Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ Marzu 2006 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika ta’ l-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru
Official Journal L 294 , 25/10/2006 P. 0051 - 0051
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0099 - 0099
20060327 Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ Marzu 2006 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika ta’ l-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru (2006/716/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 80 (2), flimkien ma’ l-Artikolu 300 (2), l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil- 5 ta’Ġunju ta’ l-2003 biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti disposizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. (2) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim mar-Repubblika ta’ l-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru, hawn aktar 'il quddiem imsemmi "il-Ftehim", b'mod konformi mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti disposizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. (3) Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat b'mod provviżorju, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika ta' l-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru qiegħed hawn jiġi approvat f' isem il-Komunità, soġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim. It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħżel il-persuna(i) bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f'isem il-Komunità soġġett għall-konklużjoni tiegħu. Artikolu 3 Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. Artikolu 4 Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim. Magħmul fi Brussel, 27 ta’ Marzu 2006. Għall-Kunsill Il-President H. Gorbach --------------------------------------------------