European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/18

10.1.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/18

tad-9 ta’ Jannar 2025

li tirrikonoxxi skont l-Artikolu 31(2) u (4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 li r-rapport fih data preċiża sabiex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ, tal-qamħirrum, tal-ġirasol, tal-fażola tas-sojja u tal-lift fl-Ungerija

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tirrikjedi li l-bijokarburanti, il-bijolikwidi, u l-karburanti mill-bijomassa jiffrankaw emissjonijiet sinifikanti tal-gassijiet serra meta mqabbla mal-karburanti fossili sabiex ikunu jistgħu jingħaddu bil-għan li jintlaħqu l-miri stabbiliti f’dik id-Direttiva. Għal dan il-għan, l-Artikolu 29(10) jistabbilixxi limiti speċifiċi tal-iffrankar tal-emissjonijiet għal dawk il-karburanti, u l-Artikolu 31 jirregola kif għandu jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-użu tagħhom. Meta jsiru dawk il-kalkoli, jistgħu jintużaw il-valuri awtomatiċi stabbiliti fl-Annessi V u VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Minflok il-valuri awtomatiċi għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-materja prima agrikola, jistgħu jintużaw il-valuri tipiċi taħt ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-valuri tipiċi, li jirrappreżentaw il-valur medju f’żona speċifika, jistgħu jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi. Il-valuri tipiċi jistgħu jintużaw biss jekk il-Kummissjoni tirrikonoxxihom bħala preċiżi.

(2)

Fis-27 ta’ Settembru 2024, l-Ungerija ppreżentat lill-Kummissjoni r-rapport finali bid-data sabiex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ, tal-qamħirrum, tal-ġirasol, tal-fażola tas-sojja u tal-lift tipikament prodotti f’żoni fit-territorju tagħha kklassifikati bħala livell 2 fil-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-Ungerija talbet li dik id-data tiġi rikonoxxuta bħala preċiża f’konformità mal-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(3)

Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapport u sabet li fih data preċiża sabiex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ, tal-qamħirrum, tal-ġirasol, tal-fażola tas-sojja u tal-lift tipikament prodotti fir-reġjuni NUTS 2 fl-Ungerija.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti, il-Bijolikwidi u l-Karburanti mill-Bijomassa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rapport ippreżentat mill-Ungerija lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Settembru 2024 huwa rikonoxxut skont l-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 li fih data preċiża sabiex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ, tal-qamħirrum, tal-ġirasol, tal-fażola tas-sojja u tal-lift tipikament prodotti fir-reġjuni NUTS 2 fl-Ungerija. Is-sommarju tad-data tar-rapport huwa stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Jekk id-data li tinsab fir-rapport, kif ippreżentata lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent fis-27 ta’ Settembru 2024, tinbidel b’xi mod li jista’ jaffettwa l-preċiżjoni tad-data u konsegwentement il-bażi għal din id-Deċiżjoni, l-Ungerija għandha minnufih tinnotifika lill-Kummissjoni b’tali bidliet. Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jivvalutaw il-bidliet innotifikati biex jiġi ddeterminat jekk ir-rapport ikunx għadu jipprovdi d-data preċiża li għaliha huwa rikonoxxut.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tieqaf tapplika fit-30 ta’ Jannar 2030.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1059/oj).


ANNESS

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mill-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-qamħirrum fl-Ungerija (kg CO2eq/tunnellata ta’ żerriegħa tal-qamħirrum maħsuda fuq il-bażi ta’ materja niexfa)

NUTS2

Reġjun

N2O fil-ħamrija

Inkorporat

Użu tal-karburant

Żerriegħa

Tnixxif u ħżin

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni tal-aċidifikazzjoni tal-fertilizzanti

Pestiċida

HU10

Közép-Magyarország

45,2

2,4

45,7

9,7

3,4

54,8

1,0

18,6

180,7

HU21

Közép-Dunántúl

49,7

2,3

54,5

11,9

3,1

49,1

1,0

29,2

200,9

HU22

Nyugat-Dunántúl

74,0

13,9

52,3

11,2

3,1

45,6

0,9

40,1

241,0

HU23

Dél-Dunántúl

61,9

5,7

64,1

13,5

3,9

45,1

0,9

38,4

233,5

HU31

Észak-Magyarország

41,5

3,5

34,7

7,1

4,9

57,4

0,7

7,0

156,8

HU32

Észak-Alföld

43,9

1,8

44,0

9,6

2,6

45,7

0,9

30,6

179,1

HU33

Dél-Alföld

44,1

1,9

45,5

9,7

3,2

49,5

1,0

15,7

170,6

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mill-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-kolza tax-xitwa fl-Ungerija (kg CO2eq/tunnellata ta’ żerriegħa tal-kolza tax-xitwa maħsuda fuq il-bażi ta’ materja niexfa)

NUTS2

Reġjun

N2O fil-ħamrija

Inkorporat

Użu tal-karburant

Żerriegħa

Tnixxif u ħżin

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni tal-aċidifikazzjoni tal-fertilizzanti

Pestiċida

HU10

Közép-Magyarország

129,2

8,4

187,3

38,5

14,2

132,4

0,9

0,2

511,1

HU21

Közép-Dunántúl

118,9

6,4

178,2

36,2

13,1

119,5

0,8

0,2

473,3

HU22

Nyugat-Dunántúl

180,2

32,2

152,7

31,5

13,5

95,2

0,7

0,2

506,1

HU23

Dél-Dunántúl

128,6

12,7

158,9

32,6

13,8

108,2

0,7

0,2

455,6

HU31

Észak-Magyarország

128,6

12,6

155,9

32,6

13,4

130,8

0,7

0,2

474,9

HU32

Észak-Alföld

98,3

5,0

135,5

28,3

7,6

141,0

0,7

0,2

416,7

HU33

Dél-Alföld

99,1

5,1

141,4

28,6

11,7

110,6

0,7

0,2

397,3

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mill-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-ġirasol fl-Ungerija (kg CO2eq/tunnellata ta’ żerriegħa tal-ġirasol maħsuda fuq il-bażi ta’ materja niexfa)

NUTS2

Reġjun

N2O fil-ħamrija

Inkorporat

Użu tal-karburant

Żerriegħa

Tnixxif u ħżin

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni tal-aċidifikazzjoni tal-fertilizzanti

Pestiċida

HU10

Közép-Magyarország

65,8

3,7

73,9

15,1

8,8

121,7

1,2

9,1

299,3

HU21

Közép-Dunántúl

80,5

4,2

101,0

21,4

11,0

118,5

1,2

8,0

345,9

HU22

Nyugat-Dunántúl

134,4

24,8

108,3

22,3

11,7

98,3

1,2

9,2

410,2

HU23

Dél-Dunántúl

99,8

9,6

115,5

23,5

14,3

119,7

1,3

15,2

398,8

HU31

Észak-Magyarország

73,8

6,9

76,1

15,4

11,4

144,4

1,2

4,1

333,3

HU32

Észak-Alföld

65,1

3,0

72,3

15,5

7,6

119,9

1,2

7,4

292,0

HU33

Dél-Alföld

72,3

3,4

86,4

18,3

7,7

114,1

1,3

5,7

309,2

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mill-kultivazzjoni tal-qamħ tax-xitwa fl-Ungerija (kg CO2eq/tunnellata ta’ qamħ tax-xitwa maħsuda fuq il-bażi ta’ materja niexfa)

NUTS2

Reġjun

N2O fil-ħamrija

Inkorporat

Użu tal-karburant

Żerriegħa

Tnixxif u ħżin

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni tal-aċidifikazzjoni tal-fertilizzanti

Pestiċida

HU10

Közép-Magyarország

70,4

4,2

88,8

18,7

3,2

70,7

12,1

0,2

268,4

HU21

Közép-Dunántúl

70,3

3,5

94,0

19,5

4,8

67,1

11,1

0,2

270,6

HU22

Nyugat-Dunántúl

106,3

19,2

83,8

17,5

4,8

57,2

8,8

0,2

297,6

HU23

Dél-Dunántúl

70,1

6,6

75,8

15,8

5,4

58,3

9,7

0,2

241,9

HU31

Észak-Magyarország

67,6

6,3

71,5

15,0

4,6

72,5

9,1

0,2

246,8

HU32

Észak-Alföld

55,1

2,5

64,4

13,6

2,7

66,6

11,0

0,2

216,1

HU33

Dél-Alföld

62,6

3,0

78,0

16,6

2,9

62,5

10,0

0,2

235,7

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mill-kultivazzjoni tal-fażola tas-sojja fl-Ungerija (kg CO2eq/tunnellata ta’ fażola tas-sojja maħsuda fuq il-bażi ta’ materja niexfa)

NUTS2

Reġjun

N2O fil-ħamrija

Inkorporat

Użu tal-karburant

Żerriegħa

Tnixxif u ħżin

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni tal-aċidifikazzjoni tal-fertilizzanti

Pestiċida

HU10

Közép-Magyarország

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

HU21

Közép-Dunántúl

98,5

3,7

104,4

20,7

11,0

161,1

0,0

0,2

399,6

HU22

Nyugat-Dunántúl

128,2

23,6

84,8

16,4

10,3

127,7

0,0

0,2

391,2

HU23

Dél-Dunántúl

103,4

8,7

91,6

18,2

16,0

130,6

0,0

0,2

368,8

HU31

Észak-Magyarország

82,8

6,5

69,5

11,8

19,0

169,1

0,0

0,2

358,8

HU32

Észak-Alföld

74,2

2,0

50,7

11,3

12,2

95,8

0,0

0,2

246,4

HU33

Dél-Alföld

86,6

3,0

87,2

16,1

9,3

139,9

0,0

0,2

342,3


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/18/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)