4.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/55


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2108

tat-3 ta’ Novembru 2022

li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Ecolab UA Lactic acid single product dossier”

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel paragrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ April 2019, Ecolab Deutschland GmbH ippreżentat applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott bijoċidali uniku bl-isem “Ecolab UA Lactic acid single product dossier” tat-tip ta’ prodotti 2, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, u tat konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti tal-Latvja kienet aċċettat li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-XS050968-91 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali.

(2)

“Ecolab UA Lactic acid single product dossier” fih l-aċidu L-(+)-lattiku bħala sustanza attiva li hija inkluża fil-lista tal-Unjoni tas-sustanzi attivi approvati u msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tip ta’ prodotti 2.

(3)

Fl-24 ta’ Marzu 2021, f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”).

(4)

Fl-4 ta’ Novembru 2021, f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-Aġenzija ppreżentat lill-Kummissjoni opinjoni (2), l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) tal-“Ecolab UA Lactic acid single product dossier” u r-rapport finali tal-valutazzjoni dwar il-prodott bijoċidali uniku.

(5)

L-opinjoni kkonkludiet li “Ecolab UA Lactic acid single product dossier” hu prodott bijoċidali uniku eliġibbli għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u li, soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament.

(6)

Fit-22 ta’ Novembru 2021, l-Aġenzija bagħtet l-abbozz tal-SPC lill-Kummissjoni bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(7)

Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk jidhrilha li jixraq tagħti l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni lil “Ecolab UA Lactic acid single product dossier”.

(8)

Fl-opinjoni tagħha, l-Aġenzija tirrakkomanda li Kummissjoni titlob lid-detentur tal-awtorizzazzjoni jwettaq studju dwar il-ħajja fuq l-ixkaffa tal-“Ecolab UA Lactic acid single product dossier” fl-imballaġġ kummerċjali li fih il-prodott għandu jsir disponibbli fis-suq, bħala kundizzjoni tal-awtorizzazzjoni. L-istudju jenħtieġ li juri data rilevanti li turi proprjetajiet kimiċi u fiżiċi sodisfaċenti qabel u wara l-ħażna. Il-Kummissjoni taqbel ma’ dik ir-rakkomandazzjoni u jidhrilha li l-preżentazzjoni tar-riżultati ta’ dak l-istudju jenħtieġ li tkun kundizzjoni relatata mat-tqegħid fis-suq u mal-użu tal-prodott bijoċidali uniku skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Minħabba l-fatt li dak l-istudju diġà qed isir, id-detentur tal-awtorizzazzjoni jenħtieġ li jippreżenta r-riżultati ta’ dak l-istudju lill-Aġenzija fi żmien 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jidhrilha wkoll li l-fatt li d-data trid tingħata wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni ma jaffettwax il-konklużjoni dwar l-issodisfar tal-kundizzjoni skont l-Artikolu 19(1)(d) ta’ dak ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 abbażi tad-data eżistenti.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0027463-0000 lil Ecolab Deutschland GmbH għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-prodott bijoċidali uniku “Ecolab UA Lactic acid single product dossier”, soġġetta għall-konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I u f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbiliti fl-Anness II.

L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mill-24 ta’ Novembru 2022 sal-31 ta’ Ottubru 2032.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Opinjoni tal-ECHA tal-12 ta’ Ottubru 2021 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-prodott bijoċidali “Ecolab UA Lactic acid single product dossier” (ECHA/BPC/294/2021), https://echa.europa.eu/it/opinions-on-union-authorisation.


ANNESS I

TERMINI U KUNDIZZJONIJIET (EU-0027463-0000)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jwettaq studju dwar il-ħajja fuq l-ixkaffa (24-il xahar) ta’ “Ecolab UA Lactic acid single product dossier” fl-imballaġġ kummerċjali li fih il-prodott għandu jsir disponibbli fis-suq. L-ispeċifikazzjoni proposta u l-proprjetajiet ittestjati għandhom ikunu konformi mal-Gwida dwar ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali Volum I: Identità tas-sustanza attiva/proprjetajiet fiżikokimiċi/metodoloġija analitika – Rekwiżiti ta’ Informazzjoni, Evalwazzjoni u Valutazzjoni. Partijiet A+B+C, Verżjoni 2.1, Marzu 2022, taqsima 2.6.4 Stabbiltà tal-ħażna, stabbiltà u ħajja fuq l-ixkaffa (1). Il-proprjetajiet rilevanti kollha għandhom jiġu stabbiliti qabel u wara l-ħżin.

Sal-24 ta’ Frar 2023, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat ir-riżultati tal-istudju lill-Aġenzija.


(1)  https://echa.europa.eu/documents/10162/2324906/bpr_guidance_vol_i_parts_abc_en.pdf/31b245e5-52c2-f0c7-04db-8988683cbc4b


ANNESS II

Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal prodott bijoċidali

Ecolab UA Lactic Acid single product dossier

Prodott tip 2 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-applikazzjoni diretta fuq il-bnedmin jew fuq l-annimali (Diżinfettanti)

Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0027463-0000

Numru tal-ass R4BP: EU-0027463-0000

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Isem (ismijiet) kummerċjali tal-prodott

Isem kummerċjali

GEL NETTOYANT DESINFECTANT WC

Maxx Into Des

1.2.   Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni

Isem

Ecolab Deutschland GmbH

Indirizz

Ecolab Allee 1, 40789 Monheim am Rhein Ġermanja

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0027463-0000

Numru tal-ass R4BP

EU-0027463-0000

Data tal-awtorizzazzjoni

L-24 ta’ Novembru 2022

Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni

Il-31 ta’ Ottubru 2032

1.3.   Manifattur(i) tal-prodott

L-isem tal-manifattur

Ecolab Europe GmbH

L-indirizz tal-manifattur

Richtistrasse 7, 8304 Wallisellen Isvizzera

Post ta ‘siti ta’ manifattura

AFP GmbH, 21337 Lueneburg Ġermanja

ACIDEKA S.A. Capuchinos de Basurto 6, 4a planta, 48013 Bilbao, Bizkaia Spanja

ADIEGO HNOS, Adiego CTRA DE VALENCIA, 50410 CUARTE DE HUERVA Spanja

ALLIED PRODUCTS, Allied Hygiene Unit 11, Belvedere Industrial Estate Fishers Way, DA17 6BS Belvedere Kent Ir-Renju Unit

Arkema GmbH Morschheimer Strasse 19, D-67292 Kirchheimbolanden Ġermanja

AZELIS DENMARK, Lundtoftegårdsvej 95, 2800 Kgs. Lyngby Danimarka

BELINKA-LJUBLJANA, Belinka Zasavska Cesta 95, 1001 Ljubljana Slovenja

BENTUS LABORATORIES, Radio street 24 BLd 1, 105005 Moska Federazzjoni Russa

BIO PRODUCTiONS Ltd, 72 Victoria Road, RH15 9LH West Sussex Ir-Renju Unit

BIOXAL SA, Route des Varennes - Secteur A - BP 30072, 71103 Chalon sur Saöne Cedex Franza

BORES S.R.L., Bores Srl Via Pioppa 179, 44020 Pontegradella Italja

BRENNTAG ARDENNES, Route de Tournes CD n 2, 08090 Cliron Franza

BRENNTAG CEE - GUNTRAMSDORF, Blending Bahnstr 13 A, 2353 Guntramsdorf Awstrija

BRENNTAG Kleinkarlbach, Humboldtring 15, 45472 Muehlheim Ġermanja

BRENNTAG KAISERSLAUTERN, Merkurstr. 47, 67663 Kaiserslautern Ġermanja

BRENNTAG NORDIC - HASLEV, Høsten Teglværksvej 47, 4690 Haslev Danimarka

BRENNTAG NORMANDLY, 12 Sente des Jumelles BP 11, 76710 Montville Franza

BRENNTAG PL-ZGIERZ, ul. Kwasowa 5, 95-100 Zgierz Polonja

BRENNTAG QUIMICA - Calle Gutemberg n° 22,. Poligono Industrial El Lomo, 28906 Madrid Spanja

BRENNTAG SCHWEIZERHALL, Elsaesserstr. 231, CH-4056 Basel l-Iżvizzera Isvizzera

BUDICH INTERNATIONAL GmbH, Dieselstrasse 10, 32120 Hiddenhause Ġermanja

CALDIC DEUTSCHLAND CHEMIE B.V., Karlshof 10 D, 40231 Dusseldorf Ġermanja

COLEP BAD SCHMIEDEBERG, Kemberger Str. 3, 06905 Bad Schmiedeberg Ġermanja

LANA S.A. Condado de Trevino 46, 09080 Burgos Spanja

COMERCIAL GODO, França 13, 08700 Barċellona Spanja

COURTOIS SARL, Route de Pacy, 27730 Bueil Franza

DAN-MOR Natural products and Chemicals Ltd, Hailian street 29, 30600 Akiva Israel

DENTECK BV, Heliumstraat 8, 2718 SL Zoetermeer Olanda

DETERGENTS BURGUERA S.L., Joan Ballester, 50, 07630 Campos (Il-Gżejjer Baleariċi) Spanja

ECL BIEBESHEIM, Justus-von-Liebig-Straße 11, 64584 Biebesheim am Rhein Ġermanja

ECL CELRA, Celra C/Tramuntana s/n Poligona Industrial Celra, 17460 Girona Spanja

ECL CHALONS, AVENUE DU GENERAL PATTON, 51000 Chalons en Champagne Franza

ECL CISTERNA, Via Ninfina II, 04012 Cisterna di Latina Italja

ECL FAWLEY, Fawley Cadland Road, Hythe, SO45 3NP Hampshire, Southampton Ir-Renju Unit

ECL LEEDS, Lotherton Way Garforth, LS25 2JY Leeds Ir-Renju Unit

ECL MANDRA, 25TH KM OLD NATIONAL ROAD OF ATHENS TO THIVA, GR 19600, 19600 Mandra Il-Greċja

ECL MARIBOR, Vajngerlova 4, SI-2001 Maribor Slovenja

ECL MICROTEK B.V. - Gesinkkampstraat 19, 7051 HR Varsseveld Olanda

ECL MICROTEK MOSTA, F20 MOSTA TECHNOPARK, 3000 MOSTA MST Malta

ECL MULLINGAR, Forest Park Zone C Mullingar Industrial Estate, N91 Mullingar Irlanda

ECL NIEWEGEIN, Brugwal 11 A, 3432 NZ Nieuwegein Olanda

ECL ROVIGO ESOFORM, Viale del Lavoro 10, 45100 Rovigo Italja

ECL ROZZANO, Via A. Grandi„ 20089 Rozzano MI Italja

ECL TESJOKI, NLC Tesjoki Kivikummuntie 1, 07955 Tesjoki Finlandja

ECL TESSENDERLO, Industriezone Ravenshout 4, 3980 Tessenderlo Il-Belġju

ECL WEAVERGATE, NLC Weavergate Northwich, CHheshire West and Chester, CW8 4EE Weavergate Ir-Renju Unit

ECOLAB LTD BAGLAN/SWINDON, Plot 7a Baglan Energy Park, Baglan, Port Talbot, SA11 2HZ Baglan Ir-Renju Unit

FERDINAND EIERMACHER, Westring 24, 48356 Nordwalde Ġermanja

F.E.L.T., B.P 64 10 rue du Vertuquet, 59531 Neuville En Ferrain Franza

Gallows Green Services Ltd. Cod Beck Mill Industrial Estate Dalton Lane Thirsk North Yorkshire, YO7 3HR North Yorkshire Ir-Renju Unit

GERDISA GERMAN RGUEZ DROGAS IND., Gerdisa Pol Industrial Miralcampo parc.37, 19200 Azuqueca de Henares Guadalajara Spanja

GIRASOL NATURAL PRODUCTS BV, De Veldoven 12-14, 3342 GR Hendrik-Ido-Ambacht Olanda

HENKEL ENGELS, 48 Pr. Stroitelei, 413116 Saratov Federazzjoni Russa

IMECO GmbH & Co. KG, Boschstraße 5, D-63768 Hösbach Ġermanja

INNOVATE GmbH, Am Hohen Stein 11, 06618 Naumburg Ġermanja

INTERFILL LCC-TOSNO, Moskovskoye shosse 1, 187000 Tosno - Leningradskaya oblast Federazzjoni Russa

JODEL- PRODUCTOS QUIMICOS, Jodel Zona Inustrial, 2050 Aveiras de Cima Portugall

KLEIMANN GmbH, Am Trieb 13, 72820 Sonnenbühl Ġermanja

LA ANTIGUA LAVANDERA S.L., Apartado de Correos, 58, 41500 Seville Spanja

LABORATOIRES ANIOS, Pavé du moulin, 59260 Lille-Hellemmes Spanja

LABORATOIRES ANIOS, Rue de Lille 3330, 59262 Sainghin-en-Mélantois Franza

LICHTENHELDT GmbH, Lichtenheldt Industriestrasse 7-9, 23812 Wahlstedt Ġermanja

LONZA GmbH, Morianstr.32, 42103 Wuppertal Ġermanja

MULTIFILL BV, Constructieweg 25 A, 3641 SB Mijdrecht Olanda

NOPA NORDISK PARFUMERIVARE, Hvedevej 2-22, DK-8900 Randers Danimarka

PLANOL GmbH, Maybachstr 17, 63456 Hanau Ġermanja

PLUM A/S, Frederik Plums Vej 2, DK 5610 Assens Danimarka

PRODUCTOS LA CORBERANA S.L.„ 46612 Corbera (Valenzja) Spanja

THE PROTON GROUP LTD, Ripley Drive, Normanton Industrial Estate, Wakefield, WF6 1QT Wakefield Ir-Renju Unit

QUIMICAS MORALES S.L., Misiones, 11, 05005 Las Palmas de Gran Canaria Spanja

RNM PRODUCTOS QUIMICOS, Lda Rua da Fabrica, 123, 4765-080 Carreira Vila Nova de Famalicao Carreira Vila Nova de Famalicao Portugall

ROQUETTE & BARENTZ, Route De La Gorgue, F-62136 Lestrem Franza

RUTPEN LTD, MEMBURY AIRFIELD LAMBOURN BERKS, RG16 7TJ Membury Ir-Renju Unit

Solimix, Montseny 17-19 Pol. Ind. Sant Pere Molanta, 08799 Olerdola Barċellona Spanja

STAUB & Co, Industriestraße 3, D-86456 Gablingen Ġermanja

STOCKMEIER CHEMIE EILENBURG GmbH & Co.Kg, Gustav-Adolf-Ring 5, 04838 Ellenburg Ġermanja

SYNERLOGIC BV, L.J. Costerstraat 5, 6827 Arnhem Olanda

UNIVAR Ltd, Argyle House, Epsom Avenue„ SK9 3RN Wilmslow Ir-Renju Unit

UNIVAR SPA, Via Caldera 21, 20-153 Milan Italja

Van Dam Bodegraven B.V, Beneluxweg 6-8, 2410 AA Bodegraven Olanda

Pal International Ltd., Sandhurst Street, - Leicester Ir-Renju Unit

CARBON CHEMICALS GROUP LTD, P43 R772 Ringaskiddy, Il-Kontea ta’ Cork Irlanda

BRENNTAG DUISBURG, Am Röhrenwerk, 4647529 Duisberg Ġermanja

BRENNTAG Glauchau, Bochstrasse, 08371 Glauchau Ġermanja

BRENNTAG Hamburg, Hannoversche Str 40, 21079 Hamburg Ġermanja

BRENNTAG Heilbronn, Dieselstrasse, 574076 Heilbronn Ġermanja

BRENNTAG Lohfelden, Am Fieseler Werk, 934253 Lohfelden Ġermanja

BRENNTAG Nordic - VEJLE, Strandgade 35, 7100 Vejle Danimarka

KOMPAK NEDERLAND BV, 433651 Bavel Olanda

1.4.   Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)

Sustanza attiva

Aċidu L-(+)-lattiku

L-isem tal-manifattur

Purac Biochem bv

L-indirizz tal-manifattur

Arkelsedijk 46, 4206 AC Gorinchem, Olanda

Post ta ‘siti ta’ manifattura

Arkelsedijk 46, 4206 AC Gorinchem, Olanda

2.   KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva fuq il-kompożizzjoni tal-prodott

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Aċidu L-(+)-lattiku

 

Sustanza attiva

79-33-4

201-196-2

13,2

Glukopiranożju-D, oligomeri, decyl octyl glycosides

Glukopiranożju-D, oligomeri, decyl octyl glycosides

Sustanza mhux attiva

68515-73-1

500-220-1

3,25

Alkoħols, C8-10 (numri pari), etossilati (< 2,5-EO)

Alkoħols, C8-10, etosillati

Sustanza mhux attiva

71060-57-6

615-247-5

1,0

2.2.   Tip ta’ formulazzjoni

AL - Kwalunkwe likwidu ieħor

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U PREKAWZJONI

Dikjarazzjonijiet dwar Periklu

Jagħmel ħruq serju lill-ġilda u ħsara lill-għajnejn.

Korrużiv għas-sistema respiratorja.

Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni

Tiblax man-nifs fwar.

Aħsel idejk sew wara li timmaniġġjah.

Ilbes ingwanti protettivi.

JEKK JINBELA’:Laħlaħ ħalqek.TIPPROVOKAX ir-remettar.

F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA (jew ix-xagħar):Neħħi minnufih il-ħwejjeg kontaminati kollha.Laħlaħ il-ġilda bl-ilma.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS:Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs.

Sejjaħ minnufih ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib/speċjalista.

Trattament speċifiku (ara l-istruzzjonijiet għall-ewwel għajnuna fuq din it-tikketta).

Aħsel il-ħwejjeġ kontaminati qabel terġa’ tużahom.

Aħżen f’post imsakkar.

Armi l-kontenut fi f’konformità mar-regolamenti nazzjonali.

Armi il-kontenitur fi f’konformità mar-regolamenti nazzjonali.

4.   UŻU(IJIET) AWTORIZZATI

4.1.   deskrizzjoni użu

Tabella 1.

Uża # 1 – Diżinfettant tat-tojlit bowl

Tip ta’ Prodott

TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

Mhux rilevanti

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Bacteria

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Yeasts

istadju iżvilupp: ebda data

Qasam tal-użu

Indoor

Ġewwa - diżinfettant ta’ wċuh iebsa fuq ġewwa tat-tojlit bowl f’żona istituzzjonali u tal-kura tas-saħħa.

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: tferriegħ

Deskrizzjoni dettaljata:

Ferra direttament fuq il-wiċċ

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta ‘Applikazzjoni: Lest għall-użu - f’ammont biżżejjed biex ikopri l-wiċċ komplet fuq ġewwa tat-tojlit bowl. Ħin ta’ kuntatt - 15-il minuta.

Dilwizzjoni (%): Lest għall-użu

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Użu ta’ kuljum

Kategorija(i) tal-utenti

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

fliexken ta’ 750, 1000 ml HDPE bi plagg għad-doża u b’tapp PP/LDPE.

4.1.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu

4.1.2.   Miżuri ta ‘mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu

4.1.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta ‘emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu

4.1.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu

4.1.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu

5.   DIREZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)

5.1.   Istruzzjonijiet għall-użu

Erfa’ s-sit tat-tojlit u idderieġi t-tarf bil-galbu taħt ir-rimm tat-tojlit. Agħfas u applika bil-mod madwar il-bowl fuq ġewwa, u ħalli biżżejjed likwidu jkopri l-wiċċ kollu tat-tojlit bowl minn ġewwa. Ħalli għal 15-il minuta. Wara ifflaxxja t-tojlit.

M’għandux jintuża ma’ bliċ jew sustanzi oħrajn tat-tindif.

Informa d-detentur tar-reġistrazzjoni jekk it-trattament ma jkunx effettiv.

5.2.   Miżuri ta ‘mitigazzjoni ta’ riskju

Tiblax il-fwar bin-nifs.

Evita l-kuntatt mal-għajnejn u l-ġilda.

Tobroxx il-prodott fit-tojlit bowl.

Matul il-fażi tal-immaniġġar tal-prodott, ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimika (il-materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott).

Aħsel idejk sew wara li timmanipula.

5.3.   Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta ‘emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Esponi lill-vittma għall-arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Jekk ikun hemm sintomi: Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika. Jekk ma jkunx hemm sintomi: Sejjaħ ċentru tal-avvelenamenti jew tabib.

F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel minnufih b’ħafna ilma. Wara, neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tilbishom. Ibqa’ laħlaħ il-ġilda bl-ilma għal 15-il minuta. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ minnufih bl-ilma għal ħafna minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal tal-inqas 15-il minuta. Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika.

Informazzjoni għall-persunal tal-Kura tas-Saħħa/it-tabib: l-għajnejn ukoll iridu jitlaħalħu ripetutament waqt li tkun sejra għand it-tabib, jekk l-għajn ġiet esposta għal kimiċi alkalini (pH > 11), amini u aċidi bħall-aċidu aċetiku, aċidu formiku jew aċidu propjoniku.

JEKK JINBELA’: Laħlaħ ħalqek minnufih. TIPPROVOKAX ir-remettar. Agħti lill-persuna esposta xi ħaġa x’tixrob jekk din tista’ tibla’. Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika.

Meta ssaqsi għal parir mediku, żomm l-imballaġġ jew it-tikketta miegħek u ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.

5.4.   Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Armi l-prodott u l-imballaġġ tiegħu skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.

5.5.   Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Żomm ’il bogħod minn bażijiet b’saħħithom. Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it- tfal.

Aħżen fil-kontenitur oriġinali magħluq sew.

Aħżen bejn + 5 °C u + 40 °C. Ipproteġi mill-ġlata.

Żmien kemm idum tajjeb il-prodott: 24 xahar.

6.   INFORMAZZJONI OĦRA

-


(1)  L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħrajn għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.