Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU II - POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA - Sezzjoni 5 - Disposizzjonijiet transitorji - Artikolu III-199
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0089 - 0089
Artikolu III-199 1. Jekk u sakemm ikun hemm Stati Membri b'deroga, u bla preġudizzju għall-Artikolu III-187(1), il-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew previst fl-Artikolu 45 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi kkostitwit bħala t-tielet korp deċiżjonali tal-Bank Ċentrali Ewropew. 2. Jekk u sakemm ikun hemm Stati Membri b'deroga, l-Bank Ċentrali Ewropew għandu, fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri: a) isaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-banek ċentrali nazzjonali; b) isaħħaħ il-kordinazzjoni tal-politika monetarja ta' l-Istati Membri, bl-iskop li tiġi assigurata stabbilità fil-prezzijiet; ċ) jikkontrolla l-funzjonament tal-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju; d) ikollu konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-banek ċentrali nazzjonali u li jolqtu l-istabbiltà ta' istituzzjonijiet u swieq finanzjarji; e) iwettaq il-kompiti li kellu qabel il-Fond Ewropew ta' Koperazzjoni Monetarja illi wara kienu ttieħdu mill-Istitut Monetarju Ewropew. --------------------------------------------------