02016R1139 — MT — 01.12.2020 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2016/1139 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta' Lulju 2016 (ĠU L 191 15.7.2016, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2018/976 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta' Lulju 2018 |
L 179 |
76 |
16.7.2018 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2019/472 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta' Marzu 2019 |
L 83 |
1 |
25.3.2019 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1241 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
105 |
25.7.2019 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2020/1781 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Novembru 2020 |
L 400 |
1 |
30.11.2020 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2016/1139 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta' Lulju 2016
li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali (“il-pjan”) għall-istokkijiet li ġejjin (“l-istokkijiet ikkonċernati”) fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar Baltiku u għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet ikkonċernati:
bakkaljaw (Gadus morhua) fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22-24 (bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent);
bakkaljaw(Gadus morhua) fis-Suddiviżjonijiet tal-ICE 25-32 (bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant);
aringi (Clupea harengus) fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 25, 26, 27, 28.2, 29 u 32 (aringi tal-Baltiku Ċentrali);
aringi (Clupea harengus) fis-Suddiviżjoni tal-ICES 28.1 (aringi tal-Golf ta' Riga);
aringi (Clupea harengus) fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 30-31 (aringi tal-Golf ta' Botnija);
▼M1 —————
aringi (Clupea harengus) fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22-24 (aringi tal-Baltiku tal-Punent);
laċċ ikħal (Sprattus sprattus) fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22-32 (Laċċa kaħla tal-Baltiku).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 japplikaw. Barra minn hekk japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“stokkijiet pelaġiċi” tfisser l-istokkijiet elenkati fil-punti (c) sa (h) tal-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament u kull kombinazzjoni tagħhom;
“il-medda tal-FMSY” tfisser medda ta' valuri li jingħataw fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal- ICES jew korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, li fiha l-livelli kollha tal-mortalità mis-sajd jagħtu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY) fuq żmien twil ibbażat fuq mudell tas-sajd partikolari u f'kundizzjonijiet ambjentali medji attwali, mingħajr ma taffettwa b'xi mod sinifikanti l-proċess tar-riproduzzjoni tal-istokk ikkonċernat. Hija dderivata b'tali mod li r-rendiment fit-tul ma jitnaqqasx b'aktar minn 5 % meta mqabbel mal-MSY. Din għandha limitu massimu biex il-probabbiltà li l-istokk jinżel għal inqas mill-punt ta' referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk (Blim) ma tkunx ta' iktar minn 5 %;
“MSY Flower” tfisser l-iżgħar valur fil-medda tal-FMSY;
“MSY Fupper” tfisser l-ogħla valur fil-medda tal-FMSY;
“il-punt ta' valur tal-FMSY” huwa l-valur tal-mortalità mis-sajd stmat li bbażat fuq mudell tas-sajd partikolari u taħt il-kundizzjonijiet ambjentali medji attwali jagħti r-rendiment massimu fuq terminu ta' żmien twil;
“l-aktar medda baxxa tal-FMSY” tfisser medda ta' valuri li fiha l-valuri minn MSY Flower sal-punt ta' valur tal-FMSY;
“l-ogħla medda tal-FMSY” tfisser medda ta' valuri li fiha l-valuri mill-punt ta' valur tal-FMSY sal-MSY Fupper;
“Blim” tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk li jingħata fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal-ICES jew korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, li taħtu tista' titnaqqas il-kapaċità riproduttiva;
“MSY Btrigger” tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk li jingħata fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal-ICES jew korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta' ġestjoni speċifika u xierqa biex jiġi żgurat li r-rati tal-isfruttament flimkien mal-varjazzjonijiet naturali jirripristinaw l-istokkijiet 'il fuq mil-livelli li jkunu kapaċi jipproduċu l-MSY fuq terminu ta' żmien twil;
“L-Istati Membri kkonċernati” tfisser l-Istati Membri li għandhom interess ta' ġestjoni dirett, jiġifieri d-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja.
KAPITOLU II
OBJETTIVI U MIRI
Artikolu 3
Objettivi
B'mod partikolari, il-pjan għandu l-għan li:
jiżgura li l-kundizzjonijiet deskritti fid-deskrittur 3 inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE jiġu ssodisfati; u
jikkontribwixxi għat-twettiq ta' deskritturi oħra relevanti inklużi fl-Anness I ta' dik id-Direttiva bi proporzjon mar-rwol tas-sajd fl-issodisfar tagħhom.
Artikolu 4
Miri
Minkejja dak li jinsab fil-paragrafi 3 u 4, l-opportunitajiet tas-sajd għal stokk jistgħu jiġu ffissati skont l-ogħla medda tal-FMSY disponibbli f'dak iż-żmien għal dak l-istokk, dejjem jekk l-istokk imsemmi fl-Artikolu 1(1) ikun ikbar mill MSY Btrigger:
jekk, abbażi tal-parir jew tal-evidenza xjentifiċi jkun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat;
jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, ikun meħtieġ biex tiġi evitata ħsara serja lil stokk ikkawżata mid-dinamika tal-istokkijiet fost speċi waħda jew bejn speċijiet differenti; jew
biex ikun hemm limitazzjoni fil-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd għal mhux inqas minn 20 % minn sena għal sena konsekuttivi.
Artikolu 4a
Punti ta' referenza għall-konservazzjoni
Il-punti ta' referenza għall-konservazzjoni li ġejjin għas-salvagwardja tal-kapaċità riproduttiva kollha tal-istokkijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) għandhom, abbażi tal-pjan, jintalbu mingħand l-ICES jew mingħand korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali:
L-MSY Btrigger għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1);
Il-Blim għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1).
KAPITOLU III
PUNT TA' REFERENZA GĦALL-KONSERVAZZJONI
Artikolu 5
Salvagwardji
Il-miżuri ta' rimedju msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jinkludu:
miżuri ta' emerġenza skont l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
miżuri skont l-Artikoli 7 u 8 ta' dan ir-Regolament.
KAPITOLU IV
MIŻURI SPEĊIFIĊI TA' KONSERVAZZJONI GĦALL-BARBUN TAT-TBAJJA', IL-BARBUN, IL-BARBUN IMPERJALI U L-BARBUN LIXX
Artikolu 6
Miżuri għall-barbun tat-tbajja', barbun, il-barbun imperjali u l-barbun lixx maqbudin b'mod inċidentali
Meta l-parir xjentifiku jindika li jkunu meħtieġa miżuri ta' rimedju biex ikun żgurat li l-istokkijiet tal-Baltiku tal-barbun tat-tbajja', tal-barbun, tal-barbun imperjali jew tal-barbun lixx, li jinqabad b'mod inċidentali waqt is-sajd għall-istokkijiet ikkonċernati, jiġu ġestiti bi qbil mal-objettivi tal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar:
il-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd, b'mod partikolari d-daqs tax-xibka, id-daqs tas-sunnara, il-bini tal-irkaptu, il-ħxuna tal-ispag, id-daqs tal-irkaptu jew l-użu ta' tagħmir ta' selettività, sabiex tkun żgurata jew titjieb is-selettività;
l-użu tal-irkaptu tas-sajd, b'mod partikolari l-ħin ta' immersjoni u l-fond tal-irkaptu użat sabiex tkun żgurata jew titjieb is-selettività;
projbizzjoni jew limitazzjoni fuq is-sajd f'żoni speċifiċi sabiex jiġi protett il-ħut riproduttiv jew ħut żgħir jew il-ħut taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew l-ispeċijiet ta' ħut mhux fil-mira;
projbizzjoni jew limitazzjoni fuq is-sajd jew l-użu ta' ċerti tipi ta' rkaptu tas-sajd matul perjodi ta' żmien speċifiċi, sabiex jiġi protett il-ħut riproduttiv jew ħut taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-ħut jew speċijiet ta' ħut mhux fil-mira;
daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, sabiex tkun żgurata l-protezzjoni ta' ħut żgħir tal-organiżmi tal-baħar;
karatteristiċi oħra marbuta mas-selettività.
KAPITOLU V
DIŻPOŻIZZJONIJIET RELATATI MAL-OBBLIGU TAL-IŻBARK
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet relatati mal-obbligu tal-iżbark
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-miżuri li ġejjin:
eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-iżbark għal speċijiet li l-evidenza xjentifika għalihom turi rati għolja ta' sopravivenza, b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-irkaptu, tal-prattiki tas-sajd u tal-ekosistema, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-iżbark;
eżenzjonijiet de minimis imsemmijin sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-iżbark; tali eżenzjonijiet de minimis jiġu previsti għall-każijiet imsemmija, u għandhom ikunu f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (c) tal-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-dokumentazzjoni tal-qabdiet, b'mod partikolari għall-fini ta' monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-iżbark; u
l-iffissar ta' daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-ħut żgħir tal-organiżmi tal-baħar.
Madankollu, fir-rigward tas-salamun tal-Atlantiku, is-setgħat ta’ delega mogħtija lill-Kummissjoni skont l-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati għall-miżuri msemmija fil-punt (a) ta’ dak is-subparagrafu.
KAPITOLU VI
MIŻURI TEKNIĊI
Artikolu 8
Miżuri tekniċi
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fir-rigward tal-miżuri tekniċi li ġejjin, sa fejn ma jkunux koperti mir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ):
speċifikazzjonijiet ta' karatteristiċi ta' rkapti tas-sajd u r-regoli għall-użu tagħhom biex tiġi żgurata jew titjieb is-selettività, jitnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa jew jiġi minimizzat l-impatt negattiv fuq l-ekosistema;
speċifikazzjonijiet ta' modifiki jew apparat addizzjonali mal-irkapti tas-sajd biex tiġi żgurata jew titjieb is-selettività, jitnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa jew jiġi minimizzat l-impatt negattiv fuq l-ekosistema;
limitazzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti rkapti tas-sajd u dwar l-attivitajiet tas-sajd, f'ċerti żoni jew perjodi sabiex jiġi protett il-ħut riproduttiv, il-ħut taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew l-ispeċijiet tal-ħut mhux fil-mira, jew sabiex jiġi minimizzat l-impatt negattiv fuq l-ekosistema; u
l-iffissar ta' daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għal kwalunkwe mill-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħut żgħir tal-organiżmi tal-baħar.
KAPITOLU VI A
TNAQQIS TAL-KAPAĊITÀ TAS-SAJD
Artikolu 8a
Tnaqqis tal-kapaċità tas-sajd għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent u l-aringi tal-Baltiku tal-Punent
KAPITOLU VII
REĠJONALIZZAZZJONI
Artikolu 9
Kooperazzjoni reġjonali
KAPITOLU VIII
KONTROLL U INFURZAR
Artikolu 10
Relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009
Il-miżuri ta' kontroll previsti f'dan il-Kapitolu japplikaw flimkien ma' dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, ħlief fejn previst mod ieħor f'dan il-Kapitolu.
Artikolu 11
Notifiki minn qabel
Artikolu 12
Il-ġurnali ta' abbord
B'deroga mill-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul globali ta' tmien metri jew aktar involuti f'sajd fil-mira għall-bakkaljaw iżommu ġurnal ta' abbord tas-sajd dwar l-operazzjonijiet tagħhom bi qbil mal-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 13
Marġni ta' tolleranza fil-ġurnal ta' abbord
B'deroga mill-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, għall-qabdiet li jiġu żbarkati mħallta, il-marġini permess ta' tolleranza fil-kwantitajiet reġistrati fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmuma abbord għandu jkun ta' 10 % tal-kwantità totali miżmuma abbord.
Artikolu 14
Portijiet magħżula
Il-limitu massimu applikabbli għall-piż ħaj ta' speċijiet soġġett għall-pjan, li jekk jinqabeż il-bastiment tas-sajd ikollu jiżbarka l-qabdiet tiegħu f'port magħżul jew f'post qrib ix-xatt kif stipulat fl-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 hu:
250 kilogramma bakkaljaw;
5 tunnellati stokkijiet pelaġiċi.
Artikolu 14a
Kontroll tal-qabdiet tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent u tal-aringi tal-Baltiku tal-Punent
L-Istati Membri għandhom itejbu l-monitoraġġ u l-kontroll ta’ bastimenti bi kwota ta’ qabdiet aċċessorji għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant jew b’opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent jew għall-aringi tal-Baltiku tal-Punent.
KAPITOLU IX
SEGWITU
Artikolu 15
Evalwazzjoni tal-pjan
Sal-21 ta' Lulju 2019, u kull ħames snin minn dakinhar 'il quddiem, il-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati u l-impatt tal-pjan fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-ksib tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 3. Il-Kummissjoni tista' tirrapporta f'data iktar bikrija jekk dan jitqies meħtieġ mill-Istati Membri kollha kkonċernati jew mill-Kummissjoni nnifisha.
KAPITOLU X
DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI
Artikolu 16
Eżerċizzju tad-delega
KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 17
Appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
Il-miżuri ta' waqfien temporanju adottati sabiex jinkisbu l-objettivi tal--pjan għandhom jitqiesu bħala waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.
Artikolu 18
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2187/2005
Ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 huwa emendat kif ġej:
L-Artikolu 13(3) jitħassar;
Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 16a
Restrizzjoni għas-sajd skont iż-żona
Huwa projbit li titwettaq kwalunkwe attività tas-sajd mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru fiż-żoni magħluqin bit-tgħaqqid f'sekwenza b'linji ta' rombu tal-pożizzjonijiet li ġejjin, li jitkejlu f'konformità mas-sistema tal-koordinati WGS84:
Żona 1:
Żona 2:
Żona 3:
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 28aa
Proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri tekniċi fil-kuntest ta' pjanijiet pluriennali
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa, għall-finijiet tal-adozzjoni tal-atti msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ) u għat-tul ta' żmien tiegħu, li tadotta miżuri tekniċi. Tali miżuri tekniċi għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' atti delegati adottati f'konformità mal-Artikolu 28b ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u jistgħu, meta jkun xieraq, jidderogaw minn dawn li ġejjin:
l-ispeċifikazzjonijiet tal-ispeċijiet fil-mira, id-daqsijiet tal-malja u d-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni stipulati fl-Annessi II, III u IV għal, u msemmija fl-Artikoli 3 u 4 u l-Artikolu 14(1) ta', dan ir-Regolament;
l-istrutturi, il-karatteristiċi u r-regoli għall-użu ta' rkapti attivi stabbiliti fl-Artikolu 5(2), (3) u (4) u l-Artikolu 6 ta', u fl-Anness II għal, dan ir-Regolament;
l-istrutturi, il-karatteristiċi u r-regoli li jirregolaw l-użu ta' rkapti passivi stabbiliti fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament;
il-lista/i u l-koordinati ta' żoni u perjodi fejn japplikaw projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet tas-sajd kif stabbiliti fl-Artikolu 16 u fl-Artikolu 16a ta' dan ir-Regolament;
l-ispeċijiet li għalihom japplika l-Artikolu 18a(1) ta' dan ir-Regolament, kif ukoll iż-żoni ġeografiċi u l-perjodi ta' applikazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq is-sajd għal ċerti stokkijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu, kif ukoll id-dettalji tekniċi tad-deroga stabbilita fl-Artikolu 18a(2) ta' dan ir-Regolament.
Fl-Artikolu 28b(2), (3) u (5), il-kliem “Artikoli 14a u 28a” jiġu sostitwiti bil-kliem “Artikoli 14a, 28a u 28aa”.
Artikolu 19
Revoka tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007
Ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 huwa revokat. Ir-referenzi għar-Regolament revokat għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
▼M2 —————
( 1 ) Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).
( *1 ) Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).”;