|
27.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Marzu 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2008/866/KE fejn jirrigwarda l-perjodu tal-applikazzjoni tagħha
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1876)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/297/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(i) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/866/KE tat-12 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ emerġenza li jissospendu importazzjonijiet mill-Perù ta’ ċerti molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem (2) kienet addottata bħala riżultat ta’ kontaminazzjoni bil-virus tal-epatite A (HAV) ta’ ċerti molluski bivalvi importati mill-Peru li kienu identifikati bħala l-oriġini ta’ mxija tal-epatite A fil-bnedmin. Dik id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta’ Marzu 2009. |
|
(2) |
L-awtoritajiet Peruvjani ipprovdew ċerta informazzjoni li tikkonċerna l-miżuri korrettivi mwaqqfa biex jittejjeb il-kontroll tal-produzzjoni ta’ molluski bivalvi maħsuba għall-esportazzjoni fil-Komunità. |
|
(3) |
Madanakollu, dik l-informazzjoni hija insuffiċjenti u għandha tiġi mwettqa spezzjoni tal-Kummissjoni fil-Peru. |
|
(4) |
Sakemm ikunu sottomessi l-informazzjoni kollha rilevanti mill-awtoritajiet Peruvjani u r-riżultati ta’ dik l-ispezzjoni, huwa xieraq li l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/866/KE tkun estiża sat-30 ta’ Novembru 2009. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2008/866/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2008/866/KE, id-data “31 ta’ Marzu 2009” hija sostitwita bid-data “30 ta’ Novembru 2009”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni