Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim milħuq mill-KE wara negozjati fi ħdan il-qafas ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jissupplimenta l-Annex I tar-Regolament (KEE) Nr 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u t-Tariffa Doganali Komuni /* KUMM/2006/0449 finali - ACC 2006/0154 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 9.8.2006 KUMM(2006) 449 finali 2006/0153 (ACC) 2006/0154 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim b’forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim milħuq mill-KE wara negozjati fi ħdan il-qafas ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jissupplimenta l-Annex I tar-Regolament (KEE) Nr 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u t-Tariffa Doganali Komuni. (preżentati mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fil-kuntest tat-tkabbir ta’ l-unjoni doganali d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT jobbligaw lill-KE li tidħol f’negozjati ma’ pajjiżi terzi li għandhom drittijiet li jinnegozjaw f’kull wieħed mill-Membri li qegħdin fil-proċess ta’ adeżjoni sabiex jiftiehmu dwar aġġustament kompensatorju f’każ li l-adozzjoni tar-reġim tat-tariffi esterni tal-KE tirriżulta f’żieda fit-tariffa li taqbeż il-livell li għalih il-pajjiż fil-proċess ta’ adeżjoni rabat lilu nnifsu fid-WTO, filwaqt li “tikkunsidra b’mod xieraq it-tnaqqis tad-dazji fuq l-istess linja ta’ tariffa kkawżati minn kostitwenti oħra ta’ l-unjoni doganali waqt it-twaqqif tagħha”. 2. Fit-22 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati bis-saħħa ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994 (il-proposta COM 6792/04 WTO 34). 3. In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta’ direttivi ta’ negozjar maħruġa mill-Kunsill. 4. Il-Kummissjoni nnegozjat mal-Membri tad-WTO li għandhom drittijiet ta’ negozjar relatati ma’ l-irtirar ta’ konċessjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ l-irtirar ta’ l-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, matul l-adeżjoni fil-Komunità Ewropea. 5. In-negozjati rriżultaw fi Ftehim b’forma ta’ skambju ta’ ittri ma’ l-Urugwaj. 6. Din il-proposta titlob lill-Kunsill japprova dan il-Ftehim. 2006/0153 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim b’forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj. IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: 1. Fit-22 ta’ Marzu 2004 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħra tad-WTO taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT ta’ l-1994, matul l-adeżjoni fil-Komunità Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka. 2. In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta’ direttivi ta’ negozjar maħruġa mill-Kunsill. 3. Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati dwar Ftehim b’forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj. Il-Ftehim għandu jkun approvat. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim b’forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj rigward it-tneħħija ta’ konċessjonijiet speċifiċi relatati mat-tneħħija ta’ l-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta’ adeżjoni fil-Komunità Ewropea; huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill hu hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) li jkollha/jkollhom is-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim b’forma ta’ Skambju ta’ Ittri msemmi fl-Artikolu 1 sabiex tkun marbuta l-Komunità. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President FTEHIM B’forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj relatat mal-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta’ adeżjoni fil-Komunità Ewropea. Ittra mill-Komunitajiet Ewropej Ġinevra, Sinjur, Wara l-bidu ta’ negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u l-Urugwaj bis-saħħa ta’ l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fl-KE, dan li ġej kien miftiehem bejn il-KE u l-Urugwaj bl-iskop li jkunu magħluqa n-negozjati miftuħa wara n-notifika tal-KE tad-19 ta’ Jannar 2004 skond l-Artikolu XXIV:6 (GATT): Il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda CLX tagħha, għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha. Il-KE għandha taġġusta d-definizzjoni ta’ kwota ta’ rata ta’ tariffa ta’ l-KE ta’ 4000 tunnellata għal-‘laħam ta’ kwalità għolja ta’ annimali bovini, frisk, imkessaħ jew tal-friża’ kif allokata lill-Urugwaj. Dan il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta jkun iffirmat, wara li tingħata l-approvazzjoni mill-partijiet b’konformità mal-proċeduri tagħhom. F’isem il-Komunità Ewropea FTEHIM B’forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj relatat mal-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta’ adeżjoni fil-Komunità Ewropea. Ittra mill-Urugwaj [post], Sinjur, B’referenza għall-ittra tiegħek li tiddikjara: “Wara l-bidu ta’ negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u l-Urugwaj bis-saħħa ta’ l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fil-KE, dan li ġej kien miftiehem bejn il-KE u l-Urugwaj bl-iskop li jkunu magħluqa n-negozjati miftuħa wara n-notifika tal-KE tad-19 ta’ Jannar 2004 skond l-Artikolu XXIV:6 (GATT): Il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda CLX tagħha, għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha. Il-KE għandha taġġusta d-definizzjoni ta’ kwota ta’ rata ta’ tariffa ta’ l-KE ta’ 4000 tunnellata għal-‘laħam ta’ kwalità għolja ta’ annimali bovini, frisk, imkessaħ jew tal-friża’ kif allokata lill-Urugwaj. Dan il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta jkun iffirmat, wara li tingħata l-approvazzjoni mill-partijiet b’konformità mal-proċeduri tagħhom.” Għandi hawnekk l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi F’isem l-Urugwaj ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA | ID-DATA: xxxxxx | 1. | L-INTESTATURA TAL-BAĠIT: Kapitolu 10 – Dazji Agrikoli | L-APPROPRJAZZJONIJIET: 0 M€ | 2. | IT-TITOLU: Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill wara l-konklużjoni ta’ Ftehim b’forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj relatati ma’ l-aġġustament kompensatorju kif ipprovdut bl-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. | 3. | BAŻI LEGALI: L-Artikolu 133 tat-Trattat | 4. | L-GĦANIJIET: Li jkun osservat l-Artikolu X tal-GATT 1994 relatat mat-tkabbir ta’ l-Unjoni Doganali mill-1 ta’ Mejju 2004. | 5. | L-IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (miljun EUR) | SENA FINANZJARJA ATTWALI [n] (miljun EUR) | SENA FINANZJARJA LI ĠEJJA [n+1] (miljun EUR) | 5.0 | IN-NEFQA - MGĦODDI LILL-BAĠIT TAL-KE(ĦLAS LURA/INTERVENTI) - L-AWTORITAJIET NAZZJONALI - OĦRAJN | 5.1 | ID-DĦUL - RIŻORSI PROPRJI TAL-KE(TAXXI/DAZJI DOGANALI - NAZZJONALI | 0 M€ | [n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] | 5.0.1 | IN-NEFQA STMATA | 5.1.1 | ID-DĦUL STMAT | 5.2 | IL-METODU TAL-KALKOLU: | 6.0 | IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MINN APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? | N/A | 6.1 | IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MINN TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? | N/A | 6.2 | SE JKUN HEMM BŻONN TA’ BAĠIT SUPPLIMENTARI? | LE | 6.3 | L-APPROPRJAZZJONIJIET SE JKOLLHOM JIDDAĦĦLU F’BAĠITS FUTURI? | LE | KUMMENTI: | MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 4. Qed issir referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill XXXX, dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ma’ l-Urugwaj wara negozjati fi ħdan il-qafas ta’ l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. 5. Din il-proposta għal Regolament tal-Kunsill timplimenta l-Ftehim li l-Komunità daħlet għalih. 2006/0154 (ACC) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim milħuq mill-KE wara negozjati fi ħdan il-qafas ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jissupplimenta l-Annex I tar-Regolament (KEE) Nr 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u t-Tariffa Doganali Komuni. IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Billi: 6. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87(1) li jistabbilixxi nomenklatura għall-merkanzija, minn issa ’l quddiem imsejħa bħala “In-Nomenklatura Magħquda”, u li jiffissa r-rati ta’ taxxi konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni. 7. Bid-deċiżjoni tiegħu XX/XXX/KE dwar il-konklużjoni ta’ Ftehimiet b’forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj, il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim imsemmi hawn fuq bil-ħsieb li jingħalqu n-negozjati li bdew skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 l-Anness I għandu jiġi emendat. L-Anness 7 tat-Taqsima III tal-Parti tlieta (kwoti WTO jinfetħu mill-awtoritajiet Kompetenti tal-Komunità) se jiġi emendat kif ġej: a) Aġġustament tad-definizzjoni tal-kwota tar-rata tariffarja ta’ 4000 tunnellata ‘Laħam bla għadam ta’ kwalità għolja, frisk, imkessaħ jew tal-friża: “Ċanga speċjali jew ta’ kwalità tajba minn bhejjem li jirgħu esklużivament b’piż li ma jaqbiżx 460 kilogramm ta’ laħam ħaj fil-biċċeria, imsejjaħ “ċanga speċjali ppakkjata. Dawn il-biċċiet jistgħu jkollhom miktub fuqhom “sc” (special cuts - biċċiet speċjali)" sa ‘Laħam bla għadam ta’ kwalità għolja ta’ annimali bovini, frisk, imkessaħ jew tal-friża’ b) Taħt ‘patti u kondizzjonijiet’ jidħol it-test: 'Pajjiż ta’ provvista Urugwaj'. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, [...] Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU C [...], [...], p. [...].