|
17.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/8 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5224 — EDF/British Energy)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 38/04)
Fit-22 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1) flimkien ma' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli bl-Ingliż biss u jsir pubbliku wara li jitneħħew minnu kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Dan jinstab:
|
— |
fil-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jiġu speċifikati d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument li jġib in-numru 32008M5224. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |