2013R1388 — MT — 01.01.2016 — 004.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 (ĠU L 354 28.12.2013, p. 319) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 713/2014 tal-24 ta' Ġunju 2014 |
L 190 |
2 |
28.6.2014 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1340/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 |
L 363 |
1 |
18.12.2014 |
|
|
L 159 |
1 |
25.6.2015 |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/2448 tal-14 ta' Diċembru 2015 |
L 345 |
1 |
30.12.2015 |
|
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1388/2013
tas-17 ta’ Diċembru 2013
li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 7/2010
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:|
(1) |
Il-produzzjoni tal-Unjoni ta' ċerti prodotti agrikoli u industrijali mhijiex biżżejjed biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet speċifiċi tal-industriji li jagħmlu użu minnhom fl-Unjoni. Bħala konsegwenza, il-fornitura fl-Unjoni ta' dawn il-prodotti tiddependi konsiderevolament fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Il-bżonnijiet l-aktar urġenti tal-Unjoni għal dawn il-prodotti kkonċernati għandhom jintlaħqu immedjetament fuq termini l-aktar favorevoli; Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni b'rati ta’ dazju preferenzjali għandhom għalhekk ikunu miftuħa fi ħdan il-limiti tal-volumi xierqa b’kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li ma jkunux imfixkla s-swieq ta' prodotti bħal dawn jew ikun ostakolat l-istabbiliment jew l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-Unjoni. |
|
(2) |
Huwa neċessarju li jiġi żgurat l-aċċess ugwali u mingħajr waqfien tal-impurtaturi kollha tal-Unjoni kif ukoll l-applikazzjoni mhux interrotta tar-rati stipulati għall-kwoti tal-importazzjonijiet kollha fir-rigward tal-prodotti kkonċernati ġewwa l-Istati Membri kollha sakemm il-kwoti jkunu ġew eżawriti. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 ( 1 ) jipprevedi sistema ta' ġestjoni għall-kwoti ta’ tariffi li tiggarantixxi aċċess ekwu u bla interruzzjoni għall-kwoti u applikazzjoni bla interruzzjoni tar-rati u ssegwi l-ordni kronoloġika tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Il-kwoti ta’ tariffi miftuħa b'dan ir-Regolament għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri b’konformità ma’ dik is-sistema. |
|
(4) |
Il-volumi tal-kwoti huma normalment espressi f’tunnellati. Għal ċerti prodotti li għalihom infetħu kwoti ta’ tariffi awtonomi l-volum tal-kwota ġie stipulat f’unità ta’ kejl oħra. Fil-każ li l-ebda unità ta' kejl supplimentari ma ġiet stipulata għal dawk il-prodotti fin-Nomeklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 2 ) jista' jkun hemm inċertezza fir-rigward tal-unità ta' kejl li għandha tintuża. Minħabba raġunijiet ta' ċarezza u fl-interess ta' ġestjoni tal-kwoti aħjar, huwa għalhekk neċessarju li jkun provdut li, sabiex jittieħed benefiċċju mill-kwoti tariffarji awtonomi msemmijin, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati tiġi inserita fid-dikjarazzjoni ta' rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa bl-użu tal-unità ta' kejl tal-ammont tal-kwota stabbilità għal dawk il-prodotti fl-Anness tar-Regolament. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 ( 3 ) ġie emendat bosta drabi. Fl-interess ta’ transparenza u sabiex jiffaċilitaw lill-operaturi ekonomiċi biex isegwu prodotti suġġetti għal kwoti tariffarji awtonomi, huwa xieraq li r-Regolament (UE) Nru 7/2010 jiġi sostitwit fl-intier tiegħu. |
|
(6) |
Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq biex jintlaħaq l-għan bażiku li jiġi promoss in-negozju bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi li jiġu stabbiliti regoli sabiex jiġi bbilanċjat l-interess kummerċjali ta’ operaturi ekonomiċi fl-Unjoni mingħajr ma tinbidel l-iskeda tal-Unjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Peress li l-kwoti ta’ tariffi għandhom jieħdu effett mill-1 ta’ Jannar 2014, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni tiegħu fi il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014., |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-prodotti elenkati fl-Anness, huma b'dan miftuħa kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni li fi ħdanhom se jkunu sospiżi dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għall-perjodi, bir-rati tad-dazju, u sal-volumi indikati fih.
2. Il-paragrafu 1 ma japplikax għal taħlitiet, preparazzjonijiet u prodotti magħmulin minn komponenti differenti li fihom prodotti elenkati fl-Anness.
Artikolu 2
Il-kwoti tariffarji msemmijin fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu ġestiti mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 3
Fejn tkun ġiet ippreżentata dikjarazzjoni ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, għal prodott imsemmi f’dan ir-Regolament, li għalih il-volum tal-kwota huwa espress f’unità ta’ kejl minn barra piż f’tunnellati jew f’kilogrammi u minbarra fil-valur, għal prodotti li għalihom l-ebda unità supplimentari ma ġiet stabbilità fin-Nomenklatura Magħquda stabbilità fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati għandha tiddaħħal “fil-Kaxxa 41: Unitajiet supplimentari” ta' dik id-dikjarazzjoni bl-użu tal-unità ta' miżura tal-ammont tal-kwota għal dawk il-prodotti stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament
Artikolu 4
L-Artikolu (UE) Nru 7/2010 huwa b'dan imħassar.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Nru tal-Ordni |
Il-kodiċi tan-NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Il-perjodu tal-kwota |
L-ammont tal-kwota |
Il-kwota tad-dazji |
|
(4)09.2637 |
ex 0710 40 00 ex 2005 80 00 |
10 20 |
Qamħirrum miċ-ċfaċagħ (Zea Mays Saccharata) b'dijametru ta' 10 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 20 mm, imfesdaq, magħżul, mirqum, maħsul, mismut, jew imberred u ffriżat malajr individwalment jew imħejji jew ippriservat b'mod ieħor għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat biex jintuża fil-manifattura ta' prodotti tal-industrija tal-ikel għal trattament għajr għall-ippakkjar mill-ġdid sempliċi (1) (2) (3) |
1.1.-31.12. |
550 tunnellata |
0 % (3) |
|
09.2849 |
ex 0710 80 69 |
10 |
Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1) (2) |
1.1.-31.12. |
700 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2664 |
ex 2008 60 39 |
30 |
Ċirasa ħelwa li fiha spirtu miżjud, b'kontenut ta' zokkor ta' mhux aktar minn 9 % tal-piż, ta' dijametru ta' mhux aktar minn 19,9 mm bl-għadma, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata (1) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
10 % |
|
09.2913 |
ex 2401 10 35 ex 2401 10 70 ex 2401 10 95 ex 2401 10 95 ex 2401 10 95 ex 2401 20 35 ex 2401 20 70 ex 2401 20 95 ex 2401 20 95 ex 2401 20 95 |
91 10 11 21 91 91 10 11 21 91 |
Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta' għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b'valur doganali ta' mhux anqas minn 450 euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta' oġġetti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2402 10 00 (1) |
1.1.-31.12. |
6 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2928 |
ex 2811 22 00 |
40 |
Materjal tal-mili tas-silika, f'forma ta' granuli, b'kontenut minimu ta' diossidu tas-silikonju ta' 97 % |
1.1.-31.12. |
1 700 tunnellata |
0 % |
|
09.2703 |
ex 2825 30 00 |
10 |
Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1) |
1.1.-31.12. |
13 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2806 |
ex 2825 90 40 |
30 |
Trijossidu tat-tangsten, inkluż ossidu tat-tangsten. blu (CAS RN 1314-35-8 jew CAS RN 39318-18-8) |
1.1.-31.12. |
12 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2929 |
2903 22 00 |
|
Trikloroetilen (CAS RN 79-01-6) |
1.1.-31.12. |
10 000 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2837 |
ex 2903 79 30 |
20 |
Bromoklorometanu (CAS RN 74-97-5) |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
|
09.2933 |
ex 2903 99 90 |
30 |
1,3-Dichlorobenzene (CAS RN 541-73-1) |
1.1.-31.12. |
2 600 tunnellata |
0 % |
|
09.2830 |
ex 2906 19 00 |
40 |
Ċiklopropilmetanol (CAS RN 2516-33-8) |
1.1.-31.12. |
20 tunnellata |
0 % |
|
09.2851 |
ex 2907 12 00 |
10 |
O-Cresol b'purezza ta' mhux anqas minn 98,5 % tal-piż (CAS RN 95-48-7) |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2624 |
2912 42 00 |
|
Ethylvanillin (3-ethoxy-4-hydroxybenzaldehyde) (CAS RN 121-32-4) |
1.1.-31.12. |
950 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2683 |
ex 2914 19 90 |
50 |
Aċetilaċetonat tal-kalċju (CAS RN 19372-44-2) għall-użu fil-manifattura tas-sistemi ta' stabilizzaturi fil-forma ta' pilloli (1) |
1.7-31.12. |
50 tunnellata |
0 % |
|
09.2852 |
ex 2914 29 00 |
60 |
Cyclopropyl methyl ketone (CAS RN 765-43-5) |
1.1.-31.12. |
300 tunnellata |
0 % |
|
09.2638 |
ex 2915 21 00 |
10 |
Aċidu aċetiku b'purità bil-piż ta' 99 % jew aktar (CAS RN 64-19-7) |
1.1.-31.12. |
1 000 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2972 |
2915 24 00 |
|
Anidride aċetiku (CAS RN 108-24-7) |
1.1.-31.12. |
50 000 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2679 |
2915 32 00 |
|
Aċetat tal-Vinil (CAS RN 108-05-4) |
1.1.-31.12. |
200 000 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2665 |
ex 2916 19 95 |
30 |
(E,E)-Eża-2,4-dienoat tal-potassju (CAS RN 24634-61-5) |
1.1.-31.12. |
8 250 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2684 |
ex 2916 39 90 |
28 |
Klorur ta' 2,5-dimetilfenilaċetil (CAS RN 55312-97-5) |
01.01-31.12. |
250 tunnellata |
0 % |
|
09.2769 |
ex 2917 13 90 |
10 |
Dimethyl sebacate (CAS RN 106-79-6) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2680 |
ex 2917 19 80 |
25 |
Anidride n-dodeċenilsuċċiniku (CAS RN 19780-11-1)bi: — fuq skala kolorimetrika Gardner ta’ mhux aktar minn 1, — trażmissjoni f’500 nm ta’ 98 % jew aktar għal 10 % ta’ taħlita bil-piż ta’ toluwen, għall-użu fil-manifattura ta' kisi għall-vetturi (1) |
1.1.-31.12. |
80 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2634 |
ex 2917 19 80 |
40 |
Aċidu dodekanedjojku, ta' purezza b'piż ta' aktar minn 98,5 % (CAS RN 693-23-2) |
1.1.-31.12. |
4 600 tunnellata |
0 % |
|
09.2808 |
ex 2918 22 00 |
10 |
Aċidu o-aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2) |
1.1.-31.12. |
120 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2646 |
ex 2918 29 00 |
55 |
Ottadeċil 3-(3,5-di-terz-butil-4-idrossifenil)propjonat (CAS RN 2082-79-3) bi: — frazzjoni ta' mogħdija minn għarbiel b'malji ta' 500 μm ta' aktar minn 99 % f'piż u — temperatura tat-tidwib ta' 110 °C jew aktar, iżda mhux aktar minn 125 °C, biex jintuża fil-manifattura ta' pakketti singoli ta' stabilizzaturi għall-ipproċessar tal-PVC abbażi ta' taħlitiet tat-trab (1) |
1.1.-31.12. |
80 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2647 |
ex 2918 29 00 |
65 |
Tetrakis(3-(3,5-di-terz-butil-4-idrossifenil)propjonat) tal-pentaeritritol (CAS RN 6683-19-8): — bi frazzjoni ta' mogħdija minn għarbiel b'malji ta' 250 μm ta' aktar minn 75 % f'piż u b'malji ta' 500 μm ta' mhux aktar minn 99 % f'piż, u — b'temperatura tat-tidwib ta' 49 °C jew aktar, iżda mhux aktar minn 54 °C, biex jintuża fil-manifattura ta' pakketti ta' stabilizzatur wieħed għall-proċessar tal-PVC ibbażati fuq taħlitiet tat-trab (1) |
1.1.-31.12. |
380 tunnellata |
0 % |
|
09.2975 |
ex 2918 30 00 |
10 |
Benzophenone-3,3',4,4'-tetracarboxylic dianhydride (CAS RN 2421-28-5) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2648 |
ex 2920 90 10 |
70 |
Sulfat tad-Dimetil (CAS RN 77-78-1) |
1.1.-31.12. |
12 000 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2688 |
ex 2920 90 85 |
70 |
Tris(2,4-di-terz-butilfenil)fosfit (CAS RN 31570-04-4) |
1.1.-31.12 |
6 000 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2649 |
ex 2921 29 00 |
60 |
Bis(2-dimetilaminoetil)(metil)ammina (CAS RN 3030-47-5) |
1.1.-31.12. |
1 700 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2682 |
ex 2921 41 00 |
10 |
Anilina ta' purità ta' 99 % jew aktar fil-piż (CAS RN 62-53-3) |
1.1.-31.12. |
50 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2602 |
ex 2921 51 19 |
10 |
o-Phenylenediamine (CAS RN 95-54-5) |
1.1.-31.12. |
1 800 tunnellata |
0 % |
|
09.2854 |
ex 2924 19 00 |
85 |
Iodoprop-3-2-inilN-butilkarbamat(CAS RN 55406-53-6) |
1.1.-31.12 |
500 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2977 |
2926 10 00 |
|
Akrilonitrile (CAS RN 107-13-1) |
1.1.-31.12. |
35 000 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2856 |
ex 2926 90 95 |
84 |
2-Nitro-4-(trifluoromethyl)benzonitrile (CAS RN 778-94-9) |
1.1.-31.12. |
900 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2838 |
ex 2927 00 00 |
85 |
C,C'-Ażodi(formammid) (CAS RN 123-77-3) b': — pH ta' 6,5 jew aktar iżda mhux aktar minn 7,5, u — kontenut ta' semikarbażid (CAS RN 57-56-7) mhux aktar minn 1 500 mg/kg kif determinat mill-kromatografija likwida — spettrometrija tal-massa (LC-MS), — varjazzjoni tat-temperatura tad-dekompożizzjoni ta' 195 °C — 205 °C, — densità speċifika bejn 1,64 u 1,66, u — sħana mill-kombustjoni 215 — 220 Kcal/mol |
1.1.-31.12. |
100 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2685 |
ex 2929 90 00 |
30 |
Nitrogwanidina (CAS RN 556-88-7) |
1.1.-31.12 |
6 500 tunnellata |
0 % |
|
09.2955 |
ex 2932 19 00 |
60 |
Flurtamone (ISO) (CAS RN 96525-23-4) |
1.1.-31.12. |
300 tunnellata |
0 % |
|
09.2812 |
ex 2932 20 90 |
77 |
Hexan-6-olide (CAS RN 502-44-3) |
1.1.-31.12. |
4 000 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2858 |
2932 93 00 |
|
Piperonal (CAS RN 120-57-0) |
1.1.-31.12. |
220 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2831 |
ex 2932 99 00 |
40 |
1,3:2,4-Bis-O-(3,4-dimethylbenzylidene)-D-glucitol (CAS RN 135861-56-2) |
1.1.-31.12. |
500 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2673 |
ex 2933 39 99 |
43 |
2,2,6,6-tetrametilpiperidin-4-ol (CAS RN 2403-88-5) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2674 |
ex 2933 39 99 |
44 |
Klorpirifos (ISO) (CAS RN 2921-88-2) |
1.1.-31.12. |
9 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2860 |
ex 2933 69 80 |
30 |
1,3,5-Tris[3-(dimethylamino)propyl]hexahydro-1,3,5-triazine (CAS RN 15875-13-5) |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
|
09.2658 |
ex 2933 99 80 |
73 |
5-(Acetoacetylamino)benzimidazolone (CAS RN 26576-46-5) |
1.1.-31.12. |
200 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2675 |
ex 2935 00 90 |
79 |
4-[[(2-metossibenżojl)ammino]sulfonil]klorurtal-benżojl (CAS RN 816431-72-8) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2945 |
ex 2940 00 00 |
20 |
D-Xylose (CAS RN 58-86-6) |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2686 |
ex 3204 11 00 |
75 |
Koloranti C.I. Disperse Yellow 54 (CAS RN 7576-65-0) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom ma' kolorant C.I. Disperse Yellow 54 kontenut ta' 99 % jew iktar f'piż |
1.1.-31.12 |
2 500 kg |
0 % |
|
(4)09.2676 |
ex 3204 17 00 |
14 |
Preparazzjonijiet ibbażati fuq Koloranti C.I. Pigment Red 48:2 (CAS RN 7023-61-2) b'kontenut ta'Koloranti C.I. Pigment Red 48:2 ta'60 % jew iktar, skont il-piż |
1.1.-31.12. |
50 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2666 |
ex 3204 17 00 |
55 |
Koloranti C.I. Pigment Red 169 (CAS RN 12237-63-7) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom ma' kolorant C.I. Pigment Red 169 kontenut ta' 50 % jew iktar f'piż |
1.1.-31.12. |
40 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2659 |
ex 3802 90 00 |
19 |
Trab tad-dijatomi kalċinat fil-fluss tas-soda |
1.1.-31.12. |
30 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2908 |
ex 3804 00 00 |
10 |
Linjosulfonat tas-sodju |
1.1.-31.12. |
40 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2889 |
3805 10 90 |
|
Termentina tas-sulfat |
1.1.-31.12. |
25 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2935 |
ex 3806 10 00 |
10 |
Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski |
1.1.-31.12. |
280 000 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2832 |
ex 3808 92 90 |
40 |
Taħlita li jkollha 38 % jew aktar imma mhux aktar minn 50 % bil-piż taż-żingu piritijon (INN) (CAS RN 13463-41-7) f'dispersjoni milwiema |
1.1.-31.12. |
500 tunnellata |
0 % |
|
09.2681 |
ex 3812 10 00 ex 3824 90 92 |
20 85 |
Taħlita ta' sulfuri ta' bis [3-(trietossisilil)propil] (CAS RN 211519-85-6) |
1.1.-31.12. |
9 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2814 |
ex 3815 90 90 |
76 |
Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-trijossidu tat-titanju |
1.1.-31.12. |
3 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2644 |
ex 3824 90 92 |
77 |
Preparat li jkun fih: — 55 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 78 ta' Glutarat Dimetiliku — 10 % jew aktar iżda mhux aktar minn 30 % ta' Adipat Dimetiliku u — mhux aktar minn 35 % ta' Suċċinat Dimetiliku |
1.1.-31.12. |
10 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2140 |
ex 3824 90 92 |
79 |
Taħlita ta' amines terzjarji li fihom, skont il-piż: — 2.0-4.0 % ta' N,N-dimethyl-1-octanamine — minimu ta' 94 % N,N-dimethyl-1-decanamine — massimu ta' 2 % N,N-dimethyl-1-dodecanamine |
1.1.-31.12. |
4 500 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2650 |
ex 3824 90 92 |
87 |
Aċetofenon (CAS RN 98-86-2), b'purità f'piż ta' 60 % jew aktar iżda mhux aktar minn 90 % |
1.1.-31.12. |
2 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2829 |
ex 3824 90 93 |
43 |
Estratt solidu ta' materjal residwu li ma jinħallx f'solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin: — kontenut tal-aċidu tar-reżin li ma jaqbiżx it-30 % tal-piż, — numru tal-aċidu li ma jaqbiżx il-110, — u — punt tat-tidwib ta' 100 °C jew aktar |
1.1.-31.12. |
1 600 tunnellata |
0 % |
|
09.2907 |
ex 3824 90 93 |
67 |
Taħlita ta' fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż: — 75 % jew aktar ta' steroli, — mhux aktar minn 25 % ta' stanoli, — għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters (1) |
1.1.-31.12. |
2 500 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2660 |
ex 3902 30 00 |
98 |
Adeżiv tal-olefina polialfa amorfa għall-manifattura ta' prodotti tal-iġjene (1) |
1.1.-31.12. |
500 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2639 |
3905 30 00 |
|
Poli(alkoħol tal-vinil), kemm jekk fihom gruppi aċetat unhydrolysed |
1.1.-31.12. |
15 000 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2671 |
ex 3905 99 90 |
81 |
Poli(butiral tal-vinil) (CAS RN 63148-65-2): — li jkun fih bħala piż bejn 17,5 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 20 % ta' gruppi idrossili, u — li d-daqs medju ta' kull partiċella tiegħu (D50) teċċedi 0,6 mm |
1.1.-31.12. |
12 000 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2687 |
ex 3907 40 00 |
25 |
Taħlita ta' polimeri ta' polikarbonat u poli(metilmetakrilat) b'kontenut ta' polikarbonat ta' 98,5 % skont il-piż, f'forma ta' gerbub jew bċejjeċ żgħar, bi trażmittanza luminuża ta' mhux anqas minn 88,5 %, imkejla bl-użu ta' kampjun għall-ittestjar ta' ħxuna ta' 4 mm b'tul tal-mewġa ta' λ = 400 nm (skont ISO 13468-2) |
1.1.-31.12 |
400 tunnellata |
0 % |
|
09.2616 |
ex 3910 00 00 |
30 |
Polydimethylsiloxane b'livell ta' polimerizzazzjoni ta' 2 800 monomer unit (± 100) |
1.1.-31.12. |
1 300 tunnellata |
0 % |
|
09.2816 |
ex 3912 11 00 |
20 |
Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju |
1.1.-31.12. |
75 000 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2864 |
ex 3913 10 00 |
10 |
Alġinat tas-sodju, estratt minn algi kannella(CAS RN 9005-38-3) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2641 |
ex 3913 90 00 |
87 |
Ijaluronat tas-sodju, mhux sterili: — b' piż medju tal-piż molekulari (Mw) li ma jaqbiżx 900 000 , — b'livell ta' endotossin li ma jaqbiżx 0,008 unitajiet ta' Endotossin (EU)/mg, — b'kontenut ta' etanol li ma jaqbiżx 1 % bil-piż, — b'kontenut ta' isopropanol li ma jaqbiżx 0,5 % tal-piż |
1.1.-31.12. |
200 kg |
0 % |
|
09.2661 |
ex 3920 51 00 |
50 |
Folji ta' polimetilmetakrilat konformi mal-istandards: — EN 4364 (MIL-P-5425E) u DTD5592 A, jew — EN 4365 (MIL-P-8184) u DTD5592 A |
1.1.-31.12. |
100 tunnellata |
0 % |
|
09.2645 |
ex 3921 14 00 |
20 |
Blokka ċellulari ta' ċelluloża riġenerata, mimlija bl-ilma li jkun fih klorur tal-manjeżju u kompost tal-ammonju kwaternarju tad-daqs ta' 100 cm (± 10 cm) x 100 cm (± 10 cm) x 40 cm (± 5 cm) |
1.1.-31.12. |
1 700 tunnellata |
0 % |
|
09.2818 |
ex 6902 90 00 |
10 |
Briks li jirreżistu s-sħana bi: — tarf li għandu tul ta' aktar minn 300 mm, u — kontenut f'piż ta' TiO2 ta' mhux aktar minn 1 %, u — kontenut f'piż ta' Al2O3 ta' mhux aktar minn 0.4 %, u — varjazzjoni fil-volum ta' anqas minn 9 % f'1 700 °C |
1.1.-31.12. |
225 tunnellata |
0 % |
|
09.2628 |
ex 7019 52 00 |
10 |
Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b'piż ta' 120 g/m2(± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss |
1.1.-31.12. |
3 000 000 m2 |
0 % |
|
09.2799 |
ex 7202 49 90 |
10 |
Ferro-kromju li fih 1,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % tal-piż f'karbonju u mhux aktar minn 70 % ta' kromju |
1.1.-31.12. |
50 000 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2652 |
ex 7409 11 00 ex 7410 11 00 |
20 30 |
Fojl u strixxi tar-ram raffinat, miksijin bl-elettrolit |
1.1.-31.12. |
1 020 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2662 |
ex 7410 21 00 |
55 |
Pjanċi: — magħmulin minn tal-anqas saff wieħed ta' tessut tal-fibra tal-ħġieġ mimli bir-reżina tal-epossidu, — miksija fuq naħa waħda jew iż-żewġ naħat bil-fojl tar-ram bi ħxuna ta' mhux aktar minn 0,15 mm, — b'kostant dielettriku (DK) ta' anqas minn 5,4 f'1 MHz, kif imkejjel skont IPC-TM-650 2.5.5.2, — b'tanġenti tat-telf ta' anqas minn 0,035 f'1 MHz, kif imkejjel skont IPC-TM-650 2.5.5.2, — b'indiċi komparattiv ta' trekkjar (CTI) ta' 600 jew aktar |
1.1.-31.12. |
45 000 m2 |
0 % |
|
(4)09.2834 |
ex 7604 29 10 |
20 |
Folji jew vireg tal-alojs ta' aluminju-litjuta' diametru ta' 200 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 300 mm |
1.1.-31.12. |
2 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2835 |
ex 7604 29 10 |
30 |
Folji jew vireg tal-alojs ta' aluminju-litjuta' diametru ta' 300,1 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 533,4 mm |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
|
(4)09.2689 |
ex 7606 12 92 ex 7607 11 90 |
50 70 |
Strixxi illigati bl-aluminju u bil-manjeżju jew fojl: — f'rombli, — li jkollhom ħxuna ta' 0,14 mm jew aktar, iżda mhux iżjed minn 0,27 mm, — li jkollhom wisa' ta' 12,5 mm, 15,0 mm, 16,0 mm, 25,0 mm, 35,0 mm, 50 mm jew 356 mm, — b'saħħa tensili ta' 285 N/mm2 jew aktar, — u — elongazzjoni meta jinqasmu ta' 1 % jew aktar, u — li skont il-piż, fihom: —— 93,3 % jew aktar aluminju, — 0,8 % jew aktar iżda mhux iżjed minn 5 % manjeżju, u — mhux aktar minn 1,8 % ta' elementi oħrajn |
1.1-30.6 |
500 tunnellata |
0 % |
|
09.2840 |
ex 8104 30 00 |
20 |
Trab tal-manjeżju: — ta' purità skont il-piż ta' 98 % jew iktar, iżda mhux iktar minn 99,5 % — b'daqs tal-partiċella ta' 0,2 mm jew iktar iżda mhux iktar minn 0,8 mm |
1.1.-31.12. |
2 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2629 |
ex 8302 49 00 |
91 |
Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1) |
1.1.-31.12. |
1 000 000 biċċa |
0 % |
|
(4)09.2690 |
ex 8483 30 80 |
20 |
Kuxxinett jiżżerżaq immewweġ għal applikazzjoni fuq l-assi, ta' azzar FeP01 (skont EN 10130-1991) b'saff jiżżerżaq ta' bronż sinterizzat poruż u poli(tetrafluworoetilen), adattat biex jiġi installat fl-unitajiet ta' sospensjoni tal-muturi |
1.1.-31.12. |
1 500 000 biċċa |
0 % |
|
09.2642 |
ex 8501 40 20 ex 8501 40 80 |
30 40 |
Assemblaġġ, magħmul minn: — mutur kommutatur li jaħdem bl-elettriku AC monofażi b'saħħa ta' 480 W jew aktar, iżda li ma taqbiżx 1 400 W, li tuża dħul tal-elettriku ta' aktar minn 900 W iżda li ma jaqbiżx 1 600 W, b'dijametru estern ta' aktar minn 119,8 mm iżda li ma jaqbiżx 135,2 mm u b'veloċità mkejla ta' aktar minn 30 000 rpm iżda li ma taqbiżx 50 000 rpm, u — ventilatur għad-dħul tal-arja (1) |
1.1.-31.12. |
120 000 biċċa |
0 % |
|
09.2763 |
ex 8501 40 20 ex 8501 40 80 |
40 30 |
Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b'rendiment ta' 250 W jew aktar, input enerġetiku ta' 700 W jew aktar imma mhux aktar minn 2 700 W, dijametru estern ta' aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b'rata ta' veloċità ta' aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b'ventilatur għall-arja, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1) |
1.1.-31.12. |
2 000 000 biċċa |
0 % |
|
09.2633 |
ex 8504 40 82 |
20 |
Rettifikatur tal-elettriku, b'kapaċità ta' mhux aktar minn 1 kVA, għall-użu fil-manifattura tal-apparat li jaqa' fis-sottointestatura 8509 80 u l-intestatura 8510 (1) |
1.1.-31.12. |
4 500 000 biċċa |
0 % |
|
09.2643 |
ex 8504 40 82 |
30 |
Pjanċi bis-sokits għall-għoti tal-elettriku li jintuża fil-manifattura ta' oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 8521 u 8528 (1) |
1.1.-31.12. |
1 038 000 biċċa |
0 % |
|
09.2620 |
ex 8526 91 20 |
20 |
Assemblaġġ għal sistemi GPS b'funzjoni ta' determinazzjoni tal-pożizzjoni, mingħajr display, u piż ta' mhux aktar minn 2 500 g |
1.1.-31.12. |
3 000 000 biċċa |
0 % |
|
09.2672 |
ex 8529 90 92 ex 9405 40 39 |
75 70 |
Bord ta' ċirkwit stampat b'diodes LED: — kemm jekk mgħammra b'priżmi/lenti kif ukoll jekk le, u — kemm jekk mgħammra b'konnettur(i) kif ukoll jekk le għall-manifattura ta' unitajiet tar-retroluminazjzoni għal oġġetti ta' titlu 8528 (1) |
1.1.-31.12. |
115 000 000 biċċa |
0 % |
|
09.2003 |
ex 8543 70 90 |
63 |
Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f'elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta' barra tiegħu mhux aktar minn 30 mm x 30 mm |
1.1.-31.12. |
1 400 000 biċċa |
0 % |
|
(4)09.2668 |
ex 8714 91 10 ex 8714 91 10 |
21 31 |
Qafas ta' biċikletta, mibni mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħ, mogħti l-verniċ u/jew illostrat, biex jintuża għall-manifattura tar-roti (1) |
1.1.-31.12. |
304 000 biċċa |
0 % |
|
(4)09.2669 |
ex 8714 91 30 ex 8714 91 30 |
21 31 |
Furketta ta' quddiem ta' biċikletta, magħmula mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħa, mogħtija l-verniċ u/jew illostrata, għall-użu fil-manifattura tal-biċikletti (1) |
1.1.-31.12. |
257 000 biċċa |
0 % |
|
09.2631 |
ex 9001 90 00 |
80 |
Lentijiet mhux iffrejmjati, prismi u elementi ssimentjati għall-użu fil-manifattura jew it-tiswija ta' oġġetti tal-kodiċijiet tan-NM 9002 , 9005 , 9013 10 u 9015 (1) |
1.1.-31.12. |
5 000 000 biċċa |
0 % |
|
(4)09.2836 |
ex 9003 11 00 ex 9003 19 00 |
10 20 |
Frejms tan-nuċċalijiet magħmulin bil-plastik jew metall għall-użu fil-manifattura ta' nuċċalijiet tal-vista (1) |
1.1.-31.12. |
5 800 000 biċċa |
0 % |
|
(1) Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali tagħhom f'konformità mal-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). (2) Madankollu, is-sospensjoni tat-tariffi doganali ma għandhiex tapplika meta l-ipproċessar isir minn impriżi tal-forniment tal-ikel jew li jbiegħu bl-imnut. (3) Id-dazju ad valorem biss huwa sospiż. Id-dazju speċifiku għandu jkompli japplika. (4) Miżura ġdida li għadha kif iddaħħlet jew miżura bil-kundizzjonijiet mibdulin. |
||||||
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju(ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 (ĠU L 3, 7.1.2010, p. 1).