|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1166 |
14.2.2025 |
Avviż għall-attenzjoni ta' persuna u entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(C/2025/1166)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tas-Sur Igor Vladimirovich KRYLOV (Nru 1648) u Joint-Stock Company “State Scientific and Technical Development ‘Region’ ” (Nru 339), persuna u entità li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuna u l-entità msemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet u/jew informazzjoni ġodda. Il-persuna u l-entità huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni relatata maż-żamma fis-seħħ tal-miżuri restrittivi, qabel l- 20 ta' Frar 2025 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1166/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)