Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/95/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2008, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran (ĠU 2009 L 43, p. 393), sa fejn din testendi s-sit imsejjaħ “Estrecho Oriental” (ES6120032) għall-ilmijiet territorjali ta’ Ġibiltà (kemm ġewwa kif ukoll barra s-sit UKGIB0002) u għal settur ta’ baħar miftuħ.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2) Il-Government of Gibraltar huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

3) Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.