26.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/139


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2062

tal-25 ta’ Ottubru 2022

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament tal-Fond, fir-rigward tat-tielet pagament parzjali għall-2022

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-10 ta’ Ottubru 2022 li tistabbilixxi l-ammont tat-tielet pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2022.

(2)

Skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti fl-istrumenti li jimmaniġġa.

(3)

Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877, sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati għall-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (“FEŻ”) preċedenti. Għaldaqstant jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi skont ir-Regolament (UE) 2018/1877 għall-Kummissjoni u għall-BEI.

(4)

Skont l-Artikoli 152 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-“Renju Unit”) għandu jibqa’ Parti għall-FEŻ sal-egħluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti taħt il-11-il FEŻ, meta dawk il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew FEŻ preċedenti, ma għandux jerġa’ jintuża.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1941 (4) tistabbilixxi l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet li għandu jitħallas mill-partijiet għall-FEŻ għall-2022 għal EUR 2 500 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 300 000 000 għall-BEI.

(6)

Sabiex il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet individwali għall-FEŻ lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala t-tielet pagament parzjali għall-2022, f’konformità mal-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)   ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(2)   ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.

(3)   ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1941 tad-9 ta’ Novembru 2021 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-Fond, li jinkludi l-limitu massimu għall-2023, l-ammont annwali għall-2022, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2022 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2024 u 2025 (ĠU L 396, 10.11.2021, p. 61).


ANNESS

It-tielet pagament parzjali tal-2022 (f’EUR) li għandu jitħallas lill-Kummissjoni u lill-BEI

L-ISTATI MEMBRI U R-RENJU UNIT

Skema ta’ ridistribuzzjoni tal-11-il FEŻ f’%

 

Il-Kummissjoni

 

Il-BEI

 

Kummissjoni + BEI

Il-11-il FEŻ

Il-11-il FEŻ

Ammont totali għat-tielet pagament parzjali tal-2022

IL-BELĠJU

3,24927

 

19 495 620

 

3 249 270

 

22 744 890

IL-BULGARIJA

0,21853

 

1 311 180

 

218 530

 

1 529 710

IĊ-ĊEKJA

0,79745

 

4 784 700

 

797 450

 

5 582 150

ID-DANIMARKA

1,98045

 

11 882 700

 

1 980 450

 

13 863 150

IL-ĠERMANJA

20,57980

 

123 478 800

 

20 579 800

 

144 058 600

L-ESTONJA

0,08635

 

518 100

 

86 350

 

604 450

L-IRLANDA

0,94006

 

5 640 360

 

940 060

 

6 580 420

IL-GREĊJA

1,50735

 

9 044 100

 

1 507 350

 

10 551 450

SPANJA

7,93248

 

47 594 880

 

7 932 480

 

55 527 360

FRANZA

17,81269

 

106 876 140

 

17 812 690

 

124 688 830

IL-KROAZJA

0,22518

 

1 351 080

 

225 180

 

1 576 260

L-ITALJA

12,53009

 

75 180 540

 

12 530 090

 

87 710 630

ĊIPRU

0,11162

 

669 720

 

111 620

 

781 340

IL-LATVJA

0,11612

 

696 720

 

116 120

 

812 840

IL-LITWANJA

0,18077

 

1 084 620

 

180 770

 

1 265 390

IL-LUSSEMBURGU

0,25509

 

1 530 540

 

255 090

 

1 785 630

L-UNGERIJA

0,61456

 

3 687 360

 

614 560

 

4 301 920

MALTA

0,03801

 

228 060

 

38 010

 

266 070

IN-NETHERLANDS

4,77678

 

28 660 680

 

4 776 780

 

33 437 460

L-AWSTRIJA

2,39757

 

14 385 420

 

2 397 570

 

16 782 990

IL-POLONJA

2,00734

 

12 044 040

 

2 007 340

 

14 051 380

IL-PORTUGALL

1,19679

 

7 180 740

 

1 196 790

 

8 377 530

IR-RUMANIJA

0,71815

 

4 308 900

 

718 150

 

5 027 050

IS-SLOVENJA

0,22452

 

1 347 120

 

224 520

 

1 571 640

IS-SLOVAKKJA

0,37616

 

2 256 960

 

376 160

 

2 633 120

IL-FINLANDJA

1,50909

 

9 054 540

 

1 509 090

 

10 563 630

L-IŻVEZJA

2,93911

 

17 634 660

 

2 939 110

 

20 573 770

IR-RENJU UNIT

14,67862

 

88 071 720

 

14 678 620

 

102 750 340

TOTAL TAL-EU-27 U R-RENJU UNIT

100,00

 

600 000 000

 

100 000 000

 

700 000 000