|
10.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/159 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/2112
tad-9 ta’ Diċembru 2019
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 li tappoġġa t-tkomplija tal-implimentazzjoni tar‐Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2118 (2013) u d-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW EC-M-33/DEC.1 dwar il-qerda tal-armi kimiċi Sirjani, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l‐Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 tipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 12-il xahar tal‐attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tagħha mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha. |
|
(3) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1943 (2) li testendi l‐perijodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 bi 12-il xahar. |
|
(4) |
Fl-24 ta’ Ġunju 2019, l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW), li hija responsabbli mill-implimentazzjoni teknika tal-proġett appoġġat mid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303, talbet l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-estensjoni tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tad‐Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 b’24 xahar għal total ta’ 48 xahar. |
|
(5) |
Din l-estensjoni ulterjuri tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 ser tippermetti lill-OPCW tkompli bl-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dik id-Deċiżjoni wara d-data ta’ skadenza stabbilita fl-Artikolu 5(2) tagħha u tilħaq l-objettivi ppjanati ta’ dawk l-attivitajiet, inkluż it-titjib tal‐kapaċità tal-OPCW li tindirizza t-theddida tal-użu ta’ armi kimiċi. |
|
(6) |
L-emenda mitluba tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 tikkonċerna l-Artikolu 5(2) tagħha, u t‐Taqsima 8 tal-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni fejn ir-referenza għat-tul ta’ żmien tal-proġett tenħtieġ li tiġi mmodifikata. |
|
(7) |
It-tkomplija tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303, kif imsemmija b’mod speċifiku fit-talba li saret mill-OPCW fl-24 ta’ Ġunju 2019, tista’ titwettaq mingħajr l-ebda implikazzjoni fuq ir-riżorsi. |
|
(8) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 jenħtieġ li tiġi emendata biex tippermetti t‐tkomplija tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dik id- Deċiżjoni, permezz tal-estensjoni tat‐tul taż-żmien tagħha skont kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 5(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
It-test tat-Taqsima 8 tal-Anness huwa sostitwit b’dan li ġej: “Tul ta’ żmien stmat It-tul ta’ żmien tal-proġett huwa previst li jkun 48 xahar.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2303 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li tappoġġa t-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2118 (2013) u d‐deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW EC-M-33/DEC.1 dwar il-qerda tal-armi kimiċi Sirjani, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva (ĠU L 329, 13.12.2017, p. 55).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1943 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 li tappoġġa t-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2118 (2013) u d-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW EC‐M‐33/DEC.1 dwar il-qerda tal-armi kimiċi Sirjani, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal‐Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva (ĠU L 314, 11.12.2018, p. 58).