|
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 215/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-1 ta’ Awwissu 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE dwar kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw ċerti prodotti ta’ l-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terżi minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn aflatossini fir-rigward ta’ lewż u prodotti li ġejjin minnhom li joriġinaw jew jintbagħtu mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3613)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/563/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE (2) li tistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw ċerti oġġetti ta’ l-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn aflatossini. |
|
(2) |
Il-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel innota li l-aflatossina B1 hija sustanza karċinoġena ġenotossika qawwija u, anke f’livell baxxi ħafna, tikkontribwixxi għar-risku tal-kanċer tal-fwied. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fi prodotti ta’ l-ikel (3), jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ aflatossini fil-prodotti ta’ l-ikel. Madankollu, fl-2005 u l-2006 numru dejjem akbar ta’ avviżi permezz tas-Sistema Rapida ta’ Twissija għall-Għalf u l-Ikel (RASFF) indikaw li dawn il-livelli massimi nqabżu b’mod regolari fil-lewż u fi prodotti derivati minnu li jiġu mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika. |
|
(3) |
Din il-kontaminazzjoni hija ta’ theddida għas-saħħa pubblika fil-Komunità. Għalhekk jixraq li jiġu adottati miżuri speċjali fil-livell Komunitarju. |
|
(4) |
L-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (‘FOV’) tal-Kummissjoni wettaq missjoni fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika mill-11 sal-15 ta’ Settembru 2006 sabiex jivvaluta s-sistemi ta’ kontroll stabbiliti biex b’hekk jimpedixxi l-livelli ta’ kontaminazzjoni ta’ l-aflatossina fil-lewż intiż għall-esportazzjoni lejn il-Komunità (4). Il-missjoni wriet in-nuqqas ta’ kull rekwiżit legali obbligatorju sabiex jiġu kkontrollati l-livelli ta’ aflatossina fil-produzzjoni u l-ipproċessar tal-lewż u l-insuffiċjenza tas-sistema ta’ kontroll attwali fl-għoti ta’ garanziji dwar il-konformità tal-prodotti esportati ma’ standards Komunitarji. B’żieda ma’ dan, uriet l-insuffiċjenza tal-laboratorji li nżaru fl-għoti ta’ kwalunkwe garanzija għall-esportazzjonijiet u wriet ukoll nuqqasijiet fil-konformità ma’ kważi kull aspett ta’ l-EN ISO/IEC 17025 dwar “Ir-rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza għal-laboratorji ta’ ttestjar u ta’ kalibrar”. |
|
(5) |
Fi tweġiba għar-rapport ta’ l-FVO, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jieħdu azzjoni sabiex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet. Madankollu, l-azzjoni proposta hija insuffiċjenti fl-għoti ta’ garanziji għall-konformità ta’ merkanziji futuri ta’ lewż mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-aflatossini, b’mod partikolari minħabba n-natura volontarja tas-sistema ta’ kontroll ta’ l-aflatossina. Għalhekk jixraq li jkun hemm kundizzjonijiet stretti dwar il-lewż u prodotti derivati minnu li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika sabiex jinħoloq livell għoli ta’ ħarsien għas-saħħa pubblika. |
|
(6) |
Fl-interess tas-saħħa pubblika, il-kunsinni kollha ta’ lewż u prodotti derivati minnu impurtati fil-Komunità mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandhom jiġu suġġetti għal teħid ta’ kampjuni u analiżi għal livelli ta’ aflatossina mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru importatur, qabel ma dawn jitpoġġew fis-suq, sakemm dawn ma jkunux koperti mill-Pjan ta’ Teħid ta’ Kampjuni Volontarju ta’ l-Aflatossina (VASP) imfassal mill-Bord għal-Lewż ta’ Kalifornja f’Mejju 2006. Il-kunsinni koperti mill-VASP għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa u għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli għall-għarrieda fil-punt ta’ l-importazzjoni fil-Komunità. Il-miżuri se jiġu rriveduti wara sena fuq il-bażi tar-rapporti mill-Istati Membri u garanziji addizzjonali pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 2006/504/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2006/504/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 3:
|
|
(3) |
Fl-Artikolu 5, paragrafu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin (f) u (g):
|
|
(4) |
Se jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej: “Artikolu 7a Kundizzjonijiet addizzjonali fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ l-ikel mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika 1. Fir-rigward ta’ importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, l-analiżi stipulata fl-Artikolu 3(1) għandha titwettaq minn laboratorju għall-analiżi ta’ l-aflatossina approvat mill-USDA jew laboratorju li jkun taħt il-proċess ta’ approvazzjoni USDA, li jkun ġie akkreditat skond l-EN ISO/IEC 17025. Madankollu, fejn il-laboratorju jkun għadu ma ġiex akkreditat, dan għandu:
2. Iċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fl-Artikolu 3(1) li jintbagħat mal-kunsinni ta’ prodotti ta’ l-ikel imsemmija fil-punt (f) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1 għandu jagħmel referenza għall-Pjan ta’ Teħid ta’ Kampjuni Volontarju ta’ l-Aflatossina.” |
|
(5) |
L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 8 Spejjeż marbuta ma’ importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ l-ikel mill-Brażil, l-Iran u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika 1. L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mit-teħid ta’ kampjuni, l-analiżi, il-ħżin u l-ħruġ ta’ dokumenti uffiċjali u ta’ kopji taċ-ċertifikati tas-saħħa u dokumenti anċillari skond l-Artikoli 3(1) u 5(3) għall-prodotti ta’ l-ikel mill-Brażil, l-Iran u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kif imsemmi fil-punti (a), (d) u (g) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1, u dawk li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti ta’ l-ikel ipproċessati u komposti li ġejjin minn jew li fihom il-prodotti ta’ l-ikel imsemmija f’dawk il-punti għandhom jitħallsu mill-operatur kummerċjali ta’ l-ikel responsabbli għall-kunsinna jew minn rappreżentant tiegħu. 2. L-ispejjeż kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri uffiċjali meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ kunsinni ta’ prodotti ta’ l-ikel imsemmija fil-punti (a) sa (g) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1 u mal-prodotti ta’ l-ikel ipproċessati u komposti li ġejjin minn jew li fihom l-oġġetti ta’ l-ikel imsemmija f’dawn il-punti għandhom jitħallsu mill-operatur kummerċjali ta’ l-ikel responsabbli għall-kunsinna jew minn rappreżentant tiegħu.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2007.
Din id-Deċiżjoni mhix applikabbli għal kunsinni ta’ lewż u prodotti derivati li telqu mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika qabel l-1 ta’ Settembru 2007.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
(2) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 21. Id-Deċiżjoni hekk emendata bid-Deċiżjoni 2007/459/KE (ĠU L 174, 4.7.2007, p. 8).
(3) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.
(4) Rapport ta’ missjoni mwettqa fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika mill-11 ta’ Settembru sal-15 ta’ Settembru 2006 sabiex jiġu vvalutati s-sistemi ta' kontroll stabbiliti biex b'hekk tiġi kkontrollata l-kontaminazzjoni mill-aflatossina fil-lewż intiż għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea (DĠ (SANCO)/8300/2006 - MR).