzjoni biex tiġi riflessa d-deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni ta' żewġ tipi ta' zkuk tat-tabakk ("Zkuk tat-tabakk imqatta' rrumblat espandut (CRES)" u "Zkuk tat-tabakk espandut (ETS)") fl-intestatura 24.03 (subintestatura 2 403,99) L-Unjoni għandha tinsisti li jinżamm it-test "ma jistax jitpejjep direttament" peress li dan kien il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni. |
|
(3) |
L-emenda għall-Ġabra ta' Opinjonijiet ta' Klassifikazzjoni biex tiġi riflessa d-deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni ta' Ċelloli tal-Karburant b'Ossidu Solidu (SOFC) fl-intestatura 85.01 (subintestatura 8 501,62) L-Unjoni għandha tissuġġerixxi l-użu tad-deskrizzjoni tal-prodott mit-test fil-kaxxa fid-dokument ta' ħidma inizjali (dok. NC2655E1b). |
VII. TALBIET GĦAL RIEŻAMI (RIŻERVI)
|
(1) |
Ir-rieżami tal-klassifikazzjoni ta' ċerti sip feeds djetetiċi (Prodotti 1 sa 5) (Talba mill-Istati Uniti) Dok. NC2715Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodotti bħala xarbiet fl-intestatura 22.02, f'konformità mad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-114/80 u mal-Opinjonijiet ta' Klassifikazzjoni 2202.99/2-4. |
|
(2) |
Ir-rieżami tal-klassifikazzjoni ta' arloġġ tal-idejn tal-ġiri bil-GPS u bil-monitoraġġ tal-polz (Talbiet mill-Istati Uniti u l-Ġappun) Dok. NC2716Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodott fis-subintestatura 9 102,12 bħala arloġġ tal-idejn, f'konformità man-NSNM għall-intestatura 91.02. |
|
(3) |
Ir-rieżami tal-klassifikazzjoni ta' Sterilizzatur (Talba mill-Ukrajna) Dok. NC2717Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 84.19, peress li din hija l-intestatura speċifika għall-isterilizzaturi. Il-bidla fit-temperatura sseħħ u għandha effett importanti fuq il-proċess sterilizzanti. L-apparat ma jissodisfa l-ebda funzjoni mekkanika. |
|
(4) |
Ir-rieżami tal-klassifikazzjoni ta' żewġ prodotti msejħa "Ġeneraturi RF u Networks ta' Korrispondenza RF" (Talba mill-Korea t'Isfel) Dok. NC2718Ea, NC2745Eb, NC2747Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodotti fl-intestatura 84.86 peress li huma magni identifikabbli użati biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' apparati semikondutturi. |
VIII. STUDJI ULTERJURI
|
(1) |
Il-klassifikazzjoni tal-insetti li jittieklu (Proposta mis-Segretarjat) Dok. NC2719Ea
L-Unjoni għandha tappoġġa t-trasferimenti possibbli mill-intestaturi 02.10 u 04.10 għall-prodott 1. Il-prodott 2 jista' jiġi ttrasferit jew mill-intestatura 04.10 jew mill-Kapitolu 16. Il-prodott 3 jista' jiġi ttrasferit mill-Kapitolu 16. Il-prodott 4 jista' jiġi ttrasferit mill-Kapitolu 16 jew 21. |
|
(2) |
L-emenda possibbli għan-Nota ta' Spjegazzjoni tal-intestatura 27.11 biex tiġi ċċarata l-klassifikazzjoni tal-gass likwifikat miż-żejt (LPG) (Proposta mis-Segretarjat) Dok. NC2720Ea
L-Unjoni għandha tappoġġa l-ħolqien ta' subintestatura fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-subintestatura 2 711,19. |
|
(3) |
L-emenda għan-Noti ta' Spjegazzjoni tar-Regola 3(b) biex tiġi ċċarata l-klassifikazzjoni tas-settijiet tad-Dok. NC2721Ea
L-Unjoni għandha tappoġġa ż-żamma tal-istatus quo u l-prattiki ta' klassifikazzjoni attwali. |
|
(4) |
L-emenda possibbli għan-Nota ta' Spjegazzjoni tal-intestatura 91.02 Dok. NC2722Ea
L-Unjoni tippreferi tistenna deċiżjoni definittiva dwar il-klassifikazzjoni fil-punt VII.2 qabel timxi bl-emenda għan-NSSA. |
|
(5) |
L-emenda possibbli għan-Nota ta' Spjegazzjoni tal-intestatura 87.03 fir-rigward ta' vetturi ibridi mikro Dok. NC2723Ea
L-Unjoni għandha tappoġġa l-emenda għan-NSSA peress li din tiċċara l-klassifikazzjoni tat-tip ta' vettura l-ġdid. |
|
(6) |
Il-klassifikazzjoni tal-vetturi ibridi ħfief Dok. NC2724Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodott fis-subintestatura 8 703,40, peress li l-mutur elettriku huwa ddisinjat biex jagħti spinta lill-vettura billi jappoġġa t-tħaddim tal-magna. |
|
(7) |
Klassifikazzjoni ta' prodott tax-xema' (Talba mill-Ekwador) Dok. NC2725Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 34.04, peress li l-analiżi fil-laboratorju kkonfermat li l-prodott kellu karatteristika bħax-xema'. |
|
(8) |
L-emenda possibbli għan-Nota ta' Spjegazzjoni tal-intestatura 95.03 (Proposta mill-Unjoni) Dok. NC2667Ea
L-Unjoni għandha tibqa' flessibbli għal kwalunkwe kumment editorjali addizzjonali dwar il-proposta oriġinali tal-UE. |
|
(9) |
L-emenda possibbli għan-Nota ta' Spjegazzjoni tal-intestatura 95.05 (Proposta mill-Unjoni) Dok. NC2668Ea, NC2668Ea
L-Unjoni għandha tibqa' flessibbli għal kwalunkwe kumment editorjali addizzjonali dwar il-proposta oriġinali tal-UE. |
|
(10) |
Il-klassifikazzjoni ta' ċerti żjut essenzjali mqiegħda għall-bejgħ bl-imnut (Talba mill-Costa Rica) Dok. NC2672Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 33.01. Dan il-prodott huwa żejt essenzjali tal-lavanda li fih tipi ta' alkoħol monoterpeniċi, għalhekk mhuwiex deterpenat u huwa kopert mill-intestatura 33.01. Dan jinkiseb permezz ta' proċess ta' distillazzjoni bil-fwar li, għaldaqstant, huwa konformi man-NSSA tal-intestatura 33.01. |
|
(11) |
Klassifikazzjoni ta' żewġ lostraturi tal-art (Talba mill-Costa Rica) Dok. NC2673Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodotti fl-intestatura 84.79. Minħabba l-karatteristiċi tekniċi tagħhom, huma mhumiex tat-tip li normalment jintuża għal skopijiet domestiċi u meta titqies in-Nota 4(a) tal-Kapitolu 85 jenħtieġ li jkunu kklassifikati fis-subintestatura 84.79. |
|
(12) |
Il-klassifikazzjoni ta' "Boom Lift Artikolat Awtonomu" (Talba mill-Korea t'Isfel) Dok. NC2674Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 84.28 abbażi tar-Regolament (KE) Nru 738/2000 għal prodott simili. |
|
(13) |
Il-klassifikazzjoni ta' ċerti preparazzjonijiet tal-ikel (Talba mill-Istati Uniti) Dok. NC2676Ea, NC2742Ea
L-Unjoni għandha titlob informazzjoni addizzjonali dwar l-erba' prodotti kkonċernati kollha biex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni. Prodott 1: kontenut ta' proteina. Jekk dan ikun għoli ħafna (aktar minn 85 %), tista' tiġi kkunsidrata l-intestatura 35.04. Abbażi tal-informazzjoni attwali, il-prodott jista' jiġi kklassifikat fis-subintestatura 2 106,10 f'konformità mal-Opinjoni ta' Klassifikazzjoni 2106.90/5. Prodott 2: l-Unjoni tikklassifikah fl-intestatura 22.02 jekk ikun direttament tajjeb għax-xorb, jew fl-intestatura 21.06 jekk ikun irid jiġi dilwit qabel jinxtorob. Prodott 3: l-Unjoni tikklassifikah fl-intestatura 2 101,20, madankollu, ikun ta' għajnuna jekk ikun hemm informazzjoni addizzjonali dwar il-kontenut ta' kafeina. Prodott 4: id-deskrizzjoni tal-prodott toħloq konfużjoni, peress li mhuwiex ċar x'inhu l-ingredjent prinċipali. Jekk ikun fih il-kawkaw, jista' jiġi kklassifikat fl-intestatura 18.06, jekk le fl-intestatura 19.05. |
|
(14) |
Il-klassifikazzjoni ta' "magna tat-tqattigħ" (Talba mill-Federazzjoni Russa) Dok. NC2677Ea
L-Unjoni għandha tinnota li peress li l-magna fiha bosta funzjonijiet, il-klassifikazzjoni diffiċli li tiġi ddeterminata, u li din tista' tiġi kklassifikata fl-intestaturi 84.30 u 84.32, għalhekk tikklassifikaha fl-intestatura 84.32, bl-użu ta' GIR 3(c). |
|
(15) |
Il-klassifikazzjoni ta' ċerti tajers pnewmatiċi ġodda, tal-gomma, intiżi għall-vetturi użati għat-trasport ta' oġġetti fil-kostruzzjoni, fix-xogħol tal-minjieri jew fl-industrija (Talba mill-Federazzjoni Russa) Dok. NC2678Ea, NC2748Ea
L-Unjoni għandha tikkondividi l-parir tas-Segretarjat tad-WCO, u tikklassifika ż-żewġ prodotti fis-subintestatura 4 011,20. |
|
(16) |
Il-klassifikazzjoni ta' ċerti preparazzjonijiet ta' tip użat fl-għalf tal-annimali (Talba mill-Kanada) Dok. NC2679Ea, NC2743Ea
Abbażi tad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-144/15, l-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 23.09. |
|
(17) |
Il-klassifikazzjoni tal-prodott imsejjaħ "Kaxxa tad-Dawl għall-Ittrejsjar" (Talba mill-Ġappun) Dok. NC2681Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 94.05, billi dan għandu funzjoni b'użi multipli u mhuwiex mgħammar b'xi strument tat-tpinġija. |
|
(18) |
Il-klassifikazzjoni ta' kontrollur tal-veloċità elettroniku (Talba mit-Tuneżija) Dok. NC2682Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 85.04, kif issuġġerit mis-Segretarjat tad-WCO. |
|
(19) |
L-emenda possibbli għan-Nota ta' Spjegazzjoni tal-intestatura 27.10 (Proposta mill-Ġappun) Dok. NC2641Ea, NC2739Ea
L-Unjoni għandha toqgħod lura milli tieħu sehem f'diskussjonijiet peress li l-opinjoni ta' klassifikazzjoni li minnha tirriżulta din l-emenda ma tistax tiġi applikata fl-Unjoni minħabba d-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-330/13. Ikun aħjar li wieħed jaħseb fl-emenda għas-SA fil-futur u fit-tqassim mill-ġdid tan-Nota 2 tal-Kapitolu 27. |
|
(20) |
Jaf hemm allinjament ħażin bejn it-test Ingliż u dak Franċiż fin-Noti ta' Spjegazzjoni tal-intestatura 85.01 Dok. NC2688Ea
L-Unjoni għandha taqbel mal-emenda proposta li jintuża t-terminu Franċiż "onduleur" bħal f'partijiet oħra tan-Nomenklatura tas-SA. |
IX. MISTOQSIJIET ĠODDA
|
(1) |
Il-klassifikazzjoni ta' ċerti kontenituri taż-żibel fit-toroq (Talba mit-Tuneżija) Dok. NC2726Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodotti fl-intestatura 39.26 minħabba d-daqs akbar tal-kontenituri, mhux għall-użu domestiku. L-Unjoni tinnota li d-deskrizzjoni tal-prodott jenħtieġ li tinkludi l-kapaċità tal-kontenituri f'litri. |
|
(2) |
Il-klassifikazzjoni ta' ċerti preparazzjonijiet tal-ikel fil-forma likwida (Talba mit-Tuneżija) Dok. NC2727Ea
L-Unjoni għandha titlob aktar informazzjoni dwar il-kontenuti tal-prodotti (ilma jew meraq, sustanzi żejtnin, ingredjenti oħra minbarra l-vitamini, dożaġġ). |
|
(3) |
Il-klassifikazzjoni ta' żewġ prodotti li fihom il-kannabidiol (CBD) (Talba mis-Segretarjat) Dok. NC2728Ea
L-Unjoni għandha tipproponi li l-kwistjoni tintbagħat quddiem is-Sottokumitat Xjentifiku, sabiex tintalab informazzjoni dwar (i) jekk il-prodotti jkollhomx biżżejjed ingredjenti attivi biex jagħtu effett terapewtiku jew profilattiku, u dwar (ii) l-ammont minimu ta' CBD bħala ingredjent attiv fi kwalunkwe prodott biex dan ikollu effett terapewtiku jew profilattiku. |
|
(4) |
Il-klassifikazzjoni tal-ħut imnixxef li sussegwentement jiġi trattat bl-ilma (ħut imnixxef riidratat) (Talba min-Norveġja) Dok. NC2729Ea
L-Unjoni tista' tikklassifika l-prodott fil-Kapitolu 3, iżda hemm bżonn aktar informazzjoni dwar jekk it-togħma u l-konsistenza tal-prodott humiex ta' ħut imnixxef jew ta' ħut frisk. |
|
(5) |
Il-klassifikazzjoni ta' ċerti ġeneraturi tat-togħlija bil-fwar għall-kmamar tal-fwar (Talba mill-Eġittu) Dok. NC2730Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodotti fl-intestatura 84.02 kif propost mis-Segretarjat tad-WCO, f'konformità mat-test tal-intestatura u n-NSSA tal-intestatura 84.02. |
|
(6) |
Il-klassifikazzjoni tal-prodott imsejjaħ "Flakes tal-fażola tas-sojja" (Talba minn Madagascar) Dok. NC2731Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 23.04, simili għall-prodott tal-Opinjoni ta' Klassifikazzjoni 2304.00/1. |
|
(7) |
Il-klassifikazzjoni ta' stufa tal-etanol b'żewġ berners (Talba mill-Kenja) Dok. NC2732Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodott fis-subintestatura 7 321,12., bħala karburant tal-etanol fil-forma likwida f'temperatura ambjentali u għalhekk jaqbel mat-test tas-subintestatura. |
|
(8) |
Il-klassifikazzjoni ta' kiosk interattiv li jirċievi l-ilmenti (Talba mill-Eġittu) Dok. NC2733Ea
L-Unjoni għandha titlob informazzjoni addizzjonali: jekk il-prodott jistax jiffunzjona flimkien ma' apparat USB u kif, jew jistax jintuża biss permezz ta' skrin tattili. |
XI. LISTA ADDIZZJONALI
|
(1) |
Il-klassifikazzjoni tal-prodott imsejjaħ "ċfaċagħ żgħar tal-qamħirrum" (Talba mill-UE) Dok. NC2736Ea
L-Unjoni talbet Opinjoni ta' Klassifikazzjoni. |
|
(2) |
Il-klassifikazzjoni ta' sett ta' ġenerazzjoni tal-elettriku bid-diżil b'potenza nominali doppja (Talba mill-Ghana) Dok. NC2737Ea
L-Unjoni tikklassifika l-prodott fis-subintestatura 8 502,13. |
|
(3) |
Il-klassifikazzjoni ta' modulu TFT-LCD (Talba mill-Korea t'Isfel) Dok. NC2740Ea
F'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 957/2006, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1201/2011 u Nru 1202/2011, u meta titqies in-Nota 2(b) tat-Taqsima XVI, l-Unjoni tikklassifika l-prodott fis-subintestatura 8 529,90. |
|
(4) |
It-Tħassir tal-Opinjonijiet ta' Klassifikazzjoni 8528.69/1 u 8528.69/2 Dok. NC2741Ea
Peress li l-prodotti ma għadhomx aktar fis-suq, l-Unjoni għandha tappoġġa t-tħassir ta' dawk l-Opinjonijiet ta' Klassifikazzjoni. |
|
(5) |
Il-klassifikazzjoni tal-prodott imsejjaħ "trab tal-ġewż tal-Indi bix-xaħam parzjalment imneħħi" (Talba mill-Unjoni) Dok. NC2746Ea
L-Unjoni talbet Opinjoni ta' Klassifikazzjoni. |