21.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/35


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8597 — APG/Ardian/Portfolio)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 440/13)

1.

Fit-13 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

APG Asset Management N.V. (“APG”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Stichting Pensioenfonds ABP,

—

Ardian S.A.S. (“Ardian”, Franza),

—

Portafoll ta’ 10 kumpaniji (“Portfolio”, Spanja, l-Italja u Franza).

APG u Ardian jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ portafoll ta’ 10 kumpaniji.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   APG: fornitur ta’ servizzi bħalma huma konsulenza eżekuttiva, ġestjoni tal-assi, amministrazzjoni tal-pensjonijiet, servizzi ta’ komunikazzjoni u ta’ min iħaddem għan-nom ta’ skemi kollettivi ta’ pensjonijiet,

—   Ardian: grupp tal-ekwità privat magħmul minn diversi kumpaniji tal-maniġment u fondi ta’ investiment li jinvestu f’kumpaniji involuti f’firxa wiesgħa ta’ negozji (bħall-kura tas-saħħa, l-infrastruttura, l-enerġija, oġġetti tal-konsum jew fis-setturi tat-teknoloġiji ġodda) madwar id-dinja,

—   Portfolio: 10 kumpaniji attivi fis-settur tal-infrastruttura tat-trasport (Spanja u Franza), fis-settur tal-infrastruttura tal-enerġija (Franza u l-Italja) u fit-tħaddim ta’ konċessjoni ta’ sptar (l-Italja).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8597 — APG/Ardian/Portfolio

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.