|
18.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 277/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1021/2008
tas-17 ta' Ottubru 2008
li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman u r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 fir-rigward ta’ molluski bivalvi ħajjin, ta’ ċerti prodotti tas-sajd u tal-persunal li jgħin fil-kontrolli uffiċjali fil-biċċeriji
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 u l-Artikolu 17(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistipula rekwiżiti għall-marka tas-saħħa tal-karkassi meta m'hemmx raġunijiet biex il-laħam jiġi ddikjarat li mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Xi whud minn dawn ir-rekwiżiti ħolqu konfużjoni fl-identifikazzjoni ta’ prodotti magħmula fi ħdan il-Komunità u prodotti magħmula barra l-Komunità. Huwa għalhekk xieraq li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet biex tkun żgurata l-implimentazzjoni tagħhom mingħajr tfixkil. |
|
(2) |
Madankollu, biex ma jitħarbatx il-kummerċ fil-prodotti kkonċernati, għandu jiġi stipulat li l-prodotti li għalihom ġiet applikata marka tas-saħħa skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 qabel l-1 ta’ Novembru 2009 jistgħu jiġu importati fil-Komunità sal-31 ta’ Diċembru 2009. |
|
(3) |
L-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw lill-istaff tal-biċċerija biex jgħinu fil-kontrolli uffiċjali billi jwettqu ċerti ħidmiet speċifiċi ta’ awżiljarji uffiċjali fir-rigward tal-produzzjoni tal-laħam mit-tjur u mil-lagomorfi. Il-Parti A tal-Kapitolu III tat-Taqsima III tal-Anness I ta' dak ir-Regolament tistipula li l-awtorizzazzjoni tista' tingħata biss jekk l-istaff tal-istabbiliment tħarreġ, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, bl-istess mod bħall-awżiljarji uffiċjali għall-ħidmiet ta’ awżiljarji bħal dawn. |
|
(4) |
L-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-arranġamenti tranżitorji għall-implimentazzjoni ta’ Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jemenda ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (2), jistipula li, sal-31 ta’ Diċembru 2009, dan it-taħriġ jista' jkun limitat f'li jiżgura li l-istaff tal-biċċerija jitħarreġ għall-ħidmiet speċifiċi li huwa awtorizzat li jwettaq. |
|
(5) |
Din il-limitazzjoni ma affettwatx b’mod negattiv ir-rekwiżiti għal kontrolli uffiċjali fir-rigward ta’ laħam frisk, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 854/2004. Huwa għalhekk xieraq li l-arranġament tranżitorju stipulat fir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 isir permanenti u li l-Istati Membri jitħallew jimplimentaw jew sistema ta’ taħriġ kompluta jew limitata u jiddeċiedu dwar l-arranġamenti prattiċi tagħha, inkluża l-proċedura tal-eżami. Huwa għalhekk xieraq li jitħassar l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 u li tiġi emendata Parti A tal-Kapitolu III tat-Taqsima III tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 skond dan. |
|
(6) |
Il-Punt 4 tal-Parti A tal-Kapitolu II tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistipula li l-molluski bivalvi ħajjin minn żoni ta' Klassi B ma għandhomx jaqbżu l-4 600E.coli għal kull 100 g ta’ laħam u ta’ likwidu intravalvulari. L-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jintroduċi, sal-31 ta’ Diċembru 2009, tolleranza f’10 % tal-kampjuni għall-molluski ħajjin li joriġinaw minn dawn iż-żoni. |
|
(7) |
Din it-tolleranza ma tirrappreżentax riskju għas-saħħa pubblika sakemm f’dawk l-10 % tal-kampjuni, il-molluski bivalvi ħajjin ma jaqbżux il-limitu massimu ta’ 46 000 E.coli għal kull 100 g ta’ laħam u likwidu intravalvulari. Huwa għalhekk xieraq li tinżamm din it-tolleranza fuq bażi permanenti. Huwa għalhekk xieraq li jitħassar l-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 u li jiġi emendat il-punt 4 ta’ Parti A tal-Kapitolu II tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 skond dan. |
|
(8) |
Opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel adottata fit-30 ta’ Awwissu 2004 dwar il-kontaminanti fil-katina tal-ikel relatati mat-tossiċità tal-prodotti tas-sajd li jappartjenu lill-familja tal-Gempylidae wriet li l-prodotti tas-sajd li jappartjenu lil dik il-familja, b’mod partikolari ir-Ruvettus pretiosus u l-Lepidocybium flavobrunneum, jista’ jkollhom effetti gastrointestinali li jagħmlu ħsara jekk ma jiġux ikkonsmati f’ċerti kundizzjonijiet. Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jesiġi li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jwettqu l-verifiki rigward il-kundizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq li l-operaturi tal-kummerċ tal-ikel ikollhom jirrispettaw fir-rigward tal-prodotti tas-sajd li jappartjenu lill-familja tal-Gempylidae. |
|
(9) |
Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw għal prodotti tas-sajd imħejjija u pproċessati ġejjin minn dawn l-ispeċi. Madankollu, il-konsumatur jista’ jiltaqa’ ma’ riskji simili fir-rigward ta’ prodotti iffriżati tas-sajd ġejjin minn dik il-familja. Huwa għalhekk xieraq li l-awtoritajiet kompetenti jintalbu jwettqu verifiki wkoll għall-prodotti ffriżati tas-sajd li jappartjenu lil din il-familja. |
|
(10) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 2076/2005 għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huma emendati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Fir-Regolament (KE) Nru 2076/2005, l-Artikoli 14 u 17a tħassru.
Artikolu 3
Il-prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom ġiet applikata marka tas-saħħa skond il-punt (c) tal-paragrafu 3 tal-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 qabel l-1 ta’ Novembru 2009 jistgħu jiġu importati fil-Komunità sal-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, il-punt 1(a) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fil-Parti A tal-Kapitolu II tal-Anness II, il-punt 4 jitbiddel b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Fil-Kapitolu II tal-Anness III, il-Parti G titbiddel b’dan li ġej: “G. PRODOTTI TAS-SAJD VELENUŻI Għandhom isiru verifiki biex jiżguraw li:
|